Ghaziz Ian Castaldi Paris

Ghaziz Ian Castaldi Paris

Qed nara lil habib tieghi Ian Castaldi Paris jilmenta fuq Realta’ fuq PBS, kif Simon Busuttil ma nehhiex lil Austin Gatt mil-Partit Nazzjonalista. Kieku ridt naghmel bhal siehbi Castaldi Paris kont nigi misteden aktar spiss fuq Realta’! Ghandi kull rispett lejn Brian Hansford, nemmen li bniedem genwin u jaghmel xoghlu mill-qalb.

Ian tifel sew u ghandi kull rispett lejh, nirrispettah ta’ habib, pero jidher li ghandu memorja qasira.

F’Novembru tal-2011 jiena kont ghadni kif astjenejt f’vot Parlamentari fil-konfront ta’ Austin Gatt fost insulti u theddid fil-konfront tieghi. Kelli kuragg niehu posizzjoni fil-konfront ta’ Austin Gatt. Jekk tisma’ lil Ian Castaldi Paris illejla timmagina li dak in-nhar kien vociferu kontra Austin Gatt. Pero’ jekk niftakar sew kien tela’ jitkellem warajja f’Kunsill Generali li kien sar fl-istess zmien f’Novembru 2011, u jekk niftakar sew tghidx kemm incensa lil Dr Gonzi.

Dak z-zmien Dr Gonzi kien fil-poter u l-habib tieghi Dr Castaldi Paris kien qed jincensah. Illum Jospeh Muscat qiegehd fil-poter u qed jincensa lilu.

Ghaziz Ian, jista’ jkun  li Simon Busuttil dak z-zmien m’ghamel xejn biex jitnehha Austin Gatt, ghax nies bhalek, ghaziz Ian kienu qed jincensaw l-istatus quo fil-Partit Nazzjonalista, jew ma kienux qed jaghmlu bizzejjed biex jibdluh. Sa fejn naf jien qatt ma sibt appogg, jew ftit li xejn,  minn Ian meta tant ridt nibdel l-affarijiet fil-PN.

Wara t-telfa Ian kif kellu kull dritt jaghmel, u nirrispetta pjenament d-decizjoni tieghu,  issieheb fil-Partit Laburista. Ghal kuntrarju, jien dejjem ghamiltha cara, minkejja li kien ikun ferm facli u ta’beneficcju ghalija niddikjara mod iehor, li minix membru tal-Partit Laburista jew tal-Moviment. Ghandi hafna rispett lejn l-esponenti tal-PL u politici validi bhal Varist, Edward Scicluna u hafna ohrajn.

Ian kien ifahhar lil Gonzi fil-gvern u illum ifahhar lil Muscat fil-gvern . Jiena kelli l-kuragg nikkritika ‘l Gonzi fil-gvern ,  u illum fejn jidhirli nikkritika l-operat tal-gvern ta’ Muscat. Karl Gouder, li ppartecipa fl-istess programm, kien jiddefendi lil PN fil-gvern u llum jiddefendi lil PN fl-Opposizzjoni.

L-aktar difficli tikkritika l-gvern sew tal-bierah sew tal-llum.

Normali tiddefendi partit tieghek fil-gvern u tiddefendih fl-Opposizzjoni.

L-ehfef tiddefendi lil kull min ikun fil-gvern. Qed naghmilha cara daqs l-kristall li mhux qed nirreferi ghal Ian, li nafu bhala persuna genwina, pero’ min jaghmel hekk jista’ jesponi ruhu ghal percezzjoni ta’ opportunizmu. Nerga’ nghid li mhux b’riferenza ghal Ian.

Sincerament nsellem lil Ian u nawguralu kull success. Nsellem ukoll lil partecipanti l-ohra kollha fil-programm Realta’.

17 Comments
  • Corrupt
    Posted at 09:21h, 13 March
  • Xarabank on Demand
    Posted at 15:39h, 12 March

    Ghal min jixtieq jerga jara Xarabank

    http://www.tvm.com.mt/mt/programmes/xarabank-2/ondemand/

  • el gozitano
    Posted at 15:05h, 12 March

    Prosit ghall-figura li qtajt fuq Xarabank nhar il-Gimgha. Kien biss bl-interruzzjonijiet li ippruvaw ilahqu msl-argumenti tieghek. Ma nafx kif flahtu dak li kien hemm hdejk…..jikkritika l-gvern li tieghu int kont membru meta kien l-istess gvern li lilu u lil familtu refghahom daqstant il-fuq. Ma jimpurtax! Keep it up Dott. And for me your place is back to the old fold.

