Reforming the Appointment of Judiciary – excerpt from book to be published soon

Reforming the Appointment of Judiciary – excerpt from book to be published soon

recent

Private Members’ Motion – Parlament ta’ Malta -Mozzjoni 260 – Mozzjoni Dwar il-Qasam tal-Gustizzja -Mozzjoni tal-Onor.Franco Debono – Seduta 489 – 12/6/12

  1. reviżjoni tal-ammont ta’ snin, u l-esperjenza rikjesti għal ħatra tal-ġudikanti, kif ukoll il-proċedura kollha kemm hi tal-mod tal-għażla, u l-età tal-irtirar, flimkien mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ġudikanti;
  1. eżami bir-reqqa tal-konsegwenzi tal-eżitu tal-aħħar proċedura ta’ impeachment, tal-effikaċja ta’ dan il-mekkaniżmu u l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja kif jeżisti fil-preżent, bħala check and balancekostituzzjonali ta’ importanza, u jekk hemmx bżonn ta’ reviżjoni;

Hatra tal-Gudikanti u l-eta ta l-irtirar.

Se naqbeż punt 10, ir-riforma fil-Qorti tal-Familja – niġi għaliha darba oħra, għax se nibqa’ in possession fis-seduta li jmiss – ħalli nittratta fl-ewwel parti tad-diskors tiegħi punt 11,[1] “reviżjoni ta’ ammont ta’ snin, u l-esperjenza rikjesta għall-ħatra tal-ġudikanti, kif ukoll il-proċedura kollha kemm hi tal-mod tal-għażla, l-età tal-irtirar, li jien ilni ngħid għandha tkun ta’ 68 sena, flimkien mal-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ġudikanti”.[2] Ħalli nagħmel parentesi żgħira.  Jien ħadt ċerti stands f’dawn l-aħħar xhur, u hawn min jgħidlek kuraġġuż, hemm min ma jaqbilx, u hemm min jaqbel.  Bir-rispett kollu, meta tkun imdorri tidher quddiem imħallfin bħal Galea Debono, ċertu kuraġġ ikollok trabbi.  Għalfejn qed insemmi lill-Imħallef Galea Debono?

MR SPEAKER:  Onorevoli, sar il-ħin. Nifhem li se tibqa’ in possession.

 

ONOR. FRANCO DEBONO:  Jekk tippermettieli nispiċċa din, biex nagħlaq din il-parentesi.  Qed insemmi lill-imħallef Galea Debono għax qed insemmi l-età tal-irtirar u spiċċajna tlifna wħud mill-aħjar ġudikanti fl-aqwa tagħhom[3] meta dawn jekk tarahom – illum hemm ħafna ġudikanti irtirati – għadhom jifilħu jagħtu snin ta’ xogħol.[4]  Meta ġudikant jilħaq il-65, 66, 67 sena, dak huwa l-aqwa żmien tiegħu. Tlifniehom![5]  L-età tal-irtirar, l-kondizzjoni tax-xogħol ……[6]

[1]Aġġornament tal-Kamra taħt l-Ordni Permanenti Nru 13 – Diskussjoni fuq l-akkwist, permezz ta’ xiri u/jew kiri, tal-Isptar St Philip’s min-naħa tal-Gvern-Seduta 508-Parlament ta’ Malta-15 ta’ Ottubru 2012-l-Onor.Debono b’referenza ghal-Punt 11 tal-Mozzjoni Privata tieghu li titratta l-gudikatura ppreciza li- ”Kemm kien ilu responsabbli mill-Ministeru tal-Ġustizzja l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici, maħtur Ministru mill-Prim Ministru, m’għamilhiex. Kelli nkun jien li npoġġiha fuq l-aġenda parlamentari. U x’għamilli ta’ dan?  Ikkundannani u taha lill-Ministru Chris Said!  Hekk miexi l-Gvern!  U l-istess qed jimxi f’dak li qed niddiskutu llum, u għalhekk jien bdejt b’din l-anoloġija. Id-diskors ta’ sfiduċja fil-Gvern ta’ GonziPN li jien għamilt f’Jannar nista’ nerġa’ nirrepetih kelma b’kelma llum. Dakinhar kont iddikjarajt bl-aktar mod ċar li m’għandix fiduċja fil-Gvern, però kont ersaqt pass lura biex nagħtihom ċans. Madankollu jiddispjaċini ngħid li minn dakinhar ’l hawn l-affarijiet iddeġeneraw.  Spiċċajna bi gvern ta’ koalizzjoni mal-Onor. Pullicino Orlando li qajjem punti validissimi f’din il-leġislatura, u minflok l-affarijet qed imorru ’l quddiem qed imorru għall-agħar.”

[2] Franco Debono, “Vision for Justice”, Times of Malta, September 11th 2011. Dr.Debono tkellem fuq il-hatra u l-kundizzjonijiet tal-gudikatura. “Judges’ and Magistrates’ retirement age and the years of experience required for appointment, should be raised. Better working conditions, such as pay, pensions and the new chambers being built, and more technical staff, could attract the best candidates.”

[3]  Kumitat Maghzul tal-Kamra (Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Ligijiet)-Parlament ta’ Malta-il-Hdax-il Parlament-Laqgha 23 tat-13 ta’ Frar 2012-l-Onor.Debono qal

“Jiena tkellimt ħafna drabi – u hija waħda mill-punti tal-mozzjoni privata tiegħi li għamilt fuq ir-riformi fil-ġustizzja wkoll – li l-ewwelnett l-ammont ta’ esperjenza rikjesta għandu jiżdied.   Ma jfissirx li għax inti tkun seba’ snin avukat allura kapaċi biex tkun maġistrat.  Jiena jidhirli li hemmhekk għandha tiżdied.  It-tnax-il sena tal-imħallfin għandha tiżdied ukoll.  Fl-istess waqt għandna ngħollu l-età tal-irtirar, jiġifieri nżidu s-snin ta’ esperjenza biex tilħaq u nżidu wkoll l-età tal-irtirar.  L-età tal-irtirar minn 65 sena tal-imħallfin u 60 sena tal-maġistrat għandha titla’.  Naraw pajjiżi oħrajn fejn l-eta’ qiegħda 68 sena u 70 sena.  Tlifna f’dawn l-aħħar snin uħud mill-aqwa mħallfin bħal Filletti, Galea Debono, Camilleri u oħrajn fl-aqwa tagħhom.

U llum tarahom, min ilu sena jew sentejn li rtira l-istat tilef dan il-kontribut tiegħu proprju meta jkun wasal fl-apice tal-karriera tiegħu.  Jiġifieri r-rwol ta’ imħallef u ġudikant, il-kariga ta’ imħallef u ġudikant hija kariga li aktar ma jkollok snin ta’ esperjenza u takkumula dak l-għerf ……”

[4] Voti tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern-Seduta 56-Parlament ta’ Malta-18 ta’ Novembru 2008-l-Onor.Debono sa mill-ewwel sena tieghu fil-Parlament issuggeixxa li l-eta` tal-irtirar ghandha tizdied-

“Issemmiet l-età tal-irtirar tal-ġudikanti. Meta persuna tkun ilha f’ċerta kariga, aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar se takkumula esperjenza. Allura wieħed irid jikkonsidra jekk huwiex għaqli li dik il-persuna tkompli tagħti s-servizz tagħha lill-istat anke jekk ikollha aktar minn 65 sena.”

[5] Voti tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern-Seduta 273-Parlament ta’ Malta-4 ta’ Novembru 2010-l-Onor.Debono ghar-rigward tal-eta` tal-irtrar tal-gudikatura qal li ghandha tigi awmentata-“Filwaqt li huwa tajjeb li ġiet awmentata l-età tal-irtirar, nemmen li għandna nerġgħu nikkonsidraw illi ngħolluha. Għandna l-esperjenza ta’ ċerti ġudikanti li spiċċaw u għadhom fl-aqwa tagħhom. Dawn għad għandhom numru ta’ snin ta’ servizz x’joffru,  għax il-kariga ta’ ġudikant mhijiex sempliċiment li inti tkun taf il-liġi.  L-ewwel nett l-attribut partikolari ta’ ġudikant tajjeb huwa l-għerf, fejn inti trid tiddeċiedi bejn żewġ xhieda dwar min qed jgħid il-verità.  Tista’ tkun taf il-liġi kemm trid, imma l-esperjenza tal-ħajja u l-għerf ……  Dan l-attribut jikber u jitjieb maż-żmien, u l-fatt li matul is-snin tisma’ iktar każijiet u tagħti sentenzi, għandna aktar nikkultivawh. Għaldaqstant nemmen li f’mument partikolari għandna nużufruwixxu mill-fatt li persuna tkun okkupat il-kariga ta’ ġudikant għall-ammont ta’ snin u allura tkun ikkultivat u akkumulat snin ta’ esperjenza.”

[6] Aboozz ta’ Ligi dwar il-Procedimenti Kollettivi-Abbozz Numru 102-Seduta 455-Parlament ta’ Malta-7 ta’ Marzu 2012-l-Onor.Debono ripetutament kemm f’diskorsi parlamentari semma lehnu fuq dan is-suggett-“Kif semmejt, il-qasam tal-ġustizzja tagħna f’Malta għandu bżonn diversi riformi. Għandek ir-riformi  bħal per eżempju l-ħatriet tal-ġudikanti, jiġifieri kif taħtar maġistrat u kif taħtar imħallef li qed niddiskutuha anke fil-Kumitat għar-Rikodifikazzjoni u Konsolidazzjoni tal-Liġijiet li hija xi ħaġa fundamentali u waħda mir-riformi kbar li hemm bżonn fil-qasam tal-ġustizzja. Hemm anke l-età tal-irtirar li hija xi ħaġa oħra importanti li għandna nikkonsidraw. Dawn huma riformi kostituzzjonali, imma mbagħad ikollok anke riformi li ma jkunux ta’ dik il-portata, imma li wkoll ikollhom l-importanza tagħhom.”

