
20 Aug Iqabbadhom ugigh ta’ zaqq
Gibduli l-attenzjoni li Norman Vella sar xi dermatologu – espert tal-gilda.. Hsibt li forsi wara d-disfatti elettorali fl-elezzjonijiet generali u tal-Parlament Ewropew u wara l-esperjenza katastrofika fix-Xandir Nazzjonali, kien se jiehu cans fil-kura tal-gilda, izda mbaghad indunajt li qaluli hekk ghax kiteb artiklu dwari fejn qal, metaforikament u probabbli b’nofs cajta, li xi Nazzjonalisti meta jisimghu ismi jqbadhom l-hakk.
Issa l-ewwel nett jien minix espert tal-msaren ghax kieku probabbli nghidlu li bhala bniedem li assocjat mal-akbar zewg telfiet Nazzjonalisti fl-ahhar hamsin sena u assocjat ma xandir pubbliku li ghamel ghajb kbir lil amministrazzjoni Nazzjonalista ta’ qabel l-2013, mhux hakk biss iqabbadhom lin-Nazzjonalisti izda brim kbir fl-istonku u jkun ahjar ma nidhlux fl-isviluppi ta’ wara minhabba l-intejjen reminixxenti wkoll tal-istat katastrofiku ta’ Partit Nazzjonalista li Norman Vella – u mhux jien- huwa protagonist fih.
Mhux talli ma nqabbadhomx hakk lin-Nazzjonalisti, talli wara li rcevejt eluf ta’ messaggi wara l-ahhar elezzjoni jhegguni biex mmur lura fil-partit jew sahnsitra nikkontesta ghat-tmexxija ikkummisjonajt survej professjonali u xjentifiku minn fejn irrizulta li aktar minn 70% ta’ dawk li vvutaw P.N. fl-ahhar zewg elezzjonijiet ihossu li kelli ninghata aktar spazju biex nahdem fil-Parlament, 53% tan-Nazzjonalisti jemmnu li kelli ragun fil-proposti u kritika tieghi meta kont deputat (b’25% biss jahsbu li ma kellix ragun), filwaqt li aktar kinn 40% tal-votatnti nazzjonalisti jarawni bhala kandidat validu ghal xi kariga fit-tmexxija tal-P.N.
Mhux talli ma nqabbadhomx hakk, talli dawn huma rizultati inkredibbli meta wiehed iqis l-ostitlita’ murija mil-PN. fil-konfront tieghi fl-ahhar snin. Dan s-survey ghandu jigi analizzat sew mil-P.N. ghax jitfa dawl importanti fuq l-istat tal-partit illum – partit li warrab hafna li setghu kellhom talent jew kienu validi.
Norman isemmi l-atteggjament tieghi.
Issa l-ewwel nett l-poplu Malti ikkundanna lil partit li kkundanna lili darbtejn in fila f’telfiet ta’ 35 u 40 elf. R-riformi kbar u storici li proponejt jien illum saru ligijiet li minnhom jibbenefika l-poplu Malti kollu. Jien kburi li fassalt Riforma Holistika tal-Gustizzja, kburi li mbuttajt l-qasma storika bejn l-misniteri tal-Gustizzja u Intern li fethet t-triq ghal kumplament tar-Rirforma tal-Gustizzja, kburi li ktibt l-Ligi tal-Finanzjamet tal-Partiti u tkellimt favur ambjent u infrastruttura ahjar fin-nofs n-nhar ta’ Malta minn Mxlokk u Mscala saz-Zurrieq. Jien kburi li qajjimt kuxjenza dwar r-rwol tal-membru Parlamentari bhala membru ta’ legislature li tiskrutinja l-gvern. Dan kollu waqt li Norman Vella kien ghaddej bi krucjata kontrijja!
Allura x’atteggjament qed jikkritika? Jekk xejn ma sabbatx saqajja bizzejjed ghax-Riformi baqghu ma twettqux. Twettqu immedjatament mal-bidla fi-gvern . . .L-atteggjament zbaljat kien ta’ minn oppona u mblokka dawn r-riformi storici mhux ta’ min proponiehom!
Wahda mill-akbar problem tal-Partit Nazzjonalista hija li ilu ghal dawn l-ahhar snin jigdeb lilu nnifsu u dan l-atteggjament huwa sintesizzat fil-kitba ta’ Norman Vella. Minflok iwahhal f’kulhadd barra fih innifsu l-P.N. irid jibda jghid l-verita’ lilu nnifsu – min holoq l-problemi u min provda soluzzjonijiet li gew injorati. Qabel jaghmel hekk ma jistax jibda jiehu ruh.
Bizzejjed wiehed ifakkar li jien ilni mhux attiv fil-PN ghal dawn l-ahhar erba snin u l-PN tilef l-ahhar elezzjoni b’35.
