Ilni sena u nofs nwissi li se jdahhalhom kollha gol-hajt

Ilni sena u nofs nwissi li se jdahhalhom kollha gol-hajt

Jiddispjacini se jkolli nghid dan li gej pero’ l-ebbusija tar-ras u l-arroganza dan l-pajjiz ghamel sforz qawwi biex jehles minnha fl-ahhar elezzjoni u mhux se jittolleraha. 

Tajjeb li kulhadd ikun jaf li ilni sena u nofs nwissi lil min imexxi li xi hadd partikolari se jdahhalhom kollha gol-hajt. U fl-ahhar ghaxxaqha wahda u sew u dahhalhom go basla nobis! Inutli l-hmar iwahhal f’denbu. L-hmar kien avzat u min ma jismax minn parir tajjeb, jew jwebbes rasu jibqa’ hmar. Hasra li dawn z-zewg persuni nominati li nafhom bhala persuni tal-akbar integrita u serjeta’ spiccaw f’nofs din l-kontroversja.

Jista’ jkun li issa gej t-test veru tar-responsabbilta politika.

Nikkwota mill-Independent tal-llum.

”In the case of Dr Ingrid Zammit Young, (Dean of the Faculty of Laws) Professor Aquilina said: “If a person is chairing the Employment Commission, that person cannot be appointed to any public office until three years would have elapsed since s/he held the office of chair of the Electoral Commission. This applies also to a person who is to be appointed Magistrate as the Constitution defines ‘public service’ and ‘public office’ to include a magistrate.” – The Malta Independent – February 5, 2008.

Sakemm xi hadd f’din l-amministrazzjoni ma dahhalx f’mohhu verament li jaqleb kollox ta’ taht fuq ghal ragunijiet personali li jista jkun jaf hu biss, dawn l-proposti ma joriginawx mir-Rapport Bonello u l-istess Rapport Bonello (pagni 39/40) jirrikonoxxu dan. Ma tistax tibda biex issir gustizzja jekk ma ssirx l-ewwel nett gustizzja mal-fatti.

Grazzi ghal dikjarazzjonijiet ripetuti ta’ Owen Bonnici, li qisu dahhalha f’rasu li jaqleb kollox ta’ taht fuq  dawn l-proposti li anke r-Rapport Bonello stess jirrikonoxxi li kien qed jikkopja minn band’ ohra, spiccaw maghrufa bhala proposti Bonello meta fil-fatt joriginaw mil-Mozzjoni Privata tieghi dwar Riformi fil-Gustizzja u sussegwentement, kif jiddikjara lealment r-Rapport Bonello stess mil-Kumitat ta Kodifikazzjoni tal-Ligijiet li jien wkoll kont nippresjedi. Dawn l-proposti saru minni fl-2011 u konfermati fir-Rapport Bonello fl-2013.
Gustizzja, l-ewwelnett u qabel xejn mal-fatti

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.