
25 Jan 2019 L-esperimenti ta’ Muscat
Minn Mercedes Mifsud
F’hafna jew ftit oqsma fl-ahhar snin dan l-pajjiz kien qed jesperimenta u jazzarda fejn ohrajn aktar kawti u kapaci kienu qed joqoghdu pass lura. Ftit ilu Franco Debono kiteb f’dan l-Blog kif minkejja li Malta kien l-ewwel pajjiz li implimenta qafas legislattiv ghal bitcoin l-istess cryptocurrency kienet sofriet emoregija fl-ahhar sena tant li tilfet aktar minn 80% tal-valur – ovvjament xenarju katastrofiku li ftit smajna dwaru fil-gurnali.
Uhud mill-aqwa esperti tal-bitcoin jemmnu li wahda mill-akbar problemi kienet n-nuqqas ta’ qafas legislattiv allura Muscat min gol-kappell magiku tieghu fassal qafas legislattiv. L-bitcoin wiegbet billi nizlet kwazi 80%!
Li tkun kawt huwa imperattiv, li kultant tesperimenta b’kawtela huwa tajjeb, li tesperimenta bl-addocc hija ricetta ghal katastrofi.
Wahda mill-akbar bluhat li qed nghixu fil-prezent hija li bhal boloh niccelebraw meta naghmluh l-esperiment mhux meta johrog r-rizultat! Din saret l-moda, speci ta bluha chic! Ahjar alla jaghtini s-sabar!
Bluha tal-prima klassi. L-esperiment mhux meta taghmlu ticcelebra izda meta johrog r-rizultat .. . . .u ovvjament. . jekk ikun tajjeb! F’oqsma varji dan l-pajjiz iccelebra meta wettaq l-esperiment. Ghad irridu nibku meta johrog r-rizultat?
Sadanittant l-bitcoin tkompli tizzerzaq ‘l isfel u titlef biljuni fil-valur . . . j’Alla tirpilja!
Sadanittant s-sit Lovinmalta illum habbar kif kumpanija ewlenija tal-bitcoin naqqset l-haddiema u qed issib ruhha f’diffikultajiet minhabba t-telf enormi fil-valur tal-bitcoin.
Auggie
Posted at 08:00h, 26 JanuarySa certu punt jien naqbel ma Mercedes. Li ma naqbilx huwa l argument dwar il-bitcoin. Malta ma legislatx il-Bitcoin imma qafas dwar il-crypocurrenies li l-Bitcoin hi wahda minn hafna. Vera li din hija lktar mgharufa u uzata bhalissa.
Biex nkompli ma Mercedes, li jbezzani huwa dak li jissejjah ecosystem. X jiswa li jkollna qafas legislativ meta l-banek l-aqqas kont Tal bank lil dawn il-kumpaniji ma jridu jifthu?
U xi jghidu Ghar rizorsi umani? Bhalissa fis-settur Tal IT difficli ssib nies ahseb u ara b’influss ta iktar kumpaniji. Mbghad meta tigi biex timporta rizorsi minnbarra l- EU gieli ddum 6 xhur biex tohrog il-visa u/Jew l- work permit.
Nahseb meta noffru xi haga gdida ghandna nassiguraw li l-affarijiet Tal madwar jkunu ta livell li jistghu jghinu din l inizjattiva.
Hamster
Posted at 21:32h, 25 Januaryhttps://lovinmalta.com/news/news-breaking/exclusive-major-maltese-blockchain-company-fires-most-of-its-staff-after-running-into-problems?fbclid=IwAR0MM-ZlBG8Oz74BgA9ichOHGmc0bQb_OGrguAjGusiOFftn3m8CUXg2pew
Hamster
Posted at 21:26h, 25 Januaryhttp://netnews.com.mt/2019/01/25/kellha-taghti-lil-mala-r-reputazzjoni-ta-blockchain-island/?fbclid=IwAR0dKtrg1K22rU8LgTHQZrCbZMIcu4xMknOmVSHrviD1TnLaLHl9cE2Wrho
BMW
Posted at 21:20h, 25 JanuaryBitcoin = washing machine?