L-qilla inevitabbli tad-destin

L-qilla inevitabbli tad-destin

Qabel l-2013 l-P.N. ra kif ghamel biex jeqred kull tip ta’ dissens u inizzjattiva fost deputati tieghu stess, b’kundanni, mibeghda, tghajjir, insulti u atrocitajiet varji li wassluh ghal telfiet elettorali koroh hafna sussegwentement. ma halliex jikkontesta l-elezzjoni lil min kien hadem u ta kontribut kbir fil-Parlament u li wara kollox kien deputat Nazzjonalista u dejjem ikkontesta mal-P.N.. Partit li warrab lil min kien asset ghalih imma theddida ghal klikka li trid tibqa tikkontrolla l-partit ggranfat  taht difrejhom.

U issa bhal boomerang feroci tad-destin – illum l-P.N. ghadu kif ra jitla’ fil-Parlament minn fuq dahru u f’ismu dak li sa xahrejn ilu kien addirittura whip tal-Partit Laburista li biex qisha tkun kompluta l-vendetta tad-destin ha siggu li facilment seta baqa’ ghand l-P.N. li kieku gie cedut distrett iehor, izda li issa     ghadda ghand partit iehor!

Is-siggu li ha l-ex whip Laburista min fuq dahar l-PN issa se jkun siggu tal-Orangjo, lanqas tal-PN!

Jien min-naha tieghi nawguralhom kollha!

Pero wiehed ma jistax ma jinnotax  l-qilla inevitabbli ta’ destin li l-P.N. gab fuqu nnifsu

Lit-tesserati draw ibellghulhom kollox – l-ewwel li kellhom r-ribelli (li ma kienu ribelli xejn izda l-vuci tar-ragini), u dawk le, imbaghad ex-deputati Laburisti accettawhom, dawk iva.

Jekk t-tesserati u l-attivisti mhux se jqumu mir-rassenjazzjoni u sottomissjoni li hakmithom fl-ahhar snin nutriti minn kultura ta’ mibeghda li sqewhom, dan l-partit qed jirriskja li jizzerzq, issa li specjalment hemm partit iehor li jista jikber fil-Parlament, lejn dak li xi opinjonisti qed jipprospettaw – l-irrelevanza.

T-tesserati huma l-unika tama li ghandu l-PN. Jekk mhux se jqum bis-sahha kollox se jibqa kif inhu Jew aktarx imur ghal-aghar

6 Comments
  • M. Agius
    Posted at 11:52h, 22 June

    Dr. Debono, please ask Dr. Marlene Farrugia whether you may join her PD party. Or the PD is not her party? Does she belongs or is she subject to the PN? Its something similar to the way Dr. Farrugia managed to wriggle into the PN and successfully steal its votes. This would be an interesting situation where all may see how independent is the PD in its decisions. The PD should not harbour (if permitted) hate towards you and others who are critical of the PN. Dr. Debono keep unveiling what the PN is made of. The PN is becoming an insult to Christian democratic beliefs.

  • Malcolm
    Posted at 17:57h, 21 June

    PN għandu bżonn nies bħalek Dr.Debono inkella qatt mhu ħa jkun fil-Gvern, pero jien ċertament li jekk tkun int li tieħu t-tmexxija f’idejk tal-pn u tixkana u tixkupa kważi l-kulħadd il-barra mbgħad jibda jieħu r-ruħ.

  • Tesserat
    Posted at 17:51h, 21 June

    Tesserati u mhux, issa z zmien li nqumu u nirribellaw. Qabel il PN jispicca irrilevanti.

  • anton b
    Posted at 17:25h, 21 June

    inxteghelet fjamma tal-backfire issa zgur

  • STEVEN
    Posted at 16:29h, 21 June

    Voldieri JEZISTI it-tielet partitt fil parlament. U ISSA XSER JIGI?

    • Franco Debono
      Posted at 16:55h, 21 June

      Fuq l-ballot paper tal-Orangjo rikbu kukkuzejt fuq l-PN pero fil-Parlament dawn jistghu jitilqu ghal rashom!