
27 Mar 2019 Alternattiva Demokratika ma jaqblux mal-kwoti tan-nisa fil-Parlament
Alternattiva Demokratika ma jaqblux mal-proposta ta’ Muscat dwar kwoti tan-nisa fil-Parlament u ghandom ragun. Bhali jemmnu wkoll li l-Parlament jekk xejn jickien ghandu bzonn u mhux jikber.
Kif diga spjegajt fi Blog precedent deputat Ingliz jirrapprezenta 70,000 ruh waqt li deputat Malti jirrapprezenta 5,000 ruh. Dan qed iwassal ghal-nepotizmu u klijentelizmu sfrenat. L-invazjoni tal-politici fil-hajja tan-nies hem bzonn tonqos mhux tizdied.
Jekk Muscat irid jindirizza l-anomaliji fil-Parlament u jqassam siggijiet qisu Christmas Father irid jara kif se jaghti siggu lil partiti zghar peress li Malta huwa l-UNIKU pajjiz fl-Ewropa b’zewg partiti biss fil-Parlament u DIN hija l-akbar anomalija.
Sorry, the comment form is closed at this time.