18 Feb X’dixxiplina? Ara lil min tahtar u ma tigix bzonn dixxiplina!
Kull meta xi hadd jipprova jaghti impressjoni li r-Riforma dwar hatriet/dixxiplina/tnehhija tal-Gudikanti, f’dan l-pajjiz torigina min x’imkien iehor hlief mill-Mozzjoni Privata tieghi dwar Riformi Magguri fil-Gustizzja u Intern tat-8 ta’ Novembru 2011 (1), mhux biss ikun qed jinsulta l-intelligenza ta’ poplu shih u jqarraq, izda wkoll u hafna aghar minn hekk ikun qed jaghmel dak li qal George Orwell :
”The most effective way to destroy people is to deny and obliterate their own understanding of their history.”
Huwa ta’ unur ghalija li l-istess proposti gew mehuda on board minn Rapport sussegwenti, li hu stess jindika li dawn l-proposti joriginaw minn band’ ohra. L-memorja kollettiva ta’ poplu, l-istorja tieghu hija wahda mill-eghzez elementi li jsawru kull nazzjon. Min jinsulta din l-memorja kollettiva jkun qed jaqleb Malta ta’ taht fuq.
Inoltre kif jirrizulta mill-bran hawn kwotat qatt ma qbilt u ma naqbilx li jkollok xi Sistema ta’ dixxiplina tal-gudikanti li tistmahom qishom tfal tal-kindergarten, Sistema li ma tiswa’ ghalxejn hlief biex tnaqqas r-rispett lejn l-Qrati.
L-principju ghandu jkun – Oqghod attent lil min tahtar u ma tigix bzonn dixxiplina!
Private Members’ Motion – Parlament ta’ Malta -Mozzjoni 260 – Mozzjoni Dwar il-Qasam tal-Gustizzja -Mozzjoni tal-Onor.Franco Debono – Seduta 489 – 12/6/12
“Rigward il-mekkaniżmu tad-dixxiplina, filwaqt li għandek l-indipendenza tal-ġudikatura, nemmen li l-punt kruċjali hawnhekk huwa l-kompożizzjoni. L-Italja għandhom il-Consiglio Superiore della Magistratura, u jkun tajjeb jekk wieħed iħares ftit anke lejn dak il-mudell u jara kif jaġixxu short of impeachment. L-ewwel nett jiena nemmen li l-mument kruċjali huwa meta taħtar ġudikant. Jekk l-għażla tkun tajba, il-ġudikant mhux talli ma jagħtikx problemi fil-kors tal-karriera tiegħu u fil-qadi tad-doveri tiegħu, talli jagħtik xogħol, kif fil-fatt jagħmlu ħafna mill-ġudikanti bl-akbar reqqa u bl-akbar serjetà. Aħna m’għandniex xi korp ta’ ġudikanti running into hundreds jew thousands u għalhekk m’għandux ikun diffiċli li nagħmlu l-għażliet tajbin u lanqas għandu jkollna għalfejn nirrikorru għall-proċeduri ta’ dixxiplina u impeachments. Fil-korp tal-ġudikanti tagħna għandna 40 ġudikant u rrid ngħid li nemmen li wasal iż-żmien li nżidu dan in-numru. “
(1)Mozzjoni Privata prezentata fil-Parlament f’Novembru 2011, li minnha joriginaw l-proposti dwar hatra/dixxiplina/tnehhija gudikanti, liema proposti gew mehuda on board f’Rapport sussegwenti fl-2013:
11. reviżjoni tal-ammont ta’ snin, u l-esperjenza rikjesti għal ħatra tal-ġudikanti, kif ukoll il-proċedura kollha kemm hi tal-mod tal-għażla, u l-età tal-irtirar, flimkien mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ġudikanti;
12. eżami bir-reqqa tal-konsegwenzi tal-eżitu tal-aħħar proċedura ta’ impeachment, tal-effikaċja ta’ dan il-mekkaniżmu u l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja kif jeżisti fil-preżent, bħala check and balance kostituzzjonali ta’ importanza, u jekk hemmx bżonn ta’ reviżjoni;
13 November 2013
Posted at 13:16h, 19 FebruaryUnconstitutional rent law must change – Franco Debono
http://www.maltatoday.com.mt/news/national/31367/unconstitutional-rent-law-must-change-franco-debono-20131111#.Vsb3_tm9LCQ
I'm all ears
Posted at 09:27h, 19 FebruaryIl-lejla fil 5.20pm fuq RTK.
Niddiskuti ma’ Dr. Franco Debono.
Suggett: X’qed jigri mill-kostituzzjoni?
Ippartecipa waqt id-diskussjoni billi c-cempell fuq 21246714/5 jew ibghad sms fuq 50612103.
Ma Bundy
Ma Bundy 19th Feb 2016
Posted at 17:42h, 20 FebruaryMa Bundy 19th Feb 2016
https://audioboom.com/boos/4206010-ma-bundy-19feb2016-mp3
Nistaqsi
Posted at 09:02h, 19 FebruaryForsi hawn min jista jispjegali ghalfejn il-gvernijiet ma tantx ikunu hegguzi biex jirriformaw il-kostituzjoni? U hagohra, din il-blog togobni ghax nista nibqa anomimu
Meritocracy
Posted at 14:32h, 18 FebruaryYou can wipe out an entire generation, you can burn their homes to the ground and somehow they’ll still find their way back. But if you destroy their history, you destroy their achievements and it’s as if they never existed.
http://youtu.be/lyQtc309Y9M