
18 Sep Vot 16 – naghtu z-zoghzija lura liz-zaghzagh
L-vizjoni tieghi ghal dan l-pajjiz dejjem kienet li naghmlu riformi essenzjali b’mod prattiku minghajr ma mmorru minn estrem ghal iehor u minghajr ma nuzaw lin-nies bhala trophies jew nesperimentaw bihom bhala guinea pigs.
Z-zoghzija l-aqwa zmien u z-zaghzagh ghandom jithallew igawdu l-aqwa zmien – z-zoghzija. . Fl-immaginarju kollettiv z-zoghzija zgur mhix sinonima mal-politika anzi bil-maqlub u bizzejjed wiehed jisma d-diska popolari ricenti ta’ Khaled ‘Yound,dumb, broke’ dwar z-zoghzija u x’tirrapprezenta.
Nispera li m’ghaggilniex certi bidliet biex xi hadd ikun jista jahrab mill-aktar fis.
Bix jivvotaw zaghzagh ta’ sittax-il sena se jkunu esposti ghal politika ta erbatax, jew qabel, jibdew jircievu l-kartolina minghand l-ministru, xi stedina ghal get together u xi diskussjoni fil-kazin. issa m’ghandix dubju li l-maggor parti taz-zaghzagh ta’ dik l-eta’ l-politika ma tinteressahom xejn u jinteressawhom ruxxmata affarijiet ohra. Mhux ta’ b’xejn l-pajjizi kwazi kollha ta’ dik l-eta’ ma jisirqulhomx z-zoghzija billi jdendlulhom l-karrotta tal-vot.
Izda mbaghad z-zaghzagh li jridu jippartecipaw fil-‘politika’ ta’ dik l-eta’ ghandom l-for a opportuni bhal ghaqdiet tal-istudenti u hafna ghaqdiet ohrajn. Minghajr l-vot min ried jimpenja ruhu xorta seta’ – minghajr ma jiccappas minn eta’ zghira mil-hmieg u mibeghda ta’ Sistema politika mnawra u mmuffata bl-iskandli, mibeghda, parrokkjalizmu u polarizzazzjoni sfrenata.
Allura ghaliex dik l-ghaggla kollha biex nkunu l-ewwel jew t-tieni pajjiz fl-ewropa kollha li ndahhlu l-vot 16?
Issa meta dan l-pajjiz illegisla biex jidhol l-vot 16 dan l-pajjiz prattikamnet kien minghajr Opposizzjoni li kienet storduta wara zewg telfiet elettorali u gwerra civili inetrna. Konsegwenza ta’ hekk l-pajjiz illegisla minghajr diskussjoni serja ghax l-P.N. mhux biss bla ideat izda kif jitniffes jakkuzawh li negattiv u had ma jaghti kazu. Hawn deficit serju u perikoluz fil-pajjiz.
U meta nghid diskussjoni serja irrid nifhem diskussjoni serja b’argumenti studjati minn esperti ta’ esperjenza mhux ragunamenti mmuffati mill-istess erba’ min-nies li jifhmu f’kollox.
Li taghti l-vot sittax hija wahda mid-decizjonijiet dibattibbli li trid terga’ tinfetah berah u tigi studjata wara li tispicca din s-sakra xalatura li ghadejjin minnha.
Taghti l-vot sittax meta hawn din l-mibeghda politika kollha f’dan l-pajjiz u tesponi tfal ta’ erbatax-il sena ghal dan l-hmieg? Tintroduci l-vot sittax qabel ma tirranga hafna mid-difetti kbar tas-sistema politika Maltija bbazata kwazi esklussivament fuq klijentelizmu sfrenat u sfaccat? Kieku ghandna xi ssitema politika perfetta forsi nifhem . . . . imma altru minn hekk.
