Inklussivita’

Inklussivita’

Ovvjament ftit nies daqsi jistghu jitkellmu fuq l-inklussivita’ jew nuqqas taghha fil-P.N.

L-uniku mod li jista jitqies gdid u li ghandu bzonn l-Partit Nazzjonalista attwalment huwa spirtu ta’ inklussivita’ . L-bqija kollu parole fil-vojt u hela ta’ hin, tidwir mal-lewza li jwassal biss aktar’l isfel fl-abbiss li sfortunatament jinstab l-partit.

Issa nghiduha kif inhi, meta Delia ried ikecci lil Simon Busuttil wara l-inkjesta Egrant, jien messni bdejt noghxa bil-ferh, niehu gost nara lil Simon Busuttil jghaddi minn dak li ghaddew lili minnu. pero mhux talli ma frahtx talli ktibt pubblikament li din kienet decizjoni hazina. dak li ma rridx fuqi ma rridux fuq haddiehor!

U issa meta hemm dikjarazzjonijiet belligerent ta’ gwerra mit-tmexxija tal-partit kontra fazzjoni partikolari li hija Kritika tat-tmexxija messni qed noghxa ghax dawn huma l-istess nies li kienu ferm kontrija meta jien kont qed naghmel bhal ma qed jaghmlu huam llum – kont kritiku tat-tmexxija. pero’ mhux atlli minix noghxa talli lanqas irrid nemmen spiccajt kwazi naqbez ghal Beppe lbierah f’Dissett.

Jekk l-marda kronika li hakment lil P.N. fl-ahhar snin kienet dik tal-eskluzjoni x’inhi l-medicina kontriha – l-inklussivita’ Din hija s-soluzzjoni. Partit li minflok isib d-difetti f’kulhadd jfittex l-pregji. Inkella mhemmx qiegh u l-parti se jibqa’ niezel.

U ma jistax ikun li fl-istess nifs li wiehed jghid mod gdid fis-sentenza ta’ wara jindika lil min se jkecci.

U jekk dan kollu dwar l0inklussivita’ qed nghidu jien, verament jista jghidu kulhadd! Minn hem irid jibda l-partit, u dan kollu ghidtu ghaxar snin ilu, hadd ma sema’ u ghalekk l-affarijiet iddegeneraw.

L-Partit Laburista fis-nin tmenin u disghin ma setax jiehu ruh u fieq sew meta accetta l-medicina tal-INKLUSSIVITA’. Joseph Muscat kieku seta’ anke l-wurdien u l-brieghed (ovvjament f’sens metaforiku!) gab lura fil-partit ahseb u ara n-nies. Fetah l-bibien berah ghal kulhadd u din kienet karta vincenti.

F’gieh l-Bambin u ghal gid ta’ dan l-pajjiz u l-bzonn urgenti li l-pajjiz ikollu Opposizzjoni b’sahhitha irid jitwarrab ghal kollox l-vokabularju ta’ knis, glied, gwerer, tkeccijiet, sriep velenuzi u l-kumplament tal-glossarju kkulurit.

Kif qalet Josanne Cassar lbierah f’Dissett hem bzonn jitnieda process ATTIV ffukat fuq healing of wounds li ilhom inixxu d-demm issa snin ghax hadd qatt ma kkurahom b’serjeta’.

Hadd m’ghandu jippretendi li ghandu xi dritt divin jibqa jiddetta x’jigri fil-partit ghal dejjem, pero fil-parit ghandu jkun hemm post ghal kulhadd.

L-uniku mod gdid li hemm bzonn – INKLUSSIVITA’. Altrimenti bil-maqlub dak mhux mod gdid imma mod antik li wassal ghas-sitwazzjoni attwali – partit iffukat fuq lil min se jkecci aktar milli lil min se jinkludi.

S-sentiment ta’ inklussivita’ jrid jigi minn KULHADD fi sforz ko-ordinat. T-twaqqif tal-ostilitajiet irid ikun sinkronizzat ghax diment li tibqa xrara mqar wahda tista terga tixghel l-huggiega u jerga jibda d-domino effect . . . .fi storja li ma tispicca qatt. . . (neverending story)

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.