Egrant u l-qtil ta’ Raymond Caruana

Egrant u l-qtil ta’ Raymond Caruana

Muscat qisu qed jippretendi li ghax l-inkjesta Egrant kondotta minn magistrat rispettat kienet inkonklussiva u la sabet ta’ min hi Egrant u lanqas ta’ min mhix allura kulhadd ghandu jaghlaq halqu u ma jsemmi qatt iktar dak l-isem ta’ dik l-kumpanija fil-Panama u c-cirkostanzi li jiccirkondawha.

Imma allura bl-istess argument, biex ngib ezempju, anke l-inkjesta dwar l-qtil ta’ Raymond Caruana kienet inkonklussiva u ma tressaq hadd l-Qorti pero’ llum tletin sena wara l-kontroversja ghadha miftuha daqs qatt qabel. Ilna tletin sena nitkellmu dwar l-qtil ta’ Raymond Caruana u hadd ma jghaddilu minn mohhu jghid li ghax l-inkjesta hija inkonklussiva allura ma nitkellmux fuq l-kaz.

Ovvjament l-kazijiet huma kompletament differenti pero’ fit-tnejn hem inkjesti inkonklussivi.

Ovvjament l-ftuh tal-kumpanija Egrant sar fil-kuntest tal-ftuh ta’ zewg kumpaniji ohra li wkoll marbuta intrinsikament ma’ Muscat – tac-chief of staff u ministru tieghu.

Ghal snin twal Egrant se tkun tiddomina l-agenda politika lokali. L-inkjesta minn magistrat rispettat ladarba inkonklussiva ma solviet prattikament xejn.

S-sugget Egrant ghadu miftuh berah aktar minn qabel gahx jidher li ta’ min hi ried jahbi sew, tant li lanqas inkjesta magisterjali ma rnexxiela ssoli l-misteru!

Inkjesta inkonklussiva ma tfissirx li ghandu kulhadd jaghlaq halqu izda kulhadd ghandu jitkellem aktar!

5 Comments
  • Fed up of politics
    Posted at 13:57h, 03 February

    Dr Debono, Do Bearer shares in companies still exist? Are they still legal? If so, we will never know who truly owns Egrant.

  • victor
    Posted at 11:08h, 03 February

    Hemm bzonn kbir li l-kummissarju tal-pulizija jkun maqtugh mill-politika. Jintghazel b’ghall-inqas minn zewg terzi tal-parlamentari u jkun jista’ jitwarrab biss bi qbil ta’ ghall-inqas minn zewg terzi tal-istess awtorita.

  • Seqer Malti
    Posted at 18:59h, 02 February

    L-inkjesta mill-maġistrat ma kinitx inkonklussiva.
    L-inkjesta kkonkludiet ċar daqs il-kristall li d-declarations of trust (li suppost kienu l-ikbar prova) “huma dokumenti foloz”. Dan ifisser li xi ħadd ried iqarraq.
    Fir-rapport tal-inkjesta joħroġ ċar li wara l-akkużi u s-suppost provi fil-verità kien hemm: (a) frodi, (b) iffalsifkar, (ċ) diffamazzjoni, (d) libell, (e) xhieda falza, (f) evidenza falza, (ġ) gideb sfaċċat, (g) assassinju tal-karattru, u (għ) attentat ta’ tfixkil tal-kors tal-ġustizzja.
    Jekk għalik, bħala avukat, dawn mhux fatti inkwetanti u li ta’ min jikkundannahom bla riservi, mela allura nasal għall-konklużjoni li għandek aġenda.

  • Mario Camilleri
    Posted at 18:53h, 02 February

    Franco, għax ma kkomparajtx ma’ l-attentat ta’ qtil fuq ħajjet RCC, dik mhux ukoll mhux konklussiva għax ħadd ma’ weħel bl-attentat ta’ qtil!

  • Malti anononimu
    Posted at 14:02h, 02 February

    Certu nies (il-merhla) lanqas jekk tiktibilhom iswed fuq l-abjad ma jifhmu. Kompli ikteb biex forsi xi darba tidhol. Jien qatt ma kkumentajt fuq blogg imma wara dak kollu li sar ma nistax inzomm lura izjed.