L-grassroots tal-partiti

L-grassroots tal-partiti

Netnews qed jiskandla li bil-Labour fit-tielet legiżlatura b’rebhiet kbar, veteran bhal Alfret Sant qed isejjah biex l-partit jibqa’ saqajh mal-art qrib l-grassroots.

Gheżież hbieb ta’ Netnews itolbu ‘l Alla l-imbierek, Gesu hanin, ommu Marija u l-qaddisin kollha li l-Partit Nazzjonalista, li tilef tlieta infila, ikollu u jittollera hafna aktar nies fi hdanu li jheggu lil PN ikun saqajh mal-art u qrib l-grassroots kif qed jaghmel Sant.

Wahda mil-problemi tal-partit fl-ahhar ghaxar snin kienet li kien permess biss attakki fuq l-Labour u ma kienux permessi ezamijiet tal-kuxjenza u awtokritika fil-konfront tal-partit. Li zzomm saqajk mal-art waqt li qed tirbah kwazi lussu. Pero li zzomm saqajk mal-art meta qed titlef tant huwa essenzjali li jekk ma taghmi,iex tissogra tisparixxi.

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.