Kif kont qed ngħid, qabel ma ġiet ippreżentata din il-mozzjoni l-ħatra tal-ġudikanti ftit li xejn kont tisma’ dwarha.[5]  X’inhu l-istat ta’ fatt illum?  L-istat ta’ fatt illum huwa li l-ħatra ta’ ġudikant tiddependi esklussivament mill-buona grazia tal-ministru.[6] 20 sena ilu s-sitwazzjoni f’ħafna mill-pajjiżi Ewropej kienet dik, li l-Ministru kien jaħtar ġudikant lil min irid hu.  Issa dan id-diskors irid jitwassal u jinftiehem fil-kuntest tas-separazzjoni tal-poteri.  Huwa desiderabbli li jkollok sens, anke remot jew mhux forsi reali, ta’ obbligazzjoni lejn l-amministrazzjoni minn dik il-persuna li tkun forsi ġiet maħtura ġudikanta? Issa ħalli niftehmu, rigward checks and balances fis-separazzjoni tal-poteri wieħed jgħidlek li mbagħad għandek is-security of tenure,[7] fis-sens li ġudikant ma jistax jitneħħa mill-kariga ħlief biż-żewġ terzi tal-Kamra. Imma x’inhi l-verità? Il-verità hi li ħafna mill-pajjiżi tal-Ewropa mxew ‘il quddiem u abbandunaw din is-sistema u jidhirli li aħna għandna nagħmlu hekk ukoll.  M’abbandunawhiex kompletament, imma kull pajjiż għandu s-sistema tiegħu u irfinaha iktar milli abbandunaha. [8]

 

Fil-Kumitat dwar il-Konsolidazzjoni tal-Liġijiet[9] li nippresjedi jien u li fuqu hemm ukoll l-Onor. Josè Herrera li qiegħed preżenti hawnhekk, aħna konna qegħdin nesploraw il-mudell Skoċċiż fejn għandek a judicial appointments committee li jissuġġerixxi l-ismijiet ta’ ġudikanti prospettivi.[10] Possibbilment jiena nemmen li għandu jsir kif isir anke f’fora oħra, xi tip ta’ grilling li nintroduċu l-hearing ta’ dawn il-ġudikanti prospettivi sabiex nirfinaw is-sistema tagħna.  Nemmen li għandu jkun l-eżekuttiv li jaħtar lill-ġudikant, però nemmen ukoll li għandna nirfinaw dan il-mekkaniżmu,[11] fosthom bil-ħatra ta’ dan il-judicial appointments committee[12] li jissuġġerixxi hu l-ismijiet u jagħmel vetting tal-ismijiet tal-ġudikanti prospettivi mbagħad ovvjament ikun il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Kabinett li jirrikkmanda lill-President lil min jaħtar bħala ġudikant.[13] Għalija din hija waħda mir-riformi fundamentali li trid issir. [14] Dak l-ewwel aspett, ir-radd tas-salib li għandna nibdlu.

Irrid ngħid li jien u l-Ministru Said[15] qegħdin naħdmu fuq din ir-riforma li miexja ‘l quddiem u fiha diversi elementi, fosthom jidhirli wkoll li għandhom jiżdiedu s-snin ta’ esperjenza rikjesti. Ma naħsibx li għandhom jiżdiedu ħafna, però għandhom jiżdiedu.[16]  Illum il-professjoni legali kibret u żdiedet. Jiggradwaw ammont ta’ avukati kull sena u jiena dejjem ngħid li l-aktar karatteristika rikjesta minn ġudikant hija dik li ngħidulha l-għerf, wisdom, għax inti mhux biss trid tkun taf il-liġi – il-liġi qiegħda hemmhekk u anke ċ-ċittadin għandu aċċess għaliha – imma jrid ikollok l-għerf li tiddeċiedi dwar liema xhud qed jigdeb u liema xhud qed jgħid il-verità. [17] Din ma ssibha fuq ebda ktieb, din hija esperjenza li inti ġġibha mix-xogħol tiegħek u mill-ħajja, u aktar ma jiżdiedu s-snin tal-esperjenza iktar tkun qiegħed f’pożizzjoni li tagħmel ġudizzju għaqli u ġudizzju għaref.[18] Il-kelma adatta hija “wisdom”. [19] Għalija dik hi l-kelma eżatta li għandha tintuża, u hija l-karatteristika li għandha titfittex f’kull ġudikant f’sens ta’ ġustizzja u sens ta’ għerf. Dak huwa l-metru li ġudikant irid juża biex jiddeċiedi każijiet sensittivi fejn bniedem jista’ jeħel għomru l-ħabs, każijiet ta’ danni ta’ eluf u jekk mhux miljuni ta’ flus.[20]

Imħallef għandu wkoll il-poter li jannulla deċiżjoni ta’ ministru.  Imħallef għandu wkoll il-poter li jiddikjara liġi magħmula minn dan il-Parlament bħala null and void  għax tivvjola l-Kostituzzjoni, jiġifieri wieħed jifhem ukoll ir-responsabbiltajiet kbar li għandhom il-ġudikanti. Jiena ili naħdem fil-Qrati Maltin għal dawn l-aħħar 12-il sena u b’wiċċi minn quddiem nista’ ngħid li ħafna mill-ġudikanti tagħna huma ġudikanti responsabbli, jagħmlu ħafna xogħol, huma ta’ integrità kbira u jagħmlu ġieħ kbir lill-korp tal-ġudikatura tagħna, imma hemm bżonn ukoll li jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. [21]

Irrid ngħid ukoll li kellna l-famuż bini tal-Qorti fi Strada Stretta li mbagħad irriżulta li kellu jerġa’ jitwaqqa’, li huma chambers anke għall-ġudikanti. Nemmen li anke l-paga tal-ġudikanti għandha tiżdied bħala parti mill-pakkett ta’ kundizzjonijiet tal-ġudikanti[22] u nemmen ukoll li għandu jkollhom administrative backup. Jidhirli li llum kull maġistrat għandu jkollu assistent ġudizzjarju[23] li jassistih anke fir-riċerka tal-kawżi. Il-ġudikanti m’għandhomx  dan.[24] Hawn ngħaqqad ma’ diskors ieħor li għamilt dwar il-fatt li għandek maġistrat li jrid ilaħħaq mal-inkjesti, irid ilaħħaq mad-deċiżjonijiet tal-kawżi, jisma’ ix-xhieda u jikteb is-sentenzi. Jiena ngħid – u dan huwa punt ġenerali ieħor li għamilt fl-introduzzjoni tiegħi – li f’dawn is-setturi hemm ħafna individwi tajbin, però s-sistema sfortunatament hija b’mod li ma tħallix lil dawk l-individwi jaħdmu u jagħtu l-aqwa frott tal-ħidma tagħhom. Din hi l-istorja tal-individwu u s-sistema, fejn l-individwu jagħmel l-almu tiegħu kollu, però s-sistema qiegħda b’mod li jew tippretendi żżejjed minnu jew ix-xogħol li jagħmel ma joħroġx il-frott kollu tiegħu. Jiddispjaċini ngħid li smajt stejjer fil-qrati.

Irrid ngħid ukoll li hawn deputat ieħor min-naħa tal-Gvern, l-Onor. Charlò Bonnici li għadda ċerti kummenti.[25] Tibqa’ mistgħaġeb kif persuna tikkummenta fuq ċerti affarijiet meta forsi lanqas għandha l-iċken idea jew idea bażika ta’ dak li jiġri fil-qrati Maltin u dak li jiġri fil-Korp tal-Pulizija. Ovvjament kulħadd għandu dritt għall-opinjoni tiegħu, però jekk xi ħadd li għandu ċerta esperjenza f’qasam u qed jgħid ċerti affarijiet, xi ħadd ieħor li forsi m’għandux esperjenza għandu jkollu ftit prudenza u umiltà wkoll li jikkunsidra ftit il-kummenti tiegħu.  Fil-kuritur tal-Qorti tisma’ b’maġistrati li jċemplu għand l-Avukat Ġenerali għal parir. Issa jekk dan hux veru jew le ma nafx, però mhux sewwa li  żżomm mal-akkużat, u lanqas hu għaqli li ċċempel għand l-Avukat Ġenerali, li huwa parti fil-proċeduri, il-parti tan-naħa l-oħra, biex titlob parir anke ġenwinament. Hawn jiena m’iniex qed ngħid li dan isir b’malizzja, imma anke jekk isir ġenwinament.  Dwar il-ġudikanti jiena nilqa’ wkoll bi pjaċir il-fatt li mexjin fuq dan il-pakkett ta’ kundizzjonijiet aħjar għall-ġudikanti.