L-bniedem li jrid jipponta subghajh lejja fuq hakk u mhux hakk kien kandidat u protagonist fl-ahhar zewg elezzjonijiet filwaqt li jien ilni erba’ snin mhux attiv fil-P.N. Mela jekk jien nqabbadhom l-hakk hu x’iqabbadhom? Ugigh kbir fl-imsaren?
Ghax mhux biss kien kandidat izda kellu programm fuq n-NET. Trid tkun vera ma tsithix biex tkun wiehed mill-hatja ewlenin ta’ zewg telfiet kolossali u tipponta subghajk lejn haddiehor, li, wara kollox dan kolu kien prevedieh hames snin ilu u ppreskriva soluzzjonijiet u prekawzjonijiet biex ma jsehhx. Minflok turi dispjacir li ma tajtx kaz min fetahlek ghajnejk, twahhal fih! Minflok tirrikonoxxi li kieku smajt minnu kont trvita l-problem, twahhal fih meta ma kien jaht xejn. Kif jista jibda jiehu r-ruh l-P.N. b’atteggjament bhal dan?
Jien ma nixtieqx nidhol f’argumenti ma Norman Vella u meta ikkontesta ghal MEP u ghal generali kelli opportunita’ tad-deheb biex npattilu l-hsara li kien ghamilli meta kont deputat, pero jien nahfer u ninsa. Sa ricentment kellimtu fuq t-telefon bi hbiberija meta cempilli hu stess pero’ dawn nies li qishom jehdew jaghmlu hasra lil ghajrhom. Ma nistax nifhem ghaliex. Jien hekk maghgun – nahfer. Meta partitarju Nazzjonalist heddidni b’hajti hfirtlu u meta kien se jitressaq l-Qorti rtirajt l-kwerela – illum ahna hbieb.
Meta H schaivone gideb fuqi stajt hadt passi bil-Pulizja pero llimitajt ruhi ghal passi interni fil-partit. Schiavone ma thalliex jikkontesta l-elezzjoni nake meta jien ma kontx ghadni deputat u l-Parlament kien xolt. Pero mhux kulhadd qalbu tajba bhali. Wara 30 sena jikkonetsta elezzjonijiet l-gustizzja tad-destin riedet li jigi elett f’dan l-aghar moment fl-istorja tal-P.N. – liema sitwazzjoni taghha huwa l-mascot.
Wasal z-zmien li l-PN ma jibqax jghix gidba u jibda jghid l-verita lilu nnifsu. Ovvjament ma tirdx tkun xi genju biex, wara zewg telfiet kolossali tapprezza kemm kelli ragun f’li kont qed ngid fil-partit u fil-Prlament u li kieku l-partit ta kaz u thallejt nahdem kieku s-sitwazzjoni ma kenitx tiddegenra b’dan l-mod. Dan kollu jirrizulta anke mis-survey li diga’ ghamitl riferenza ghalih.
Ghaldaqstant ghad-domanda ta’ Norman Vella – kemm hawn bhal Franco, jidher li n-Nazzjonlaisti jixtiequ jkun hawn hafna aktar bhal Franco u jirringrazzjaw ‘l Alla li bhal Norma hawn wiehed biss ghax kieu l-PN li b’Norman wiehed qieghed hazin ghageb, b’aktar minn wiehed ikun ferm aghar. Jien kont s-soluzzjoni, Norman u ohrajn bhalu kienu l-problema.
Ifisser li Norman m’ghandux post fil-PN? F’cirkostanzi normali jifhem li huwa piz u jghosfor bil-mod. Pero’ jien nemmen li ghandu kontribut x’jaghti JEKK KEMM-IL DARBA l-atteggjament tieghu (mhux tieghi) li huwa l-problema, jinbidel.
Ma nistax nghid kif qal fuqi li s-sustanza tal-proposti tieghu hija tajba ghax proposti qatt ma naf li ghamel!
Minflok ingustament jipponta subghajh lejn haddiehor Norman Vella irid jirrikonoxxi l-isbalji tieghu – naf li jista jaqbdu ugigh ta zaqq, u mhux hakk biss, imma dik hija parti mill-process ta tisfija – atrimenti jekk jibqa ma jissaffiex, hu u anke l-P.N. se taqbdu infezzjoni u t-telfa li jmiss se tkun ferm akbar.
Qed nikteb dan kollu b’nofs qalb jekk mhux kontra qalbi izda b’self defense, ghax attakkani hu, u kif fhimt li ghamel hu drabi, nohrog l-id tal-hbiberija jien ukoll wara li kif xieraq niddefendi ruhi.
Din se tkun qed tintbaghat bhala right of reply lil Newsbook
Sorry, the comment form is closed at this time.