
27 Jan Allura l-anzjani x’isir minnhom?
Lbierah ktib xi posts dwar l-htiega li fil-P.N. min kellu opportunita’ diga jaghti sehmu u forsi illum zmienu ghadda, jaghti cans lil haddiehor. Ovvjament l-eta’ kienet biss metafora. Hawn min ghadu zaghzugh u ma jafx johlom, xott mill-ideat u l-entuzjazmu u min minkejja li ghandu l-mili ghadu qisu artist kemm fil-fizika u kemm fil-hsieb.
Forsi espressjoni aktar adatta hija ‘bidla generazzjonali’. Fl-2008 meta jien gejt elett fil-Parlament, l-P.N. kiene diga’ qed ihoss l-bzon n ta’ din l-bidla generazzjonali u l-elettorat endorsja bis-shih dik s-sejha ghal-rigenerazzjoni u wcuh godda. Dan kienet r-raguni ghax ntrebhet dik l-elezzjoni – l-Labour kien holoq s-suq ghal-bidla u l-l-P.N. kien offra prodott ahjar – tibdilx l-parti ibdel l-ucuh kienet l-battlecry fl-2008. Illum l-P.N. qiegehd f’din s-sitwazzjoni fost ohrajn ghax dik l-wieghda, wara l-elezzjoni mbaghad ma zammiex. Imma dwar dan darb’ ohra.
Wara l-post tal-bierah wahdiha tqum d-domanda – allura l-anzjani xi jsir minnhom? Ghal darb’ohra l-anzjani mhix l-aktar kelma adatta u hija biss metafora – forsi wiehed jista’ jghid – allura dawk li taw sehemom u ghadda zmienhom x’ isir minnhom?
1. L-ewwel nett l-inklussivita’ ghandha tkun r-ruh tal-partit. U l-inklussivita tfisser li kulhadd ghandu jinghata opportunita’ jaghti kontribut skont l-hiliet tieghu. U kulhadd allura tinkludi b’mod specjali tinkludi lil min ikkontribwixxa fil-passat specjalment jekk l-passat kien tajjeb, ta’ success u ta’ kisbiet. L-kelam glorjuz niddejjaq nuzaha – bombastika wisq.
2. U allura anke min ghadda zmienu ghandu jkun inkluz u m’ghandux ikun emarginat. Ghandu jigi KONSULTAT kontinwament. Anke jekk ma jkunx prima fila ghandu jaghti pariri tant utli u mehtiega frott l-esperjenza taz-zmien li jsajru l-bajtar. Anke min ghadda zmienu ghandu rwol kreucjali, u ebda partit ma jista’ jirbah jekk ma jirrispettax l-passat tieghu, b’zewg modi, billi jitghallem mill-izbalji tal-passat u jibni fuq s-successi tal-passat. Fiz-zewg istanzi dawk li ghadda zmienhom, u qed nsejhulhom hekk for want of a better word, ghandhom kontribut imprezzabbli x’jaghtu. Anke min zbalja fil-passat jaf jaghtik parir dwar ghaliex kien zbalja u kif tista’ ma taghmilx l-istess zball.
3. Kont jien stess li ghaxar snin ilu fil-Parlament issuggerejt li l-eta’ tal-irtirar tal-gudikanti titla’ ghal 68. Ghaliex. Ghax kif kont spjegajt qed nitilfu gudikanti fl-aqwa taghhom, ta’ 65 meta jkunu akkumulaw tant snin ta’ esperjenza u gherf u fizikament jhafna minnhom ikunu ghadom ukoll fl-aqwa taghhom kif anke tixhed l-apparenza fizika taghhom. Nemmen li ta’ dik l-eta’ ikunu intlahaq l-apice u wiehed tabilhaqq ikun fl-aqwa tieghu. Ta’ 70 sena ma tilghabx football pero’ ghall-esperjenza, l-gherf u l-pariri probabbli persuna tkun verament fl-aqwa taghha.
4. George Abela, li bhali wkoll kellu differenzi serji mal-partit tieghu, illum ghandu 71 sena, kellu karriera twila fl-avukatura u fil-politika u sahansitra President tar-Repubblika, illum sa fejn naf jien rtirat. Illum huwa ibnu, u allura generazzjoni warajh, li jinsab prima fila fil-politika, bhala mexxej tal-P.L. u Prim Ministru. M’ghandix dubju, u nahseb xi haga tajba ghal dan l-pajjiz, li f’dan l-kaz l-missier se jaghti pariri lil iben fejn mehtieg u m’ghandix dubju li l-iben se jirrikorri ghall-esperjenza imprezzabbli tal-missier fejn jirrikorri, pero’ hemm l-prima fila u s-sekonda fila. Kulhadd f’postu u wiehed jimxi harir.
5. Fil-P.N. din l-bidla generazzjonali ghal xi raguni jew ohra baqghet ma saritx. Irridu nkunu onesti. Fil-P.N. nies bhal Louis Galea, Guido Demarco, Austin Gatt, Richard Cachia Caruana u fuq kulhadd Eddie Fenech Adami gabu rizultati kbar ghal partit u l-pajjiz. Kull min hu ta’ twemmin Nazzjonalist hu hekk minhabba dawn n-nies jew x’uhud minnhom u minhabba l-kisbiet li gabu ghal pajjiz li wara kollox fisser l-mod kif ghex dan l-pajjiz ghal snin twal. D-direzzjoni li taw dawn n-nies lil pajjiz taghmilna min ahna llum. Ricentement rajna kemm facli tkisser kollox f’hakka t’ghajn filwaqt li biex tibni trid tant ghaqal, gharaq u sagrificcju.
6. L-generazzjoni tal-llum tista’ turi l-akbar rispett lejn l-‘dawk li ghadda zmienhom’ billi taghmel hilitha sabiex tasal ghal kisbiet identici ghal dawk ta’ qabilha. Kull zmien u kull epoka ikollha l-istorja taghha, c-cirkostanzi partikolari. Bhal ma l-iben juri rispett lil missier billi jistiednu jerfa’ mix-xoghol meta jasal z-zmien u jserrahlu rasu li se jkompli jibni fuq li bena l-missier, ghal missier l-akbar sodisfazjon mhux li jibqa’ jahdem sa mitt sena izda li jkun rawwem lil iben b’mod ghaqli b’mod li jserrah rasu li l-iben se jkompli fejn halla hu. U l-iben dejjem jikkonsulta lil missieru u jara li l-affarijiet jimxu fl-istess spirtu tat-twemmin ta’ missieru waqt li ovvjament jadatta ghaz-zminijiet li ovvjament jinbidlu. Fil-P.N. hekk irid isir!
7. L-missier mhu xejn minghajr l-iben u l-iben mhu xejn minghajr l-missier, pero’ kulhadd izomm postu u jifhem zmienu. Fjura titah, tfewwah u ssebbah pero’ mhux ghal dejjem, taghmel zerriegha u warajha tigi generazzjoni ohra li ssebbah u tfewwah, u kull generazzjoni ghal zmienha, mbaghad taghmel zeriegha ghal ta’ warajha . . . ebda fjura ma hi ghal dejjem.
Robert Deniro ghal min ma jafx huwa l-attur favorit tieghi, ghandu kwazi tmenin sena u litteralment ghadu qisu artist!
Sorry, the comment form is closed at this time.