
01 Jan Irridu nibdew minn issa nirriformaw l-Istrina
Fi Blog precedenti bdejt nispjega l-problema tal-Istrina.
Issa li l-President Coleiro Preca baqala biss ftit granet biex tispicca irridu nibdew nahdmu minn issa biex din s-sena niskrappjaw kompletament l-format tal-Istrina u nahdmu fuq attivita li tiffoka fuq s-solidarjeta minghajr mutetti, fuq l-altruizmu minghajr fanfarunati, fuq l-kompassjoni minghajr reklamar u xinxilli.
Irridu nahdmu biex bhala poplu ntellghu attivita’ li INDIPENDENTEMENT mill-ammont migbur tkun manifestazzjoni ta’ solidarjeta vera, fejn wiehed jaghti minghajr ma jidher, minghajr drama u teatralita’. Manifestazzjoni li jtellghu l-istess voluntiera ta’ bhalissa imma fejn min imexxihom, l-Presidenza, taghti direzzjoni differenti – solidarjeta’ minghajr mutetti.
Ejjew bhala poplu ma nkunux bla sinsla u naghmlu test lilna nfusna. Ejjew nara kemm jingabru flus jekk jinqatghu l-mutetti. Ejjew naghmlu test halli nkunu nafu lilna nfusna ahjar u ma nibqghux nghaddu z-zmien bina nfusma. B’hekk biss nistghu nikbru bhala poplu.
Ejjew nimbarkaw fuq riforma u naghmlu riforma qawwija u nibdlu l-mudell Coleiro Preca tal-Istrina ghall-ahjar.
Ezempju zghir – ghaliex ghandom jigu dikjarati l-ammonti? Diga nkun ghamilna avvanz kbir. Jekk min qed jaghti qed jaghti minn qalbu u mhux biex jidher xorta jaghti l-istess ammont sew jekk l-ammont ikun pubbliku sew jekk le.
Martul din s-sena u minn issa bla waqfien se nkun qed nahdem bla heda biex nirriforma l-mudell Coleiro Preca tal-Istrina.
Grazzi Eccellenza tal-hidma tieghek imma jekk dan l-poplu jrid verament jimmatura irid jifhem l-valuri vera tas-solidarjeta, kompassjoni, altruizmu u hniena jmorru lil hinn mic-cifri.
U ma ninsewx li hemm ukoll l-ministeri tal-Politika Socjali u dak tas-Sahha li ghandom jaraw li possibilment ma jkunx hawn min hu fil-bzonn izda f’kull kaz jassigura l-ghajnuna necessarja lil kull min hu fil-bzonn specjalment minhabba problemi ta’ sahha.
Ejjew nassiguraw li l-President tiffoka fuq r-rwoli kostituzzjonali u f’materji ta gbir ta’ fondi taghmel pass lura u iehor fil-genb sabiex dawn l-manifestazzjonijiet ikunu principalment tal-POPLU.
Ma nistghux nibqghu nbellghuha lilna nfusna li cekkijiet grotteski gganteski intizi biex tarahom, jekk jista jkun, d-dinja kollha hija karita’ jew kompassjoni. ma jistax ikun nibqghu nezlin ‘l isfel b’din r-rata.
L-poplu jrid jistenbah mill-koma.
Sorry, the comment form is closed at this time.