Rigward l-età tal-irtirar, Mr Speaker, jiena esprimejt ruħi anke fil-mezzi tal-istampa fejn issemma – u  naf għalfejn semmih l-Onor. Charlò Bonnici – l-issue tal-Prim Imħallef.  Jiena diġà għedt li għandi fiduċja sħiħa fil-Prim Imħallef preżenti.  Kien hemm żmenijiet – u dan għedtu fid-diskors tiegħi preċedenti – fejn sfortunatament il-Prim Imħallef u l-Avukat Ġenerali kienu qishom namrati. [26]M’hu desiderabbli xejn li jkollok prim imħallef iċempel lill-avukat ġenerali għax intilfet kawża, l-avukat ġenerali jagħmel appell u dan jiġi quddiem il-prim imħallef. Nieqaf hemm għax m’għandix għalfejn inkompli, imma dawn huma affarijiet inkwetanti ħafna.

Sur President, is-sistema ġudizzjarja tagħna għaddiet minn terremot kbir mhux 50 sena ilu, mhux 100 sena ilu, imma 10 snin ilu u rridu nkunu viġilanti ferm biex naraw li dawn l-affarijiet ma jsirux.[27]  L-età tal-irtirar huwa element ieħor. Mela qed nitkellmu fuq il-ħatra, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll l-età tal-irtirar.[28]  Fl-aħħar snin sfortunatament tlifna wħud mill-aħjar ġudikanti tagħna. Wieħed mill-ġudikanti li tlifna u li kont nidher quddiemu kien l-Imħallef Galea Debono.[29]  L-Imħallef Galea Debono, forsi anke għax dilettant ta’ affarijiet militari, ġab ammont ta’ dixxiplina fl-awla tiegħu.  Meta kont nidħol fl-awla tiegħu kont nara serjetà kbira, kif hemm ukoll f’ħafna mill-awli, però qed nitkellem fuq imħallef li spiċċajna tlifnih għax irtira.  Jien nemmen li l-età tal-irtirar għandha tiżdied minn 65 sena kif qiegħda llum għal 68 sena, ma nemminx li għandha tkun 70 sena.  Jien kelli opportunità ngħid dan fuq diversi mezzi tax-xandir u naħseb anke f’dan il-Parlament ukoll, u nerġa’ ntenni li l-età tal-irtirar għandha tkun dik ta’ 68 sena.[30]

Issemmiet ukoll l-indipendenza tal-ġudikatura f’dan il-kuntest.[31]  Riċentement f’dawn l-aħħar snin anke l-assenjazzjoni tax-xogħol għaddiet kompletament f’idejn il-Prim Imħallef.[32]  Hawnhekk jibdew iqumu xi ftit ta’ problemi għax forsi jekk wieħed iħares lejn xi ħaġa b’mod superfiċjali jgħid li iva, għandu jkun hemm l-indipendenza tal-ġudikatura, però ċ-checks and balances tagħna m’humiex watertight compartments imma huma proprju checks and balances.  Jien pereżempju nixtieq nistaqsi għaliex l-Imħallef Silvio Meli ma jagħmilx kawżi ta’ competition.  L-assenjazzjoni tad-doveri hija f’idejn il-Prim Imħallef, però ma nistax nifhem kif ikollok imħallef espert fil-kawżi tal-competition bħalma hu l-Imħallef Silvio Meli, li anke l-awla tiegħu jżommha b’ċerta serjetà u dixxiplina, li mbagħad ma taħtrux fuq il-każi tal-competition. Saħansitra dan kiteb anke kotba fuq il-liġi tal-kompetizzjoni u awtorità, u naħseb li huwa rikonoxxut kemm fuq bażi Ewropea u anke internazzjonalment fuq is-suġġett.  Kollox sew, tista’ tgħidli l-Prim Imħallef jagħmel li jrid u jassenja l-kawżi hu, però hawnhekk wieħed irid jibda wkoll jara daqsxejn x’inhi s-sitwazzjoni.  Jien din qatt ma fhimtha u m’iniex waħdi għax hemm ħafna li jistaqsu dwar kif l-Imħallef Silvio Meli li proprju huwa awtorità fuq il-kompetizzjoni, jiġifieri huwa asset anke għall-pajjiż, ma jagħmilx dawn it-tip ta’ kawżi.

Ħaġa oħra li ninkwieta dwarha hija li jkollok avukati li għomorhom u żmienhom jaħdmu fil-kamp ċivili u meta jsiru maġistrati jibdew jaħdmu fil-kriminal jew viċi versa, jiġifieri avukat li forsi bħala avukat dejjem ħadem fil-kriminal u jiġi assenjat xogħol fiċ-ċivil.  Din ukoll hija ħaġa li rridu nikkunsidraw fil-ħatriet tal-ġudikatura.[33] L-ewwel nett jiena ngħid li għandek ammont ta’ snin, sentejn tlieta, sakemm tambjenta ruħek ma’ dak il-qasam tal-liġi partikolari għax illum qed ngħixu f’dinja ta’ speċjalizzazzjoni, allura jekk għomrok u żmienek ħdimt fiċ-ċivil, imbagħad f’daqqa waħda ssib ruħek f’awla kriminali, ovvjament għandek l-ewwel tliet snin biex tambjenta. Hawn m’iniex qed ngħid povru min jiġi quddiemu, għax huma jistudjaw u jagħmlu r-riċerki, imma jekk inti għandek nies esperti fil-kriminal u għandek vacancy fil-kriminal, għax ma ssibx persuna li hija ntiża fil-kriminal?  Jien naħseb li minn ftit taż-żmien ‘il hawn, wara sejħiet li saru nkluż minni, qegħdin ukoll nimxu ‘l quddiem u għalhekk għedt li anke l-atteġġjament f’ċerti oqsma jrid jinbidel.[34]

Mr Speaker, it-12-il punt huwa:

“Eżami bir-reqqa tal-konsegwenzi tal-eżitu tal-aħħar proċedura ta’ impeachment, tal-effikaċja ta’ dan il-mekkaniżmu u l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja[35] kif jeżisti fil-preżent, bħala check and balance kostituzzjonali ta’ importanza, u jekk hemmx bżonn ta’ reviżjoni.”.

Xi rrid ngħid b’dan?  L-ewwel nett il-proċedura ta’ impeachment [36] hija waħda tajba. Din ma vvintajnihiex aħna imma hija check and balance essenzjali fis-sistema tagħna, fejn inti għandek li dan il-Parlament, biż-żewġ terzi jista’ addirittura jneħħi ġudikant mill-kariga. Dak huwa l-uniku mod kif jitneħħa, jew inkella billi jirtira biż-żmien. Jekk iġib ruħu ħażin u jkun hemm proved misbehaviour, din il-Kamra wkoll tista’ tneħħi mħallef.  Riċentement kellna proċedura ta’ impeachment[37] li però ma nixtieqx nidħol fiha għax mhux l-iskop tiegħi,[38] l-iskop tiegħi huwa li fir-realtajiet li għandna llum nanalizza l-effikaċja tal-mekkaniżmu tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja[39] fejn għandek anke dixxiplina minuri ta’ ġudikanti u naraw l-effikaċja li għandu jkollha l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.[40] L-ewwel domanda li nistaqsi hi jekk din għandhiex tibqa’ tkun ippreseduta mill-President tar-Repubblika. Jiena naħseb li m’għandhiex tibqa’ ippreseduta mill-President tar-Repubblika, yet again dan huwa qasam li norbtu wkoll anke mal-11-il punt li kont qed nagħmel dwar il-ġudikanti, dwar il-ħatra, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-età tal-irtirar tal-ġudikanti.[41]

Rigward il-mekkaniżmu tad-dixxiplina, filwaqt li għandek l-indipendenza tal-ġudikatura, nemmen li l-punt kruċjali hawnhekk huwa l-kompożizzjoni. L-Italja għandhom il-Consiglio Superiore della Magistratura, u jkun tajjeb jekk wieħed iħares ftit anke lejn dak il-mudell u jara kif jaġixxu short of impeachment. L-ewwel nett jiena nemmen li l-mument kruċjali huwa meta taħtar ġudikant.  Jekk l-għażla tkun tajba, il-ġudikant mhux talli ma jagħtikx problemi fil-kors tal-karriera tiegħu u fil-qadi tad-doveri tiegħu, talli jagħtik xogħol, kif fil-fatt jagħmlu ħafna mill-ġudikanti bl-akbar reqqa u bl-akbar serjetà.  Aħna m’għandniex xi korp ta’ ġudikanti running into hundreds jew thousands u għalhekk m’għandux ikun diffiċli li nagħmlu l-għażliet tajbin u lanqas għandu jkollna għalfejn nirrikorru għall-proċeduri ta’ dixxiplina u impeachments. Fil-korp tal-ġudikanti tagħna għandna 40 ġudikant u rrid ngħid li nemmen li wasal iż-żmien li nżidu dan in-numru.

