
14 Jan L-kabinett u r-riforma
Bhalissa qed jittiehdu d-decizjonijiet biex jissawwar l-kabinett l-gdid. L-honeymoon ikun diga ghadda ghax din li trid issir fl-ewwel sieghat wara l-hatra hija wahda mill-ikbar decizjonijiet li tista’ tiddetermina d-destin ta’ gvern – l-komposizzjoni tal-kabinett.
Tliet punti ta’ riflessjoni fil-qosor.
L-ewwel – l-komposizzjoni tal-kabinett hija diskrezzjoni assoluta ta’ min qed jahtar pero’ munita b’zewgt ucuh – ghazliet hziena eventwalment fi zmien l-hsad jirriflettu fuqu wkoll.
T-tieni – f’cirkostanzi fluwidi bhal dawk prezenti nemmen caqliq mill-inqas ghax ma tkunx taf x’se jigri xahar, xahrejn, sena ohra f’sitwazzjoni tant precipituza. Caqliq xejn jekk mhux indispensabbli mbaghad tiehu stock take tas-sitwazzjoni sitt xhur ohra, tkun osservajt u qist s-sitwazzjoni u tiehu d-decizjonijiet.
T-tielet u l-aktar importanti – imma jekk se jsir caqliq kbir allura jcekken! Wahda mid-decizjonijiet ta’ Muscat kienet proju jumbo cabinet, l-ikbar wiehed fl-istorja jhabbatha ma pajjizi ferm ikbar minna b’popolazzjoni ta’ ghexieren ta’ miljuni. L-kabinet huwa organu kostituzzjonali par excellence u jekk wiehed jemmen fir-riforma kostituzzjonali dan huwa cans tad-deheb biex mar-radd tas-salib jaghmel l-ewwel mossa. L-kabinett ta’ Gonzi kien zghir, ta’ Muscat esagerat, kabinett ghaqli huwa x’imkien fin-nofs. Hemm riformi kostituzzjonali li ma jistghux jinkitbu imma jinvolvu bidla fil-kultura politika tal-pajjiz u din hija okkazjoni tad-deheb biex mal-ewwel opportunita’ issir riforma kostituzzjonali – fl-attegjament u l-kultura politika.
Kabinett kbir jaghti aktar nar lil huggiega tal-klijentelizmu – wahda mill-akbar pjagi tal-pajjiz. Kabinett izghar jibghat messagg kontra l-kultura tal-klijentelizmu li kissret l-fibra tal-pajjiz.
Hemm riformi li jinkitbu u ohrajn ma jistghu jinkitbu mkien ghax jirrikjedu biss bidla fl-attegjament. Nistennew u naraw.
Mary Farrugia
Posted at 13:13h, 15 JanuaryHow right you are