
12 Jan L-Opposizzjoni kultant taghmillu xoghlu
1. Fl-aftermath tal-elezzjoni ghal mexxej mirbuha lbierah minn Robert Abela, ovvjament qed issir analizi u diskussjoni li tevalwa dak li gara. Kulhadd ikollu l-opinjoni tieghu u huwa tajjeb li jkun hekk, li wiehed janalizza, jiddiskuti u jiddibatti. Ovvjament bhala bniedem li mmilitajt fil-politika, fil-P.N. anke bhala deputat Parlamentari u ghandi element ta’ esperjenza politika minn zmien ghak zmien, bhal hafna ohrajn, nhoss li ghandi nikkummenta.
2. Issa wahda mill-issues li qed tigi diskussa hija jekk Abela kienx l-kandidat preferut ta’ Muscat jew le. Domanda legittima, suggett validu ghal skop ta’ analizi. Ovvjament se nikkontribwixxi ghal dan l-argument b’mod oggettiv u spassjonat. Illum jien minix attiv fil-politika, qatt am kont membru ta’ ebda partit iehor jew moviment hlief membru tal-P.N. u allura se naqsam maghkom dawn l-hsibijet bazati fuq fatti li jinsabu fid-dominju pubbliku. Qatt ma kont fil-moviment u mhux se nkun.
3. L-ewwel nett m’ghandix dubju li l-buon sens jiddetta lil Abela jipprova bhal qroqqa jgib l-flieles kollha madwaru anke jekk se jaghmel xi bidliet. Fis-sistema Parlamentari l-ghaqda f’partit hija essenzjali. U allura dan l-Blog mhuwiex dwar x’se jaghmel Abela minn meta gie mahtur ‘l quddiem izda jekk kienx l-kandidat preferut ta’ Muscat f’din l-elezzjoni ghal mexxej. X’se jigri minn issa ‘l hemm jien ma nafx, jekk hux se jsiru bidliet lanqas ma nafx u mhuwiex fl-iskop ta’ dan l-Blogpost. M’ghandix dubju li Abela se jaghmel hiltu kollha biex igib lil kulhadd warajh anke jekk jimbarka fuq bidliet.
4. Mela halli naghmluha cara jien nemmen li f’cirkostanzi normali l-kandidati preferuti ta’ Muscat kienu jkunu Miriam Dalli jew Ian Borg, t-tnejn validi, li pero’ ddeciedew ma jikkontestawx. Fearne u Muscat ma jidhirx li qatt kienu qrib wisq jew xi hobz u sikkina izda meta Ian u Miriam ddecidew li ma jikkontestawx, fis-sitwazzjoni kritika li sviluppat, u meta deher li aktarx kap se jsir Fearne, Muscat bis-sarkazmu u xakallizmu solitu tieghu, ikkalkula li jaqleb l-loghob u jitfa’ l-piz tieghu wara Fearne – speci ta’ if you can’t beat him join him! Xahar ilu Fearne kien favorit assolut, ghal zmien sahansitra inkontestat. L-karta li laghab Muscat kienet din – IF YOU CAN’T BEAT HIM JOIN HIM! Tbus dik l-id li tixtieq maqtugha, gieli smajtuha? Beggars can’t be choosers u xahar ilu Muscat b’dahru mal-hajt ma kellux ghazla.
5. Dan huwa konfermat ukoll minn dak li qal Abela stess dwar l-patt diaboliku fejn Muscat ried lil Fearne kap u lil Ian Borg u Abela vici-kapijiet. Dan ma jidhirx li gie michud u allura jekk dan huwa minnu Muscat zgur ma riedx lil Abela kap izda lil Fearne. U wiehed jista’ jieqaf hawn.
6.Pero’ inoltre nghiduha kif inhi, d-deputati u membri tal-kabinett l-iktar qrib lejn Muscat kwazi KOLLHA apppoggjaw pubblikament lil Fearne u allura jekk Muscat lil Abela ma rnexxielux igiblu l-appogg ta’ dawn n-nies ma nafx kemm seta’ kien l-kandidat favorit ta’ Muscat! Ftit li xejn taghmel sens li Abela kien l-kandidat preferut ta’ Muscat jekk l-aktar nies qrib Muscat, u mhux se nsemmi ismijiet, kwazi kollha pubblikament appogjaw lil Fearne! Kieku Abela kien l-kandidat preferut ta’ Muscat, allura l-appogg ta’ min gablu?
7. Wiehed ma jistax ma jsemmix ukoll l-isfond storiku – l-battalja ghat-tmexxija bejn Muscat u George Abela, fejn m’ghandix dubju li Muscat u Abela mhumiex l-ikbar zewgt ihbieb!