Darba f’sentenza li ta, l-Imħallef Quintano kien daħal f’dan il-punt fejn qabbilna ma’ Ċipru, mal-Greċja u ma’ diversi pajjiżi oħrajn, u rriżulta li ras għal ras aħna għandna numru żgħir ħafna ta’ ġudikanti u hemm bżonn li l-ġudikanti jiżdiedu.[42] Imma, kif kont qed ngħid, il-mument kruċjali huwa meta taħtar lill-ġudikant. Jekk inti tagħmel għażla tajba ma jkollokx bżonn la mekkaniżmi ta’ impeachment, u lanqas mekkaniżmi ta’ dixxiplina permezz tal-kummissjoni.  Però in ogni modo jidhirli li l-kompożizzjoni u l-poteri tal-kummissjoni, issa wara xi snin li ilha mwaqqfa, għandhom ikunu wkoll riveduti. [43]

Sur President, ikollok każijiet ta’ dixxiplina forsi minuri. Aħna lkoll umani, kulħadd jiżbalja u ovvjament ikollok issues fejn il-ġudikanti jkollhom element ta’ kontabilità.  Naħseb li lkoll naqblu li wasal iż-żmien li nirrivedu l-mekkaniżmu tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja speċjalment il-kompożizzjoni. Nemmen li huwa kruċjali li fost il-bidliet, għandu jkun hemm dik li l-President tar-Repubblika ma jibqax il-Kap tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, il-kompożizzjoni tinbidel u l-poteri jkunu jirriflettu r-realtajiet tal-lum.[44]

Irridu nħarsu wkoll, kif kont qed ngħid, għall-ħatra tal-ġudikanti u lejn l-esperjenzi ta’ pajjiżi oħrajn.[45]  Jiena ħarist lejn il-Consiglio Superiore della Magistratura u l-kompożizzjoni tiegħu. Ovvjament fih għandek element ta’ politiċi, element mill-avukat ġenerali, mill-ġudikanti nfushom u mill-kamra tal-avukati.  Jien nemmen li wasal il-bżonn ukoll li flimkien mal-mod tal-ħatra, anke l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tiġi riformata. [46]

[1] Mistoqsija Parlamentari 27075 Parlament ta’Malta tal-Onor.Franco Debono fejn staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern fiex jikkonsistu l-facilitajiet tal-forensika tal-Korp tal-Pulizija u jekk hemmx il-hsieb li jigu mizjuda? 21/6/2011-l-Onor.Mifsud Bonnici fit-twegiba jghid li jinsab infurmat illi fid-Dipartiment tal-Forensika tal-Korp tal-Pulizija, hemm dawn is-Sezzjonijiet:Is-sezzjoni tal-Ballistika,is-sezzjoni tal-Fotografija,is-sezzjoni tal-Impronti Digitali,is-sezzjoni tax-xena tar-reat maghrufa wkoll bhala Scene of the Crime u s-sezzjoni tad-dokumenti maghrufa wkoll bhala National Document Examination Unit. Infurmat ukoll li qed isiru preparamenti sabiex tigi ntrodotta sistema ta’ DNA (Database Management System) u tinbidel is-sistema tal-AFIS(Automatic Fingerprints Identification System) ghal wahda gdida. Seduta Numru 373-27/6/2011. Mistoqsija Parlamentari 34530 Parlament ta’ Malta tal-Onor.Franco Debono, l-Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari gie mistoqsi mill-Onor.Franco Debono jghid fl-ahhar erba’ snin, sena b’sena x’kien l-ammont ta’ investiment fil-facilitajiet u taghmir forensiku tal-Korp tal-Pulizija. 14/5/2012-Il-Ministru wiegeb illi matul dawn l-ahhar hames snin, il-Korp tal-Pulizija investa diversi apparat sabiex jimmodernizza t-taghmir u jtejjeb il-facilitajiet fit-taqsima tal-forensika, anke permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea.Seduta Numru 476-22/5/2012.

[2]Aggornamenti tal-Onor.Franco Debono-Estratt mis-Seduta Numru 105 tat-28 ta’ April 2009-l-Onor.Debono ta harsa storika lejn il-Korp tal-Pulizija-“ Naħseb li l-Korp tal-Pulizija f’Malta matul l-aħħar snin għamel passi kbar ’il quddiem.  Inħoss li l-Korp tal-pulizija llum akkwista l-kredibbiltà u l-poplu jħares lejn il-Korp tal-Pulizija bħala forza dixxiplinata u serja. Il-poplu jħoss illi jista’ jkollu moħħu mistrieħ li l-Pulizija qiegħda hemmhekk sabiex tipproteġih. Il-poplu Malti llum iħares lejn il-Korp tal-Pulizija bħala organu u bħala entità li jixirqilha tkun fdata biż-żamma tal-ordni f’dan il-pajjiż. Mhux dejjem kien hekk. Sfortunatament niftakru f’episodji fil-passat li forsi tellfu xi ftit mir-reputazzjoni tajba tal-Korp tal-Pulizija. Dawn l-avvenimenti llum ikkonsenjajniehom lill-istorja u kif diġa’ għedt, il-Korp tal-Pulizija llum igawdi r-rispett u l-fiduċja sħiħa tal-poplu kollu kemm hu.”

[3] Abbozz ta’ Ligi li jimplimenta Mizuri ta’ l-Estimi-Abbozz Numru 12-Seduta 64-Parlament ta’ Malta-3 ta’ Dicembru 2008-l-Onor.Debono tenna-“Jien nemmen li s-sistema ġudizzjarja u penali tagħna, speċjalment bl-emendi estensivi li għamel il-gvern Nazzjonalista u li daħlu fis-seħħ fis-sena 2002, ġibnieha in line ma’ sistemi f’pajjiżi demokratiċi avvanzati. Ma rridux ninsew li sfortunatament fl-imgħoddi smajna ċerti avvenimenti u episodji li xejn ma kienu jagħmlu ġieħ lill-korp tal-pulizija u lis-sistema ġudizzjarja. Għall-grazzja t’Alla dawk l-affarijiet tfajniehom warajna u konna sodi u serji biżżejjed biex ħloqna strutturi u emendajna l-liġi sabiex dawk l-affarijiet ma jerġgħux iseħħu.  Ma rridux ninsew li waħda mill-ewwel liġijiet li għadda gvern Nazzjonalista fl-1987 kienet il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem.Għalhekk wieħed irid ifakkar il-passi kbar li għamilna f’dan il-pajjiż biex akkwistajna l-libertà u biex illum il-poplu jinsab moħħu mistrieħ mis-sistema ta’ ġustizzja f’dan il-pajjiż…. Illum il-ġurnata, għall-grazzja t’Alla, għandna Korp tal-Pulizija li jgawdi l-fiduċja f’dan il-pajjiż. Tlaqna mill-bogħod imma wasalna, Sur President. Pero` ma rridu nieħdu xejn for granted u nkomplu nibnu fuq dak li diġà għandna.”

[4] L-avukat Debono tella s-suggett ta’ riforma fil- procedura tal-hatra tal-gudikatura fuq l-agenda parlamentari u anke nazzjonali ghalkemm xi drabi kien vuci fid-dezert.Madankollu, wara z-zmien s-sejhiet tieghu ghal riforma gew rikonoxxuti u rripetuti anke minn entitajiet esteri.

“Greco urges overhaul in system of appointing of judges,says Malta lagging behind on party financing”,The Malta Independent,24th June 2015-“A report by the Group of States Against Corruption (Greco) of the Council of Europe has criticized the current system used by the government to appoint judges, urged a review of the code of ethics for MPs and warned that the country is lagging behind on the issue of party financing.Greco’s third evaluation report noted the recent scandals involving judges in the past years, which have somewhat tarnished the traditionally acknowledged sound reputation of the Maltese judicial system and have triggered a debate on integrity and accountability matters within the judiciary. “As a result, popular satisfaction with justice as a whole has never been so low. There are certainly some shortcomings in the current system which could constitute problems in the future, and opportunities which have not been fully exploited for anti-corruption purposes,” it said.“More particularly, the system governing the appointment and discipline of judges is due for an overhaul with the overall aim of instilling greater transparency and independence in such processes; this would additionally help to clarify public expectations about the qualities and standards of behaviour expected from those in judicial office.”Greco said Malta needs formalised, objective criteria and evaluation procedures for judicial appointments with guarantees of due independence, impartiality and transparency. The same guarantees of independence, impartiality and transparency need to apply also  in the appointment of boards and tribunals exercising judicial functions.”

[5] Minn perspettiva storika wiehed facilment japprezza li kien l-Onor.Debono li tella fuq l-agenda tal-Parlament u ghal dibattitu nazzjonali s-suggett tal-hatra tal-gudikatura sa minn meta tela’ fil-Parlament fl-2008 u  sussegwentement kien dahal f’certu dettall u esplorah ulterjorment b’mod ampju fil-Kumitat Maghzul tal-Kamra (Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Ligijiet) li tieghu l-Onor.Debono kien Chairman f’Laqgha 23 tat-13 ta’ Frar 2012,Laqgha 25 tas-27 ta’ Frar 2012 u Laqgha 31 tas-7 ta’ Mejju 2012 flimkien mal-Onor.Membri Francis Zammit Dimech u Jose` Herrera u mill-mistiedna distinti fosthom Prof.Kevin Aquilina.

Fil- Voti tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern-Seduta 56-Parlament ta’ Malta-18 ta’ Novembru 2008-l-Onor.Debono sa mill-ewwel sena tieghu fil-Parlament tkellem fuq il-hatra u l-eligibilita tal- Gudikanti-

 “Wieħed irid joqgħod attent ukoll l-età ta’ meta jingħataw ċerti karigi għax huwa importanti li qabel ma tinħatar persuna f’ċerta kariga, bħal dik ta’ maġistrat u ta’ mħallef, per eżempju, ikollha mhux biss il-kapaċitajiet akkademiċi, imma tkun laħqet ukoll il-grad ta’ maturità li jagħmluha addatta biex tokkupa kariga ta’ responsabbiltà daqshekk kbira. Għax kif qal l-Onor. Herrera, lil din il-persuna tkun qed tagħtiha l-poter li tieħu deċiżjonijiet illi jaffettwaw id-drittijiet u l-libertajiet tal-poplu tagħna.  Għaldaqstant nemmen li meta niġu biex nagħtu dawn it-tip ta’ karigi m’għandniex inħarsu biss lejn l-età tal-irtirar – mhux qed ngħid li għandu jkun hemm xi età partikolari stabbilita fil-liġi – imma għandna naraw ukoll li dan l-aspett jiġi rispettat.”

