L-habbata ta’ wara l-bieb

L-habbata ta’ wara l-bieb

Illum l-Hadd kont l-bahar ghal kwiet u l-paci u ghamilt xi riflessjonijiet.

L-politika hija manifestazzjoni ta’ liberta’ tal-espressjoni. Issa l-liberta’ ghandu obbligu jaghtihielek l-istat ghax inkella taghmillu kawza imma wkoll trid taghtiha INTI lilek innifsek. Trid tahseb b’mod liberu minghajr ktajjen u sadid. Liberta’ tal-hsieb u l-espressjoni.

Partiti politici huma ftit dwar l-passat imma hafna dwar l-prezent u l-futur. U ghalekk li mal-Ewropa kollha jinbtu kontinwament u bhalissa specjalment hemm mewga kbira ta’ partit godda li hafna minnhom addirittura fi ftit snin rebhu l-gvern – ghax l-partiti politici huma dwar l-present u l-futur.

Issa nigi ghal P.N. U li se nghid huwa b’mod generali mingjar ebda disrispett lejn hadd. L-ewwel nett xi tfisser illum li tkun Nazzjonalist u kif tista tkun Nazzjonalist? Ibda biex  mill-partit tal-passat nghiduha kif inhi l-unika haga li baqa’ hija l-habbata ta’ wara l-bieb li sar sforz kbir u konxju meta regghet nbniet l-Istamperija li tinzamm dik li kie hemm fl-antik. Habbata ta’ wara l-bieb ma taghmilx partit !

Imma l-habbata ta’ wara l-bieb ma taghmilx partit. Fil-P.N. mill-era Fenech Adami nbidel tista tghid kollox. Nies, attegjament u ideat. Illum l-partit m’ghadux jingharaf . . .hlief l-habbata . .

U issa ejja nghidu inti bniedem tradizzjonalment Nazzjonalist li illum thossok orfni u b’rispett lejk innifsek trid tesprimi liberta’ tal-espressjoni u tixtieq tappoggja lil xi hadd  li jissimbolizza l-ideali politici tieghek.

Ejja nghidu jfigg xi hadd fix-xena politika li bhalek jemmen li Fenech Adami kien politiku li ghamel hafna gid kemm fil-P.N. ukoll fil-pajjiz, pero ma jaqbilx mieghu meta gideb fuq Alfred Sant u wehel libel, pero ma qbiltx ma’ Sant fuq l-Ewropa. Ejja nghidu li dan l-bniedem bhalek jhaddan l-ideali tradizzjonali tal-P.N. u li forsi tarahom ftit nieqsa fil-P.N. tal-llum. Li bhalek jemmen li Gonzi u Simon tfal sew pero’ ghamlu diversi zbalji. Ejja  nghidu li dan l-bniedem bhalek kien ivvota favur l-Unjoni Ewropea u vvota P.N. diversi drabi. Ejja nghidu li dan l-bniedem bhalek ma jarax lil Daphne bhala li ghamelt hazin biss, tajjeb ghamlet ukoll izda ghamlet hafna hsara bl-eccessi.

U ejja nghidu li inti fl-ahhar snin tbieghedt mil-P.N., ivvotajt bi protesta kontra l-P.N. u illum thossok bla partit.

Allura jekk ifigg fix-xena politika dak l-bniedem li mieghu inti ghandek tant twemmin u legat komuni, u li forsi bhalek protesta meta ra l-P.N. jizzerzaq lejn dan l-abbiss, ghaliex m’ghandekx thossok komdu tappoggjah u thossok fid-dar naturali tieghek.

Li tkun Nazzjonalist ma jfissirx li toqghid tigri wara l-habbata ta’ wara l-bieb jew l-bicca drapp li hi bandiera izda fuq kollox l-ideali. Dawk huma importanti l-ideali.

L-Partit Nazzjonalista fl-ahhar snin sfortunatament kecca hafna nies. N-nies li qed ikeccu n-nies mil-P.N. jistghu jibqghu ikeccu n-nies kemm iridu pero’ ma jistghux iwaqqfu lin-nies milli jkollom twemmin Nazzjonalist f’partit jew partitit ohra. Jistghu jwaqqfu n-nies milli jidhlu wara DIK l-habbata pero ma jistghux iwaqqfuhom milli jkollom twemmin Nazzjonalist!

Milli qed nisma’ nemmen li dan gara u se jkompli jigri daqt u nemmen ukoll li l-ghexieren t’eluf ta’ Nazzjonalisti li qed illum ihossuhom orfni dalwat isibu min jadottahom u jmexxihom u minflok iharsu lejn l-habbata ta’ wara l-bieb se jsibu bieb miftuh li jilqaghhim fi hdanu.

Min qed ikecci n-nies mil-PN ma jistax iwaqqaf lil nies jinghaqdu u jhaddnu twemmin Nazzjonalist. Nies li ghandom ghal qalbhom l-ideali mhux l-habbata ta’ wara l-bieb.

