Riforma tal-Gustizzja f’Ghawdex

Riforma tal-Gustizzja f’Ghawdex

L-Parlament din l-Gimgha kien qed jiddiskuti abbozz ta’ Ligi li kien thejja mill-Kumitat ta’ Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Ligijiet li fil-Legislatura li ghaddiet jien kont nippresjedi u wara mozzjoni private ta’ Justyne Caruana. Erba snin wara li ma bqajtx deputat Parlamentari, l-Parlament Malti ghadu  jiddiskuti proposti li kont ikkontribwixxejt fihom bhala deputat fil-kuntest tar-Riforma tal-Gustizzja – www.riformagustizzja.com. Nsellem ukoll lil-membri ta’ dak l-Kumitat li kienu Jose Herrera u Francis Zammit Dimech.

Dawn huma siltiet mid-dibattiti tal-imesmmi Kumitat Parlamentari

Re-Codification and Consolidation of Laws Committee – Riforma Gudizzjarja f’Ghawdex

 

Laqgħa 22 – 7 ta’ Frar 2012

DISKUSSJONI DWAR L-ABBOZZ TA’ LIĠI DWAR

IL-PROĊESS ĠUDIZZJARJU F’GĦAWDEX

PROF KEVIN AQUILINA:  Biex nimxi mal-mozzjoni tal-Parlament, li għamilt huwa li ħejjejt abbozz ta’ liġi fejn essenzjalment il-Qorti t’Għawdex ikollha anke hi l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u l-Qorti tal-Familja bħala qorti superjuri u mhux bħala qorti tal-maġistrati.  Anke pprovdejt illi l-appelli superjuri – jiġifieri l-appelli bi tlett imħallfin – jinstemgħu Għawdex ukoll fir-rigward ta’ appelli li joriġinaw minn Għawdex.

 

L-unika ħaġa li ma pprovdejtx għaliha, għal fatt li xtaqt il-parir tagħkom qabel ma nagħmel xi ħaġa dwarha, jekk il-Qorti Kostituzzjonali wkoll għandhiex tmur Għawdex. Dik ma kkejterjajtx għaliha u lanqas naturalment għall-Qorti Kriminali, għall-ġurijiet, dawk ħallejthom f’Malta.

  1. ANNA COLEIRO (Segretarja tal-Kumitat):

 

Clause 2 Competence of the Civil Court

  1. (1).  The Civil Court, First Hall, and the Civil Court (Family Section) shall be competent to hear cases in Malta and in Gozo..

….

PROF. KEVIN AQUILINA:  B’din il-bidla se jkollok imħallef kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

Laqgħa 23 -It-Tnejn, 13 ta’ Frar, 2012

 

Diskussjoni dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Proċess Ġudizzjarju f’Għawdex

 

THE CHAIRMAN (Onor. Franco Debono):  Inkomplu fejn ħallejna mill-aħħar seduta ta’ dan il-Kumitat u l-ewwel item fuq l-aġenda,  Diskussjoni dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Proċess Ġudizzjarju f’Għawdex.  Konna ħejjejna wkoll l-abbozz innifsu.  Qed jinformawni li l-abbozz ġie tradott ukoll għal-lingwa Ingliża f’xi emendi minuri wkoll, pero’ ma xtaqtx nieqaf hemm.

 

Fil-fatt tlabt lis-Segretarja tal-Kumitat biex tikkomunika mad-deputati Għawdxin – li tlieta minnhom inzertaw li huma avukati – fosthom ukoll l-Onor. Justyne Caruana li kienet proprju hi li ppreżentat il-mozzjoni.  Jien ninsab informat li ġew informati bl-abbozz kif qed jipproponih dan il-kumitat imma pero’ ma reġgħux tkellmu mas-Segretarja tal-Kumitat.

 

Laqgħa 27 – 20 ta’ Marzu 2012

 

THE CHAIRMAN (Onor Franco Debono):  Tal-Onor. Justyne Caruana fil-fatt u kien hemm qbil li tkun riferuta lil dan il-Kumitat.  Fil-fatt tnieda proċess ta’ konsultazzjoni fejn ikkonsuiltajna ma’ avukati li jipprattikaw fil-qrati ta’ Għawdex u setgħu jagħtu l-feedback tagħhom  biex ikollna l-aħjar liġi li stajna naslu għaliha.  Fil-fatt għaddejt l-aħħar suġġerimenti li bagħatli Dr Grazio Mercieca, xi fine-tunings żgħar imma li huma importanti li naħseb ikun għaqli li ninkluduhom fil-liġi.  Għaddejthom lill-Prof. Aquilina u fil-fatt, Ministru, nista’ ninformak li fil-ġranet li ġejjin se tkun lesta u nkunu nistgħu nissottomettuha lill-Parlament.  Kif għedt inti, hija xi ħaġa tajba li fil-fatt ippreżentata l-Onor. Justyne Caruana, ġiet dibattuta fil-Parlament, il-Parlament plenarja ddeċieda li jirreferiha lil dan il-Kumitat, dan il-Kumitat għamel proċess ta’ konsultazzjoni u naħseb li wasalna fil-qrib biex nippreżentawha quddiem il-plenarja biex tiġi diskussa.

 

Laqgħa 31  – 7 ta’ Mejju 2012

 

Preżentazzjoni tal-Ewwel Abbozz tal-Kodiċi Amministrattiv

 

THE CHAIRMAN (Onor Franco Debono):

Dan il-Kumitat diġà ppreżenta l-ewwel biċċa xogħol kompluta lill-Parlament li hija r-riforma tal-qrati ta’ Għawdex.  Naħseb li mhux biss l-Abbozz innifsu imma anke l-metodu li ntuża biex wasalna għal din il-liġi, kien interessanti ħafna u li jista’ jitfaħ bibien u jawgura tajjeb għal metodi ġodda tal-mod kif tiġi proposta leġislazzjoni.  Għandek il-gvern, il-mutur ewlieni li jippreżenta l-leġislazzjoni.  Imma mbagħad għandek għodod oħra fosthom il-mozzjoni privata.  Dik kienet frott ta’ mozzjoni privata li ppreżentat l-Onor. Justyne Caruana li l-Kamra rrisolviet li dan il-Kumitat jiddiskuti u jipprepara Abbozz ta’ Liġi.  Dan l-Abbozz ta’ Liġi ppreparajnih, wara li kkonsultajna ma’ diversi avukati.  Inklużi li taw il-kontribuzzjoni tagħhom kien hemm il-Ministru tal-Ġustizzja, l-Onor. Justyne Caruana, jidhirli li anke l-Onor. Anton Refalo, Dr Grazzio Mercieca, Dr Vince Galea, u diversi nies li huma midħla tal-qasam tal-ġustizzja f’Għawdex.

 

Dak l-Abbozz ta’ Liġi kien frott ta’ konsultazzjoni wiesgħa u ta’ proċess partikolari fejn għandek mozzjoni minn Membru tal-Oppożizzjoni li l-Kamra rrisolviet li tirreferi lil dan il-Kumitat.  Dan il-Kumitat reġa’ kkonsulta b’mod wiesgħa kemm jista’ jkun, ippreparajna l-Abbozz li issa jrid jerġa’ jmur quddiem il-plenarja biex jerġa’ jiġi diskuss, jerġa’ jiġi arrikkit u rfinut sabiex ikollok il-prodott aħħari li eventwalment, jekk jgħaddi mill-Parlament, isir liġi.

 

 

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.