Fil-Private Members’ Motion Numru 280-Mozzjoni tal-Onor.Michael Falzon u l-Onor.Jose` Herrera dwar Riformi fl-Oqsma tal-Gustizzja u l-Intern (Sfiducja fil-Ministru tal-Gustizzja,l-Onor.Carm Mifsud Bonnici)Seduta 483-Parlament ta’ Malta-29 ta’ Mejju 2012-l-Onor.Debono tenna ghal darb’ohra l-bzonn ta’ riforma fil-hatra tal-gudikatura u pputwalizza li dan is-suggett kien qed jigi trattat f’iktar dettall fil-Kumitat Maghzul tal-Kamra(Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Ligijiet)ippresjedut mill-Onor.Debono-“Dwar kif jinħatru l-imħallfin qed niddiskutu fil-Kumitat,rajna l-mudell Skoċċiż u qed nipprovaw naslu! L-età tal-irtirar ejja nirranġawha għax tlifna l-aħjar imħallfin! Dwar kondizzjonijiet tax-xogħol suret in-nies kif għedt ilbieraħ is-Sur Sacco qalilna li l-Qorti nieżel kollox ‘l isfel. Id-Direttur tal-Ħabs dan. Ma naħsibx li jrid jivvendikah”.

[6] Kumitat Maghzul tal-Kamra (Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Ligijiet)-Parlament ta’ Malta-il-Hdax-il Parlament-Laqgha 23 tat-13 ta’ Frar 2012-l-Onor.Debono kkummenta li l-hatra tal-gudikanti tiddependi mill-buona grazia tal-ministru-I made my share of criticism lejn din is-sistema wkoll ta’ kif jinħatru l-imħallfin u l-maġistrati.  Mhux neċessarjament, imma jista’ ikun ukoll, anke jekk stess saru l-aħjar ħatriet, xorta s-sistema kif inhi mhix adegwata u jekk din is-sistema 25 sena ilu forsi anke għax pajjiżna kellu prioritajiet oħrajn kien forsi wieħed jagħlaq għajnejh u jimxi, illum il-ġurnata żgur li ma nistgħux nagħlqu għajnejna, inħarsu n-naħa l-oħra u nħallu din is-sistema ta’ ħatra tal-ġudikanti fejn bażikament inti tiddependi fuq il-grazzja tal-Ministru u jekk il-Ministru jkun jiffansjak jew inti tkun b’xi mod viċin tiegħu, m’hemmx kriterju ieħor.  Ovvjament inti trid tkun idoneu, eċċ., pero’ li inti jkollok ….”

[7] Estimi Generali 2012-Voti tal-Ministeru ghall-Gustizzja u l-Intern-Seduta 421-Parlament ta’ Malta-2 ta’ Dicembru 2011-l-Onor.Debono stqarr-“Aħna pajjiż żgħir u kulħadd jaf lil kulħadd. Anke fil-Ġudikatura fejn hemm ġudikant li għandu s-security of tenure u huwa kostituzzjonalment rikonoxxenti kultant ikun hawn ħafna għajdut eċċ. aħseb u ara.”

[8] Kumitat Maghzul tal-Kamra (Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Ligijiet)-Parlament ta’ Malta-il-Hdax- il Parlament-Laqgha 23 tat-13 ta’ Frar 2012  L-Onor.Chairman Franco Debono jghid lill-membri prezenti li fis-seduta precedenti kien talab lill-Prof.Aquilina biex ihejji rapport komparattiv tal-metodi kif jinhatru membri fil-gudikatura f’postijiet differenti.Dr.Debono qal b’mod car u inekwivoku li anke jekk saru l-ahjar hatriet, is-sistema vigenti ta’ kif jinhatru l-imhallfin mhix adegwata fejn bazikament tiddependi fuq il- buona grazzja tal-Ministru. Kien hemm qbil li s-sistema fil-prezent mhix adegwata u kien ghalhekk li l-Kumitat imbarka fuq analizi komparattiva biex tigi studjata s-sistema li eventwalment ghandha tigi addottata. Kien hemm diskussjoni u overview tal-metodu ta’ judicial appointments barra minn Malta.Prof.Kevin Aquilina ssottometta dokument rigward judicial appointments li kien ippubblikat fil-Law and Practice u jaghti perspettiva ta’ kif inhu l-metodu ta’ judicial appointments barra minn Malta.

Gie spjegat li hemm zewg tipi ta’ kif tahtar il-Gudikatura.Il-Kriterju formali li jibbaza fuq kemm il-persuna tkun ilha tezercita l-professjoni u l-kriterju sostantiv, fejn meta jigu biex jahtru magistrat jew imhallef ma jaghtux kaz biss il-prattika tieghu imma jaraw affarijiet ohra bhal per ezempju, l-integrita` tieghu, il-peers x’jghidu dwaru ecc….Ghalhekk ikun hemm process ta’ application, ta’ selezzjoni bhala kriterju.

Dr.Debono jemmen li l-ghazla tal-metodu li ha jkun adoperat ma tridx tkun radikali. Huwa jissuggerixxi li ghandu jkun ezaminat iktar bir-reqqa u fid-dettal id-dokument li jqabbel il-Germanja, l-Irlanda, New Zealand, South Africa, l-Canada u l-Awstralja fost ohrajn. Dr.Debono jissottolineja u jikkwota wkoll id-dictum tal-Council of Europe “ to be based on merit, having regard to qualifications, integrity, ability and efficiency” fl-ghazla tal-gudikatura.

[9] Kumitat Maghzul tal-Kamra (Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Ligijiet)-Parlament ta’ Malta-il-Hdax-il Parlament- ippresjedut mill-Onor.Chairman Dr.Franco Debono f’Laqgha 23 tat-13 ta’ Frar 2012, Laqgha 25 tas-27 ta’ Frar 2012 u Laqgha 31 tas-7 ta’ Mejju 2012 giet diskussa l-hatra tal-Gudikatura b’mod estensiv.

F’Laqgha 23 tat-13 ta’ Frar kien iddiskuta t-tliet trends; it-trend ta’ Malta fejn huwa l-ezekuttiv li jahtar il-gudikatura u hija l-minoranza illum il-gurnata.Imbaghad ghandek is-sistema fejn xorta l-ezekuttiv jahtar il-gudikant imma jkun hemm Judicial Appointments Board, bord specifiku li jintervista l-kandidati,jaralhom is-CV,jaralhom il-konnessjonijiet li ghandhom u affarijiet bhal dawn.F’dan ir-rigward hemm hafna mudelli ez. Hemm certi mudelli fejn tkun il-gudikatura li taghmel rapport lill-ezekuttiv u normalment l-ezekuttiv joqghod fuqu ghalkemm it is not binding. It-tielet trend huwa fejn tkun il-gudikatura nnifisha li qed tappunta ez.ghandek il-Kontinent fejn ghandek Consiglio Supreme Della Magistratura fl-Italja, fi Spanja, fil-Portugal dawk it-tip ta’ Continental Systems. Gie spjegat li f’dan il-mudell fejn ghandek il-gudikatura nnifisha li qed tappunta ma jfissrix li l-Kumitat huwa maghzul kollu minn imhallfin, l-importanti huwa li jkollok maggoranza tal-gudikanti li jaghzlu. Giet ezaminata fid-dettal s-sistema Skocciza fejn l-ewwel kellhom is-sistema ta’  kif inhi ta’ Malta llum u mbaghad bidluha u ghamlu  a Judicial Appointmens Board for Scotland li beda jiffunzjona fl-2002 u dan jaghmel l-ezercizzju hu mbaghad jibghat ir-rapport lill-ministru bil-kandidati.

Prof.Aquilina jispjega li l-ewwel wahda, cioe` s-sistema adoperata llum zgur li ma jaqbilx maghha peress li m’ghandekx trasparenza, m’ghandekx accountability, ghandek arbitrarjeta’, jista’ jkollok diffikultajiet ta’ parenteli u Dr.Debono jikkonkordi u jzid jghid li “kulhadd mhux biss jaf lil xulxin imma kulhadd jigi minn xulxin”. Prof.Aquilina jkompli jghid li t-tieni wahda mhijiex hazina ghax filwaqt li l-ezekuttiv qed izomm id-dritt li jappunta imma hija iktar formali ghax hemm l-iskrutinju tal-kumitat. It-tielet wahda taghti l-ghazla totalment lill-gudikatura peress li l-gudikatura ghandha l-maggoranza u mbaghad hemm interessi ohrajn li mhumiex membri tal-gudikatura. Fi kliem Prof.Aquilina “Bejniethom it-tlieta, iktar intendi ghat-tieni u t-tielet, imma l-ewwel wahda zgur ma toghgobniex.”

 Kien hemm qbil bejn l-Onor.Chairman Franco Debono u l-membri l-Onor.Francis Zammit Dimech u l-Onor.Jose’ Herrera flimkien mal-mistieden distint Prof.Aquilina li s-sistema Skocciza ghandha tkun is-sistema adoperata u kien suggerit mill-Onor.Herrera li jithejja draft abbazi tal-mudell Skocciz.