Xi pajjiz iehor jew tnejn ghamluha fl-Ewropa kollha u dawn t-tip ta’ esperimenti biz-zoghzija huma wiehed mil-oqsma fejn mhux tajjeb nkunu l-aqwa fl-Ewropa! Se nkunu qed nintroducu tfal ta’ erbatax-il sena ghal sistema li kulhadd jaqbel hi altament polarizzata u mmuffata b’mibeghda qalila. Bizzejjed tara t-tghajjir fuq l-media socjali. L-aqwa li pajjiz Nisrani!
Min jghidilhom li se jkunu huma li jibdlu s-sistema qed jghaddihom biz-zmien waqt li juzahom ghal skopijiet ta’ mohhu. Jien kont deputat Parlamentari b’siggu fil-Parlament u biex gibt bidliet f’dan l-pajjiz – www.riformagustizzja.com – kelli neghreq l-gharaq tad-demm. Ahseb u ara kemm se jibdlu s-Sistema tfal ta sittax-il sena!
Jilhqu jivvotaw u jilhqu jippartecipaw fil-politika minghajr ma l-politika tnawwarhom meta l-aktar vulnerabbli.
Ejjew naghtu z-zoghzija lura liz-zaghzagh. M’ghandix dubju li l-maggorparti taz-zaghzagh ma jridux ikunu sfruttati biex xi had jinghamar li dahhal l-vot sittax u m’ghandix dubju li l-maggor parti taz-zaghzagh iridu zoghzothom lura – ma jridux jigu bumbardjati bil-politika minn Sistema politika invadenti ta’ erbatax-il sena.
Wara diskussjoni suret n-nies minghajr ghaggla u b’serjeta’ nikkunsidraw nnaghmlu bhal maggorparti tal-pajjizi demokratici u naghtu z-zoghzija lura liz-zaghzagh biex z-zoghzija verament tibqa’ tkun l-aqwa zmien.
Fix xefaq
Posted at 16:43h, 18 SeptemberIssir attivita fejn iz zghazagh ikollhom cans isemmghu lehinhom fil parlament u l vera niggusthom, ghax isemmu punti vera validi bla ma joqghodu jiddejqu li ha jirfsu l kallu ta xi hadd mil partiti l kbar.
Issa ladarba ha jsibu ruhhom abbinati ma xi partit, din il liberta ta l espressjoni ser ittir mar rih u jkollhom mazzra li qatt ma jkunu jistghu jehilsu minnha.
Addio l ideat friski
Addio l lealta lejn il gid komuni
Addio l kreattivita li huma marufa ghaliha z zghazagh.
Kollox habba r rehba ghal vot u l poter u habba pajjiz b opposizzjoni assenti u li m hemmx wisq tama li tirkupra.
Ruth Mamo
Posted at 15:42h, 18 SeptemberFil fatt niftakar zghazugh min ghaqda tal junior college jghid kemm ma jaqbilx ma vot16.
Bhal dan hemm hafna ohrajn.
Wisq nibza li din xi mossa ohra tal partit laburista biex elezzjoni ohra jkompli jkabbar id distakk.
Povra Malta nibkik!
Viva Albania
Posted at 15:05h, 18 SeptemberIz zaghzagh in generali ghadhom wisq mohh ir rih biex jiddeciedu il futur tal pajjies. La darba ikun hemm instuzzjonijiet serji li jheggu liz zaghzugh forsi il vott 16 jista jkun aplikat
Gianluca
Posted at 14:30h, 18 SeptemberIz zghazagh jizfnu u jaqbzu ghal muzika jkunu jridu wara xi session studju sfrenat biex ilahhqu mal girja tal hajja, mela jkomplu jhabblu mohhom x qal dak il ministru jew l iehor illum fil parlament!
Il meetings meta jkunu organizzati ta klassi u kwalita ser jigbdu hafna party people.
Mela min ikollu l bzar xi jroxx l iktar li jaqbad zghazagh fix xibka politika.
U povru cikku l poplu jibqa jghodos fil hama ma jista jinqala QATT.