
24 Jul 2023 Elezzjoni fil-qrib u ohra fil-boghod
Is-surveys tal-bierah juru li meta wiehed iqis li l-gvern qed inaqqas b’mod kostanti fl-ahhar surveys u li l-P.N. xi ftit jew wisq, survey wiehed jghid ftit, l-iehor jghid wisq, qed izid, dan ifisser li ghall-ewwel darba fi hmistax-il sena jista jkun li r-rizultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ghaxar xhur ohra mhix daqsekk certa.
L-ewwel nett wiehed jizbalja jaghmel kalkolu dwar ‘jekk tigi elezzjoni generali ghada’. Ghaliex? Ghax l-elezzjoni generali hija erba’ snin ‘l boghod filwaqt li l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tant qeghda wara l-bieb li kif jghaddi s-Sajf, f’Ottubru tibda tirranka l-kampanja. Mela s-sitwazzjoni politika prezenti ghanda tigi analizzata mill-ottika tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u mhux ta’ elezzjoni generali. L-ezitu tal-elezzjoni MEPs pero’ mbaghad tista tikkundizzjona l-elezzjoni generali f’kaz li jew l-P.N. jirbaha jew d-distakk jonqos konsiderevolment.
Id-dinamika ta’ elezzjoni MEPs hija differenti ferm minn dik ta’ elezzjoni generali, u s-surveys ghandom ikunu ingranati lejn dak li hu qrib aktar milli dak li hu ‘l boghod.
Ghaliex qed nghid dan? Ghax nemmen li Roberta Metsola mhux biss se tkun determinanti izda kapaci xxaqleb l-mizien favur l-P.N. Nemmen li fil-prezent fl-equation aktar milli jekk Roberta hux se tkun eventwalment kap jew le tal-P.N. wiehed irid janalizza x’kontribut se jkollha fl-elezzjoni tal-MEPs. Dan kollu huwa nieqes fiz-zewg surveys. Elezzjoni tal-MEPs fejn votanti iktar ikunu avventuruzi u ma jiddejqux jipprotestaw kontra l-gvern b’differenza ghal elezzjoni generali.
Nemmen li qeghdin f’sitwazzjoni fejn jekk se jsiru surveys issa ghandom ikunu mil-lenti tal-elezzjoni MEPs, fejn jista jaghti l-kaz li min-naha wahda c-certu dwejjaq bil-gvern u min-naha l-ohra l-istatura internazzjonali ta’ Roberta jistghu ikunu determinanti sabiex ixaqilbu l-mizien favur l-P.N. Min il-hin kollu jpengiha bhala l-kap li jmiss ma nahsibx ghandu intenzjonijiet tajbin. Dik l-issue tqum jekk ikun hemm vacancy fit-tmexxija li bhalissa m’hemmx. Bhalissa Roberta hija potenzjalment c-cavetta ghal rebha tal-P.N. fl-elezzjoni MEPs u l-partit hemm ghandu jiffoka.
F’kelma wahda, nemmen, li fic-cirkostanzi prezenti, Roberta Metsola kapaci jew trebbah l-elezzjoni MEPs lil P.N. jew iggibhom ras imb’ ras. L-indikazzjonijiet kollha huma li fl-elezzjoni MEPs l-kap tal-partit se jkun Bernard Grech u allura l-partit irid jinghaqad warajh biex isir sforz u Roberta trebbah din l-elezzjoni. L-kap ma jikkontestax l-elezzjoni tal-MEPs pero Roberta iva.
Fis-surveys u l-analizi wiehed ghandu jiffoka issa fuq l-elezzjon i tal-qrib aktar milli fuq dik tal-boghod.
Meta se jsir survey iffukat fuq l-elezzjoni MEPs?
Saviour Visanich
Posted at 18:34h, 24 JulyWith Bernard Grech at the helm, the PN will never win anything, alas. Just my personal view.