[10] Kumitat Maghzul tal-Kamra (Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Ligijiet)-Parlament ta’ Malta-il-Hdax-il Parlament-Laqgha 25 tas-27 ta’ Frar 2012 saru zewg ezercizzji wiehed fuq il-Judicial Appointments Board u gie evalwat il-mod kif jahdem bhal fi Scotland u pajjizi ohra u t-tieni ezercizzju fuq il-kompozizzjoni u l-funzjonijiet tal-Commissions for the Administration of Justice barra minn Malta. Fis-sistema Skocciza tibqa’ l-prerogattiva tal-ezekuttiv li jappunta l-imhallfin pero’ qabel jiehu parir minghand il-Judicial Appointment Committee.Rigward il-hatra tal-Judicial Appointments Board gewwa Scotland giet diskussa Section 9 tal-Judiciary and Courts Scotland Act 2008 li titkellem Fil specifikament fuq il-Judicial Appointments Board biss, limitatament ghall-hatra tal-gudikanti. L-Onor.Franco Debono fl-istess Laqgha kien ikkummenta f’dan ir-rigward

THE CHAIRMAN: “ Is-sistema Skoċċiża tidher l-iktar waħda li tixbaħ lil tagħna.  Forsi if it is fine tuned u allura kif qal l-Onor. Herrera b’iktar faċilità tista’ tkun fine tuned però xtaqt inwessgħu ftit biex dik ma tkunx dupplikazzjoni tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.  Illum, l-eżekuttiv xorta jitlob il-parir tal-Kummissjoni għall-Amminsitrazzjoni tla-Ġustizzja.”

THE CHAIRMAN:  “Naqblu li l-Kummissjoni kif inhi llum mhijiex l-organu idoneu li jagħti dawn il-pariri.”

[11] Franco Debono,“Essential Legal and Administrative Reforms”,Times of Malta,12th October 2011.”Such an improved packet accompanied by more stringent criteria and a more transparent appointment mechanism, should lead to the selection and appointment of the best candidates from within the legal profession.”

[12] Kumitat Maghzul tal-Kamra (Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Ligijiet)-Parlament ta’ Malta-il-Hdax-il Parlament-Laqgha 25 tas-27 ta’ Frar 2012-l-Onor.Chairman Dr.Debono spjega

“Issa l-Kumitat, kif għadu kemm esprima l-Onor. Herrera, qisu tenda li jħares lejn is-sistema Skoċċiża fejn għandek judicial appointments committee li jkun speċifikament u allura l-kompożizjzoni u l-poteri teigħu tkun ingranata iktar with that aim in view, mhux kummissjoni ġenerika kif għandna llum li għandha ħafna funzjonijiet, imbagħad imbarkajna fuq proċess ta’ x’riformi hemm bżonn fil-Kummissjoni nnifisha imma dak huwa suġġett ieħor. Qed tgħidu li s-sistema Skoċċiża jidher li iva, ‘l hemm l-iktar li nistgħu nqarbu mingħajr ma nagħmlu skossi kbar fis-sistema però intendi ngħid ukoll, pereżempju, topic li ma nafx x’taħsbu dwaru, huwa l-issue tat-training.  Illum il-ġurnata, jkollok avukat li llum avukat, u għada jinħatar ġudikant.  Li jagħmlu forsi perjodu qasir jitilgħu fuq it-tribuna ħdejn il-maġistrati l-oħrajn biex jieħdu dik il-ftit esperjenza – qisha tip ta’ prattika li nieħdu aħna l-avukati.”

Ghaldaqstant, kien hemm qbil fil-Kumitat li  ghar-rigward tal-hatra tal-Gudikatura d-direzzjoni li ghandha tittiehed hija dik ta’ sistema fuq il-mudell skocciz anke ghax kif qal Dr.Debono tohloq l-inqas skossi fis-sistema.

[13] Kumitat Maghzul tal-Kamra (Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Ligijiet)-Parlament ta’ Malta-il-Hdax-il Parlament-Laqgha 31 tas-7 ta’ Mejju 2012-L-Onor.Chairman Dr.Franco Debono jaghti sunt tad-diskussjonijiet precedenti u jghid li in vista tal-fatt li s-sistema ta’ hatra attwali mhix adegwata, kellu jinstab mudell iehor minghajr ma johloq terremot fis-sistema li jinstab xi tip ta’ bilanc fejn tibqa’ certa diskrezzjoni amministrattiva pero’ fl-istess hin jkollok ukoll xi tip ta’ bilanc.L-Onor.Franco Debono qal li flimkien mal-Membri l-ohra :-“Dehrilna li għandna nimxu lejn is-sistema Skoċċiża fejn għandek a Judicial Appointments Committee li jirrakomanda u għandu ċertu say fil-ħatriet tal-ġudikanti.”

Il-mudell skocciz fil-hatra tal-gudikatura hija l-ghazla li mar ghalih l-abbozz tal-Kodici Amministrattiv approvat mill-istess Kumitat.

 [14]L-avukat Dr. Franco Debono  tkellem ampjament fuq il-hatra u tnehhija tal- Gudikatura, kriterji kwalitattivi ghall-hatra fil-Gudikatura u l-eta’ ta l-irtirar li ghandha tizdied.  L-avukat Dr.Franco Debono dejjem tkellem fuq dan is-suggett b’mod assidwu u kien hu li elevah ghal dibattitu parlamentari u nazzjonali.Ir-Rapport Finali tal-Kummissjoni ghal Riforma Holistika fil-Qasam tal-Gustizzja tkellem f’parti sostanzjali (mizuri 13-53) fuq il-gudikatura-hatra, il-Judicial Services Appointment Authority fl-ambitu tal-hatra,tahrig, mentoring,promozzjoni,salarji u pensjonijiet,dixxiplina u tnehhija.

Dr.Franco Debono fid-dibattiti fil-Parlament kien tkellem dwar il-bzonn li jigi stabbilit organu li jkun jista’ jgharbel kandidati prospettivi ghall-hatra fil-gudikatura u li jkun jista jassisti lill-Ezekuttiv fil-hatriet tal-Gudikatura. Dr.Debono kien issuggerixxa t-waqqif ta’ Judicial Appointments Committee specifikament ghal dan il-ghan, proposta li giet ikkonfermata mill-Kummissjoni u li giet moghtija biss isem differenti u cioe’ Judicial Services Appointment Authority.

Fir-rigward tal-Hatra tal-Gudikatura Dr.Debono kien diga ppropona l-mudell anglo-sassonu u r-Rapport Bonello dan jirrikonoxxih ghalkemm ma jirreferix ghall-avukat Debono b’ismu.Ir-Rapport Bonello fir-rigward tal-hatra tal-Gudikatura jipproponi l-mudell anglo-sassonu  li kien diga gie propost fil-legislatura precedenti mill-Kumitat dwar Ri-kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’Ligijiet –Parlament ta’ Malta –il-Hdax –il Parlament ippresjedut mill-Onor.Chairman Franco Debono u bhala membri kellu lill-Onor.Jose` Herrera u lill-Onor.Francis Zammit Dimech. Il-Kummissjoni abbracca l-mudell tal-ghazla tal-gudikanti li kien issuggerixxa u ppropona snin qabel il-Kumitat Maghzul tal-Kamra dwar Rikodifikazzjoni u Konsolidazzjoni tal-Ligijiet. Il-Kummissjoni f’pagna 40 tar-Rapport irrikonoxxiet “B’hekk it-tieni ghazla hija l-aktar wahda li ghandha taqdi l-ezigenzi tal-Pajjiz.Irid jinghad ukoll illi din il-proposta ta’ din il-Kummissjoni mhix l-ewwel darba li saret f’pajjizna ghaliex din kienet ukoll l-ghazla li addotta l-Kumitat Maghzul tal-Kamra dwar Rikodifikazzjoni u Konsolidazzjoni tal-Ligijiet fid-deliberazzjonijiet tieghu, u hija wkoll l-ghazla li mar ghaliha l-abbozz ta’ Kodici Amministrattiv approvat mill-imsemmi Kumitat. Il-Kummissjoni tghid li s-salarju u l–pensjonijiet tal-gudikanti ghandhom jizdiedu b’mod li jirriflettu dawk ta’ gudikanti ewropej.Dan il-punt li l-gudikanti jkollhom pakkett finanzjarju iktar attrajenti ilu jigu mqajjem minn Dr.Franco Debono fosthom fil-Mozzjoni Privata Tieghu dwar il-Qasam tal-Gustizzja u f’diversi fora biex b’hekk jattira u jikkonkorru l-ahjar elementi fl-avukatura ghall-hatra fuq il-bank tal-gudikatura.