  • Peppa
    Posted at 11:46h, 12 March

    Qaluli li kont fuq Xarabank. Ma kintx naf ghax kieku kont narah. Kien ilni li waqaft nara Xarabank imma milli jidher il-bierah kien bomba kif qaluli u qaluli li int tkellimt sew bla kantunieri.
    L-istess ghadek int, l-abjad tghidlu abjad u l-iswed tghidlu iswed.
    Konsistenti u sincier.

  • Martin
    Posted at 08:22h, 12 March

    Lil Peppi Azzopardi tista thobbu jew tobghodu imma kif dejjem sostnejt, Peppi huwa ragel li nammira u nahseb li huwa gust.
    Jekk Peppi jara li hemm sitwazzjoni fejn qed issir ingustizzja, konvint li jara x’jista’ jghamel.
    Mhux vera li jhalli lil min hu fil-gvern jikkmandah kif imexxi l-programmi tieghu.
    Peppi ghandu kuxjenza socjali tremenda u ruhu ma thallihx bil-kwiet ma jghamel xejn jekk jista jkun t’ghajnuna. Il-program ta Xarabank tal-bierah kellu mistiedna mzewqin u l-anqas rajtu ghaddej il-hin. Kontu interessanti hafna fl’argumenti taghkhom imma int Franco, ghandek habta tghamel statements li jibqghu go mohhna.
    “Jekk ghandi l-guh, mhux ittini glekk!”
    Qed nittama li narak iktar ta spiss fuq Xarabank ghax ghattxana ghal verita u l-gustizzja.

  • Franco Debono fuq Xarabank
    Posted at 08:09h, 12 March

    Jekk nghidlek li ghandi l-guh ma ttiniex glekk. Igifieri, xi haga ma tissostitwix b’ohra!

    https://www.facebook.com/xarabank/videos/935741473139775/?refid=12

  • Promising
    Posted at 07:45h, 12 March

    Min jghidli li Franco Debono ghad jerga jinghaqad mal PN u min jghidli li Franco Debono ghad jifforma Partit gdid…… jien taf x’nahseb? Li mil-ewwel mumment li tkellimt ma Franco intbaht li dal bniedem ghandu kwalitajiet partikolari li jaf jghamel differenza u li kont iltqajt ma persuna vera specjali u kif jghidu blingliz, cut above the rest.
    Nawguralek Franco ghax il-kbir ghadu gej zgur.

  • Catch 22
    Posted at 01:14h, 12 March

    Mis survey li sar fuq Xarabank jidher li Joseph Muscat qed jitlef il punti imma Simon Busuttil mhux jirbahom hu.
    Allura min ha juza dawk il voti mitlufin?

  • Xarabank
    Posted at 23:07h, 11 March

    Qed insegwuk fuq Xarabank. Qed targumenta tajjeb hafna u tghid affarijiet li jghamlu sens.
    Mieghek m hemmx kulur, imma tghid l affarijiet kif inhuma.

  • Analytic skills
    Posted at 16:00h, 11 March

    Mature voters are educated and raised to analyse rather then to parrot information.

    The report considered these examples as an indication of the “weak command some candidates had over the subject matter and underscore the poor analytic and critical skills of the examination candidates”.

    http://www.maltatoday.com.mt/news/national/62988/teens_were_asked_to_define_family_values_so_they_said_christmas_lunch___exam_report#.VuLMYdm9LCQ

  • Scorpion0668
    Posted at 00:11h, 11 March

    Jekk ragel tnehhilu l-irgulija, x’jifdallu?

  • Tony Delia
    Posted at 00:10h, 11 March

    Dawn it tip ta’ persuni m huma xejn hlief opportunisti u puppaturi ghax meta taghsarhom ma johrog xejn ta sugu minnhom. U bhal Ian hemm ohrajn.

  • Michaa
    Posted at 00:01h, 11 March

    Kif ma jisthiex !! Anzi l mama tieghu kienet tahdem kastilja ma Gonzi …

  • Il-konsistenza tidetta
    Posted at 00:01h, 11 March

    “Responsibility and political honesty mean that you have to resign when your party does not respect you.”

    http://www.independent.com.mt/articles/2014-07-07/news/ian-castaldi-paris-resigns-from-pn-lija-council-says-party-not-showing-him-respect-5748424704/

    Kemm hu altruista Ian Castaldi Paris hux, irrezenja ghax mhux rispettat sic!!
    E fhimt, mhux habba Austin Gatt mela!

  • LOL!!!
    Posted at 23:55h, 10 March

    Mhux kulhadd jaf li Ian jhobb il-gelat ta l-istikka!
    🙂

  • Man
    Posted at 23:49h, 10 March

    Mela mhux ta Norman qed isegwi?