8. Mela kif tista’ qatt targumenta fid-dawl ta’ dan kollu jew mqar jghaddilek minn mohhok li Abela qatt seta’ kien l-kandidat favorit ta’ Muscat! Li tinseg conspiracy theories f’dawn c-cirkostanzi ghalija ma tantx jaghmel sens. Naghmilha cara jien ma nafx lil min appoggja jew m’appoggjax pero’ l-fatti jippontaw f’direzzjoni kompletament differenti!
9. Pero’ mbaghad x’gara? Xi hadd iddecieda li jipprova jilghab bl-imhuh. Daqsxejn ta’ kumment ma nafx minn min, imma minn xi hadd qrib Muscat, faqqa’ l-conspiracy theories qisom molla ta’ trabokk li marru overdrive u bdew jilaghbu propju l-loghba ta’ Muscat jew dawk qribu li taht ritratt ta Abela l-mexxej ghamel daqsxejn ta’ kumment helu helu ‘Kontinwita’ fis-sens li Abela kien ifisser kontinwita’. Issa l-ewwel nett ovvjament Abela anke jekk behsiebu jaghmel bidliet kbar, mhux ovvja li mhux se jaghmel dikjarazzjonijiet ta’ terremoti specjalment f’dawn l-ewwel sieghat!
10. U kif prova jilghab bl-imhuh u jhawwad l-borma? Peress li Muscat mhux propju ‘d-darling’ tan-Nazzjonalisti u ohrajn li ma jappoggjawx l-Labour, twassal biex minhabba Muscat idabbarha Abela billi tinghata l-impressjoni li Abela kien l-kandidat preferut ta’ Muscat u se jibqa miexi fil-passi tieghu. U b’hekk Muscat ikun appoggja lil Fearne u issa li l-pjan falla u kollox sarlu suf, jaghti l-impressjoni li qrib Abela biex haddiehor jaghmillu xoghlu! The friend of my enemy is my enemy. Jekk Abela l-preferut ta’ Muscat allura l-PN kontrih b’doza iktar qawwija.
11. Ovvjament jien ma nafx x’intenzjonijiet ghandu Abela u jekk hux se jaghmel bidliet u dan mhuwiex fl-iskop ta’ dan l-blogpost. Jekk jigi percepit li kien l-kandidat preferut ta’ Muscat fl-elezzjoni ghal mexxej ovvjament d-doza kontrih se tkun akbar u bl-istess mod jekk Abela ma kienx l-kandidat preferut ta’ Muscat, u l-pjan ta’ Muscat falla, Muscat mhux se jiddejjaq xejn li issa ladarba li kellu jsir sar, tinghata l-impressjoni li Abela kien qrib Muscat biex jigi fil-mira tal-Opposizzjoni b’aktar qawwa. L-Opposizzjoni tista’ tirraguna li the friend of my enemy is my enemy. U b’dan l-mod l-Opposizzjoni tkun qed tilghab l-loghba ta’ Muscat!
13. L-firda fl-Opposizzjoni, u l-inkapacita’ li ssir analizi klinika u oggettiva li tpoggi sitwazzjoni taht l-microscope u tifhem ezattament x’ikun qed jigri, u Opposizzjoni li ma thallix lil min juzaha ghal skopijiet ta’ mohhu, mhux biss tohloq konfuzjoni shiha u firda izda hija pjaga li ilha tnixxi telfiet elettorali wahda wara l-ohra ghal dawn l-ahhar snin. L-konfuzjoni twassal biex l-Opposizzjoni stess tispicca tilghab l-loghba tal-avversarju, li allura jista’ joqghod paxxut b’idejh marbutin, jara l-Opposizzjoni tilghab l-loghba li jrid u niseg hu u tagmillu xoghlu! Hawnekk mhux tant kaz ta’ the enemy of my enemy is my friend izda the friend of my enemy is my enemy!
14. Argument analogu jista’ jkun li f’sitwazzjoni t-Opposizzjoni frammentata facli tkeskes fazzjoni kontra ohra biex l-avversarju makakk joqoghod paxxut u jhalli fazzjoni jew ohra taghmillu xoghlu! Divide and rule, fra due litiganti il terzo gode. U fl-ahhar mill-ahhar kienx jew le l-kandidat preferut ta’ Muscat aktar ma tiddahhal konfuzjoni fil-mohh tal-avversarji dejjem fih valur fih innifsu!
Fil-hajja ma tistax tiggieled mad-dinja kollha at one go. Trid taghzel l-battalji tieghek. U fuq kollox ma tridx thalli min juzak jew jinqeda bik. Tilghab l-loghba tieghek mhux ta’ haddiehor!
Sorry, the comment form is closed at this time.