[15] Kumitat Maghzul tal-Kamra (Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Ligijiet)-Parlament ta’ Malta-il-Hdax-il Parlament-Laqgha 31 tas-7 ta’ Mejju 2012-L-Onor.Franco Debono jkompli jghid li wara diskussjonijiet li kellu mal-Ministru Chris Said kien infurmat li l-pakkett tal-kondizzjonijiet tax-xoghol u tar-remunerazzjoni tal-gudikanti jidher li wasal biex ikun konkluz. Dawn huma kollha punti li gew suggeriti u trattati fil-Private Members’ Motion tal-Onor.Debono dwar Riformi fil- Qasam tal-Gustizzja. “Informat ukoll, mill-Ministru Chris Said, kelli diskussjonijiet miegħu dwar il-pakkett tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u tar-remunerazzjoni tal-ġudikanti li huwa qasam ieħor importanti li jidher li wasal biex ikun konkluż.  Illum il-ħlas tal-ġudikanti u anke l-età tal-irtirar imma speċjalment il-ħlas u l-kondizzjonijiet, ma tantx huma la attraenti u lanqas xierqa għax-xogħol importanti li jagħmel ġudikant.  Ġudikant mhux biss irid ikun jaf il-liġi, imma hemm ċertu element ta’ għerf fejn trid tiġġudika jekk xhud huwiex jgħid il-verità jew jekk xhud huwiex jigdeb.  Tista’ tikkundanna nies għal għomorhom il-ħabs jew tista’ tħassar deċiżjoni ta’ ministru.  U allura l-ġudikatura għandha rwol importanti x’taqdi u naħseb ir-remunerazzjoni ta’ dawk il-karigi għandha tkun xierqa għal doveri li għandhom il-ġudikanti.  L-età tal-irtirar ukoll.  Tkellimna diversi drabi li din għandha togħla.”

[16]Franco Debono, “Essential Legal and Administrative Reforms”,Times of Malta,12th  October 2011.”What is required from the judiciary is not just standing tall in all circumstances and a code of conduct that reflects their duties, not just knowledge of the law but, above all, wisdom and a heightened sense of justice. Since judges can annul laws, quash ministerial decisions and condemn individuals to life imprisonment, nothing short of wisdom will suffice.Since, in general wisdom is not a quality of the younger age the years of experience, expertise and training required for eligibility and appointment should be increased.”

[17] Voti tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern-Seduta 273-Parlament ta’ Malta-4 ta’ Novembru 2010-l-Onor.Debono ghar-rigward tal-eta` tal-hatra tal-gudikanto qasam dawn il-hsibijiet-

“Ma ninsewx li l-qrati mhumiex biss tal-liġi imma huma aktar qrati tal-ġustizzja, jiġifieri l-ġustizzja hija usa’ mil-liġi. Għaldaqstant hija xi ħaġa sensittiva u trid issib il-persuni addattati għaliha. Hawnhekk irrid infaħħar ix-xogħol tal-ġudikanti tagħna li b’mod ġenerali jagħmlu xogħol tajjeb b’ħafna għaqal u serjetà. F’dan il-kuntest semmejt ukoll l-età tal-ħatra. F’pajjiż żgħir bħal tagħna kulma għandna huma ftit aktar minn 30 ġudikant bejn maġistrati u mħallfin, u naħseb li wasal iż-żmien biex is-snin rikjesti sabiex persuna tikkwalifika biex tkun eliġibbli li tinħatar bħala maġistrat għandhom jitilgħu minn seba’ snin għal għaxar snin jew 12-il sena, filwaqt li biex issir imħallef għandhom jitilgħu minn 12-il sena għal 15-il sena. Ma ninsewx li ġudikant irid jiddeċiedi waħdu, skont il-kuxjenza tiegħu u skont il-liġi, u allura naħseb li wasal iż-żmien li nirrevedu l-ammont ta’ snin ta’ esperjenza rikjesta sabiex wieħed ikun eliġibbbli li jinħatar bħala ġudikant.  Naħseb li minn hemmhekk irridu nibdew inħarsu mhux mill-età tal-irtirar, jiġifieri mhux mill-biċċa ta’ wara imma mill-biċċa ta’ quddiem, meta inti qed taħtar. Naħseb li l-ħatriet li saru riċentement kienu tajbin u nfaħħar ukoll l-għażliet li saru.”

[18] Voti tal-ministeru tal-Gustizzja u l-Intern-Seduta 162-Parlament ta’ Malta-19 ta’ Novembru 2009-l-Onor.Debono tkellem fuq l-eta’ tal-hatra li ghandha tizdied u li jiziedu wkoll is-snin ta’ esperjenza ghall-elegibilita bl-ghan ahhari li l-guddizzji jkunu dettati mill-gherf li takkumulah bl-esperjenza-“Xtaqt insemmi wkoll l-età tal-irtirar tal-ġudikanti.  Għandna numru ta’ ġudikanti tajbin li akkumulaw snin twal ta’ esperjenza u naħseb li wasal iż-żmien li nirrivedu l-età ta’ irtirar tagħhom u ngħolluhielhom. Sena ilu kont tkellimt fil-parlament dwar dan is-suġġett u għedt li għandna ngħollu wkoll l-età tal-ħatra tal-ġudikanti.  Naħseb li għandna nimponu aktar snin ta’ esperjenza sabiex persuna tikkwalifika u tinħatar bħala ġudikant, kemm fil-każ ta’ maġistrati kif ukoll fil-każ ta’ imħallfin.”

[19] Kumitat Maghzul tal-Kamra (Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Ligijiet)-Parlament ta’ Malta-il-Hdax-il Parlament –Laqgha 23 tat-13 ta’ Frar 2012-l-Onor.Chairman Dr.Debono tkellem fuq l-gharfien tal-ligi u l-gherf bhala rekwiziti ta’ gudikanti prospettivi-“l-ewwelnett l-ammont ta’ esperjenza rikjesta għandu jiżdied.   Ma jfissirx li għax inti tkun seba’ snin avukat allura kapaċi biex tkun maġistrat.  Jiena jidhirli li hemmhekk għandha tiżdied.  It-tnax-il sena tal-imħallfin għandha tiżdied ukoll…  Jiġifieri r-rwol ta’ imħallef u ġudikant, il-kariga ta’ imħallef u ġudikant hija kariga li aktar ma jkollok snin ta’ esperjenza u takkumula dak l-għerf …..Aħna nindirizzaw lill-ġudikanti tagħna bħala li għandhom jakkumulaw matul is-snin anke ċertu ammont ta’ għerf, għax biex tiġġudika l-kawżi mhux biss trid tkun taf il-liġi, il-liġi qiegħda hemm u ssibha, mhux biss tiġġudika l-kawżi imma jkollok dak l-għerf li inti trid tiddeċiedi min qed jigdeb u min qed jgħid is-sewwa u għal dak trid ċertu ammont ta’ għerf.

Jiena naħseb li wasal iż-żmien biex inkompli ma’ dak li kont qed tgħid int, Onor. Herrera, fis-sens li jien mhux qed ngħid li saru forsi xi ħatriet ħżiena, pero’ anke jekk stess il-metodu ta’ ħatra mhuwiex dak addattat fejn il-Ministru jmur quddiem il-Kabinett jgħidilhom nirrakkomanda lil dak u lill-ieħor.  Jiena naħseb li wasal iż-żmien – u ili ngħidha għal dawn l-aħħar snin – li dan il-mod ta’ ħatriet u anke dawn ir-riformi fil-ġustizzja messhom ġew tekiljati qabel – imma issa qed nittekiljawhom aħna.

Aħna fis-seduta ta’ qabel konna tlabna lill-Prof. Kevin Aquilina sabiex iħejji analiżi komparattiva.  Li s-sistema li għandna fil-preżent mhix adegwata, naħseb kulħadd jaqbel, imma mbagħad hemm biċċa oħra, it-tieni pass.  X’sistema se naddottaw?  U hawnhekk tiġi aktar ikkomplikata. Li s-sistema tagħna mhix tajba naqblu li mhix tajba, pero’ issa x’sistema se naddottaw?”

[20] Franco Debono, “Essential Legal and Administrative Reforms”,Times of Malta,12thOctober 2011.”What is required from the judiciary is not just standing tall in all circumstances and a code of conduct that reflects their duties, not just knowledge of the law but, above all, wisdom and a heightened sense of justice. Since judges can annul laws, quash ministerial decisions and condemn individuals to life imprisonment, nothing short of wisdom will suffice.”

[21] Voti tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern-Seduta 273-Parlament ta’ Malta-4 ta’ Novembru 2010-l-Onor.Debono ghar-rigward tal-kundizzjonijiet tal-Gudikanti kellu dawn il-kummenti-

“Sur President, punt żgħir li xtaqt nagħmel u nagħlaq bih huwa l-fatt li rridu naraw ukoll li l-ġudikanti jkollhom kundizzjonijiet tajbin ta’ xogħol peress li għandhom responsabbiltà kbira u minbarra li wieħed jikkonsidra li jkollhom pagi aħjar, wieħed irid jikkonsidra wkoll li jkollhom aktar staff. Naħseb li wasal iż-żmien li nikkonsidraw li l-maġistrati jkollhom assistenti ġudizzjarji – dan jinvolvi investiment finanzjarju wkoll – biex jgħinuhom fix-xogħol tagħhom. Illum il-maġistrati m’għandhomx staff tekniku u allura tajjeb li nikkonsidraw li dan intejbuh.”

[22] Aggornamenti tal-Onor.Franco Debono-Estratt mis-Seduta Numru 474-Parlament ta’ Malta-16 ta’ Mejju 2012-l-Onor.Debono sejjah ghall-pakkett finanzjarju ahjar ghall-gudikatura-

“Irrid ngħix f’pajjiż fejn il-ġudikanti jinħatru bi proċedura differenti u fejn il-ġudikanti jingħataw dak li jixirqilhom kemm f’rimunerazzjoni, kemm f’pagi, kemm f’pensjonijiet, kemm f’kondizzjonijiet ta’ xogħol kif ukoll fl-età tal-irtirar li bħal f’pajjiżi oħra titla’ għal 68 sena u 70 sena għax qed nitilfu l-aqwa ġudikanti fl-aħjar tagħhom. Nixtieq ukoll li naraw l-kriterji tal-eliġibilità. Fil-Kumitat tal-Konsolidazzjoni qed niddiskutu l-mudell Skoċċiż ukoll.”