Mbaghad min hu l-aqwa jhawwel. Jekk facli jinghaqdu partiti godda Spanja, Franza, l-Grecja u l-Germanja fejn hemm popolazzjoni ta’ miljuni kbar kemm hu ferm aktar facli f’pajjiz zghir bhal taghna!

Anzi dan huwa qasam fejn facilment nkunu l-aqwa fl-Europa!

L-ideali jsawru partit mhux l-habbati.

 

9 Comments
  • Mary
    Posted at 11:14h, 30 August

    Proset 👍❤

  • ernest meli
    Posted at 08:02h, 27 August

    Ma tistax tkun Nazzjonalist u supperv f l istess hin.

    In Nazzjonalisti vera jemnu fil Politika ta Perswazzjoni ta De Marco u m hux fit tisbit tas saqajn ta Debono.

    • Franco Debono
      Posted at 08:26h, 27 August

      Nsellimlek. Nahseb ghandek zball kbir. L-istorja tghid kif l-P.N. jinsab fl-istat li qieghed ghax supperv. Ebda partit ma jitlef ripetutament b’40 elf jekk ma jkunx supperv.
      Dak li ghamilt jien – http://www.riformagustizzja.com – irid jinftiehem f’dan l-kuntest li kont qed nahdem fi hdan struttura ta’ partit supperv li spicca tilef hafna elezzjonijiet b’distakk kbir.
      Bhala deputat kelli pacenzja kbira dwar riformi kbar li spicca wettaq Gvern Laburista !
      Minn surveys ta Marmara jirrizulta li l-maggoranza ta Nazzjonalisti jemmnu li kelli ragun u li kelli nithalla nahdem.
      Pero mbaghad biex nuza l-espressjoni tieghek jista jkun ma sabbatx saqajja bizzejjed ghax ma semghux! U ara fiex gie l-partit! Kelli nsabbat saqajja ftit aktar ladarba hadd ma ried jisma ghax kieku sabbatt saqajja ftit iktar forsi l-partit mhux f’li hu llum.
      Ma min hu supperv u ma jridx jisma ma tistax tuza perswazjoni. Kliem sabih imma fil-prattika ma hadimx- serrah rasek li l-perswazjoni pruvajtha wkoll!

    • Nazzjonalist mit twelid
      Posted at 22:09h, 27 August

      Ernest Meli mindhu meta qighed jinteresak blog irrelevanti? Inti dejjem tmaqdar u tghamel hsara lil kull min jipprova isewwi. Dak il munument ha jgennek

    • Blue titanium soldier
      Posted at 22:10h, 27 August

      Mela hawn ukoll habib? Flahhar tara id dawl

  • Catherine
    Posted at 00:17h, 27 August

    Wiehed mil isbah blog li qeda nsegwi. Grazzi qed titkelem fisimna dawk li ahna ma nharsux lejn partit ghal pjaciri jew karita. Gustizzja u rispett zewg kelmiet facli najduwhom izda facli tarahom. Gustizzja meta tmiss ma lghatba tal qorti roghod is salib u alla biss jaf fejn u meta tispicca. Grazzi talli ghamilt hilthek fuq riformi izda iva lmalti haqqu laqwa servizz fil gustizzja. Rispett ahna maltin kolla int min int ahmar blue ahdar orange ahna maltin fullstop rispett ghandu jerga jigi lura ghax intilef. Salvu mallia huwa persuna li jien kont inhobbu u nifhmu ghax honest. Blog li lijli qed iqabizli dmugh ftit kliem u fih realta . Dejjem emint fik u qatt ma kelli dubbju li kellek ragun u lum kuntenta li fhimthek ghax iz Zmien taghna parir. Grazzi dr debono .

  • Blue titanium soldier
    Posted at 00:07h, 27 August

    Jien nahseb li ma stajtx tesprimi ruhek ahjar. Illum il partit spicca fi stat li kif tiftah halqek issieb min jippriva isiktek. Delia jinsghab mahkum min nies li mhux ihalluh jahdem, iktar ma jdum biex jiehu decizzjoniet importanti khemm ghal partit kif ukoll ghal pajjies ikrar ha jidajjef il partit. Tkun Nazzjonalist huwa it twemmin u tkun fanatiku huwa tigri wara arma u ma tafx ghalfejn semplici ghax hekk trabbejt. Wasal iz zmien li dak li bdejt tkomplieh fil fatti Dr. Debono

  • toni cassar
    Posted at 23:22h, 26 August

    ejja qum mir raqda. il pajjiz ghandu bzonnok.

  • Ideal nazzjonalist
    Posted at 19:45h, 26 August

    Min hu dak li ha jaddottani?
    Jien ninsab ezatt f’din is sitwazzjoni li spjegajt ben tajjeb int. Meta tikteb hekk tqajjimli gismi xewk xewk. Il liberta tal hsieb u espressjoni hija sagrosanta u hadd, hadd m ghandu jedd ixekkilha. Nemmen dan bhalek b’qawwa u b’konvinzjoni.
    Qalbi qawijja li hawn hafna li jifhmu x qed tghid u nahseb li dik il gurnata bahar u riflessjoni tghat l frott 🙂