L-famuza bagalja ta’ Ali Sadr

L-famuza bagalja ta’ Ali Sadr

Dahlet fl-immaginarju kollettiv qisha t-tapit t’Aladin.

Issa anke hawn nemmen li l-P.N. jew min kien in charge mil-istrategija ghamel zball strategiku qawwi.

Ghaliex?

Ghax fit-tqanzih li jgieghel titwemmen li f’din  l-bagalja kien hemm mhux biss l-karti izda dokumenti dwar Egrant kienet qisha episodju ta’ Tom & Jerry!

Ladarba l-bagalja ma kenitx basket tal-plastic trasparenti li jidher kollox minnu hadd ma seta jghid x’kien fiha. Full stop. Aktar ma titqanzah tispicca twegga int u hekk gara.

Imma ejja nghidu bil-maqlub. Ejja nghidu xi hadd jitilbok lift bil-karozza tieghek u meta jinzel ihalli bagalja tal-gilda bhal ta Ali Sadr li int ma tkunx taf x’fiha u jirrizulta wara li fiha droga. Int responsabbli tad-droga? Dazgur li le!

Mela inti taf x’kiem fiha dik l-bagalja! D-difiza tieghek mal-ewwel tkun li ma tistax tara minn gol-gilda tal-bagalja. Daqsekk iehor taf x’kien fiha l-bagalja ta’ Ali Sadr! Daqs kemm kont taf x’kien fiha l-bagalja li halla siehbek fil-karozza !

Issa l-buzillis f’dan kollu li meta inti tipprova sserahh fuq kongetturi bhal dawn l-effett ma jkunx newtru izda jkun hafna AGHAR – idghajjef l-kredibilita tieghek, idghajef lilek u l-istorja li qed tirrakkonta b’mod li kieku ma saritx dik l-enfasi kollha fuq bagalja li setghet kienet mimlija b’kull haga immaginabbli forsi l-istorja ma kenitx tkun daqsekk inkredibbli u ma titwemminx.

Kif xi hadd jghidlek li fil-bagalja hemm d-deheb int tghidlu KIF TAF? U jekk ma jaghtikx  risposta konvincenti ma temmnux.

Ghal darb’ ohra bhal fil-kaz Egrant allegazzjoni ta’ fatt mhux pruvata kissret n-narrattiva tal-PN.

Issa ghandek tieqaf sal-argument meta m’ghandekx provi ta’ fatt imbaghad ghandek tevita li taghmel argumentu bazwin li jdghajfu l-kaz tieghek – fil-bagalja seta kien hemm kollox jew xejn !

2 Comments
  • Blue titanium soldier
    Posted at 20:40h, 28 August

    Misshom qatghu il kundanna u qabdu u hadulu il bagalja.

    • Kermit
      Posted at 13:03h, 29 August

      😂😂😂