[23] Voti tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern-Seduta 273-Parlament ta’ Malta-4 ta’ Novembru 2010-l-Onor. Franco Debono kien diga ppropona li l-gudikanti jkunu assistiti minn assistenti gudizzjarji-“Naħseb li wasal iż-żmien li nikkonsidraw li l-maġistrati jkollhom assistenti ġudizzjarji – dan jinvolvi investiment finanzjarju wkoll – biex jgħinuhom fix-xogħol tagħhom. Illum il-maġistrati m’għandhomx staff tekniku u allura tajjeb li nikkonsidraw li dan intejbuh.”

[24]Aggornamenti tal-Onor.Franco Debono-Estratt mis-Seduta Numru 388-Parlament ta’ Malta-4 ta’ Ottubru 2011-l-Onor.Debono ppropona pakkett finanzjarju ahjar ghall-gudikatura flimkien ma’ kundizzjonijiet ahjar u administrave backup sabiex jattira l-ahjar gudikanti prospettivi –

“Niġi għall-ġudikatura.  Jiena se nagħmilha ċara li ilni ngħid li l-ġudikanti jixirqilhom kondizzjonijiet aħjar.  Il-bieraħ irċevejt tweġiba għal mistoqsija parlamentari dwar il-photocopiers fl-awli tal-maġistrati.  Jirriżulta li hemm biss madwar erba’ photocopiers meta maġistrati hemm aktar minn 16-il wieħed.  Dawn huma r-riżorsi, mhux biss il-paga!  Nagħmilha ċara li jiena ma naqbilx li l-paga tal-ġudikanti għandha tkun pegged ma’ taċ-ċivil!  Li nesiġu mill-ġudikanti tagħna huwa għerf u nemmen li għandu jkollhom pakkett ta’ kondizzjonijiet li jattira l-aħjar kandidati.  Jiena nistaqsi lill-poplu hemm barra:  Jekk inti tiġi bżonn is-servizz tal-qrati, x’tixtieq li jkollok, l-aħjar ġudikant li l-Istat jista’ jkollu s-servizz tiegħu, jew le?  Allura biex ikollok ġudikanti tajbin trid toffri kondizzjonijiet ta’ xogħol tajbin.

U ma tridx toffri biss pagi tajbin jew pensjoni tajba biss, imma anke kondizzjonijiet tajbin ta’ xogħol.  Meta inti għandek ġudikant li qed jiġi biex jikteb sentenza, li qed jiġi biex jeżamina l-provi, li qed jiġi biex jeżamina x-xhieda, dan illum m’għandux xi ħadd li jagħmillu r-riċerka.  Allura dan kif jista’ jaħdem?  Apparti minn hekk, il-funzjoni inkwirenti u l-funzjoni ġudikanti, anke fl-aħjar rispett tas-separazzjoni tal-poteri, ma jistax maġistrat, filli qed jinvestiga mal-pulizija u filli mbagħad imur jiġġudika l-kawżi f’parti mill-funzjoni tal-ġudikatura.  Mela qed tilbes kappell ta’ inkwirenti u mbagħad ftit wara trid tilbes ukoll il-kappell tal-ġudikanti.  Din ilni ngħidha sa mill-2008, meta tlajt f’dan il-parlament.  Minn hawnhekk nieħu l-opportunità biex nawgura fejqan ta’ malajr lill-Ministru Carmelo Mifsud Bonnici, però ninsab informat li għall-grazzja t’Alla jinsab fi stat ta’ saħħa tajba, li rkupra ħafna, però ovvjament l-oqsma tal-ġustizzja u l-intern ukoll għandhom bżonn ikunu b’saħħithom.  Dan huwa importanti.”

 [25] Mozzjoni ta’ Fiducja fil-Gvern-Mozzjoni 309-Parlament ta’ Malta-Seduta 486-Parlament ta’ Malta-4 ta’Gunju 2012-L-Onor.Franco Debono qal-“Lis-sedja qed nindirizza fuq kummenti li għamel l-Onor. Charlo’ Bonnici fil-konfront tiegħi. Dan kien jaħdem mal-ex-Ministru Louis Galea, kien jaħdem fis-segretarjat privat, u xi ftit ġimgħat jew xhur qabel il-kampanja elettorali telaq biex mar jagħmel il-kampanja tiegħu, u tela’ hu u l-ex-Ministru Louis Galea ma telax!  Dak teamwork!  Għax qed nikkritikaw it-teamwork! Bir-rispett kollu, jien ikkritikajt u l-maġġor parti tal-kritika tiegħi kienet fuq issues. Meta ġejt attakkat, iddefendejt ruħi.  Fuq issues ħafna drabi tkellimt jien, Sur President.  Hu semma anke lill-Prim Imħallef.  Jien għandi dubju dwar x’idea għandu l-Onor. Charlo’ Bonnici fuq il-Prim Imħallef,.  Li jitkellem l-Onor. Mario de Marco fuq il-ġustizzja u l-intern nifhimha, missieru Guido de Marco, immaġina, imma li l-Onor. Charlo’ Bonnici jiġi jiġġudika lili fuq l-issues tal-ġustizzja u l-intern, jien ma nafx!   Dan la huwa xi avukat u lanqas huwa xi espert fil-qasam!  Bid-dovut rispett, lanqas hu sew li mmorru nsefsfu – b’mod ġenerali qed ngħid – għand xi blogger fuq sħabna.  Fuq il-Prim Imħallef jista’ jmur jara l-kummenti tiegħi. Jista’ jara d-diskors tiegħi. Il-kummenti tiegħi kollha qegħdin hemmhekk.”

[26] Private Members’ Motion Numru 280-Mozzjoni tal-Onor.Michael Falzon u l-Onor.Jose` Herrera dwar Riformi fl-Oqsma tal-Gustizzja u l-Intern (Sfiducja fil-Ministru tal-Gustizzja,l-Onor.Carm Mifsud Bonnici) Seduta 483-Parlament ta’ Malta-29 ta’ Mejju 2012-l-Onor.Franco Debono kkummenta “…Ingħad ukoll li l-Prim Imħallef u l-Avukat Ġenerali kienu qishom namrati. Dak ħażin ħafna f’soċjetà u l-ġudikatura m’għandhiex tipprova tintimida lill-avukatura. Il-Ministru Said qal – u l-Ministru Said qalli x’sab imma ħalli nieqaf hemm għax għandi rispett lejh u jaf – li avukatura b’saħħitha tfisser ċittadin b’saħħtu.”

[27] Hawnhekk ir-referenza kienet ghall-kaz ta’ tixhim tal-ex Prim’Imhallef Noel Arrigo u l-ex Imhallef Patrick Vella fl-2002.Sussegwentement, ghaxar snin wara fl-2012 kien hemm il-kazijiet tal- ex Imhallef Raymond Pace u l- ex Imhallef Lino Farrugia Sacco. “When the foundations are shaken-Anything less than a complete systemic reform will not satisfy a now palpable thirst for more seriousness at all levels of the country’s administration.”,MaltaToday Editorial,17th  December 2012.

“In the space of just a few days, we have witnessed the collapse of a government after the defeat of its annual budget in parliament. Much more worryingly, we also saw the institution of the judiciary plunged into deep crisis as a result of separate scandals in which two of its senior members are embroiled.Admittedly, the two cases in themselves cannot realistically be placed on the same pedestal. One involves criminal charges pressed against a member of the Court of Criminal Appeal (Mr Justice Raymond Pace) for allegations of bribery. The other concerns a sitting judge (Lino Farrugia Sacco) who was reprimanded by the Olympic Committee for his dubious handling of a presumed illicit ticket scam.Naturally, the first scandal is by far the more serious of the two. Still, both cases have, in different ways, caused incalculable harm to the image and reputation of the judiciary… and it doesn’t help to observe that this same reputation had already been severely besmirched in recent years: first by a similar corruption scandal involving former Chief Justice Noel Arrigo and Judge Patrick Vella in 2002; and subsequently by a whole series of debatable sentences and court decisions, some of which were delivered anywhere up to 25 years after the case had first been initiatedOn the contrary, what is needed is a root-and-branch reform of the entire system, taking into account the following concerns: how judges and magistrates are appointed (which, unlike the existing system, should be concomitant with the procedure for their removal); a code of ethics to define and lay down rules on such matters as potential conflicts of interest among judges, among other issues pertaining to private behaviour, lifestyle, etc; and a revisiting of a number of basic justice issues such as the need for consistency in the application of such measures as bail. Anything less than a complete systemic reform will not satisfy a now palpable thirst for more seriousness at all levels of the country’s administration. One can only wonder why this reform was not affected when the Arrigo/Vella case had first shaken public confidence in such an important institution, almost a decade ago.”

[28] Voti tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern-Seduta 273-Parlament ta’ Malta-4 ta’ Novembru 2010-l-Onor.Debono b’rererenza ghall-eta` ta’ irtirar qal-

“Sur President, qabel nagħlaq nixtieq nirreferi għal topic ieħor li kien hemm diskussjoni dwaru riċentement, jiġifieri l-età tal-irtirar tal-ġudikanti u magħha ssemmew il-kondizzjonijiet, il-pagi, il-pensjonijiet u affrijiet oħra. Filwaqt li huwa tajjeb li ġiet awmentata l-età tal-irtirar, nemmen li għandna nerġgħu nikkonsidraw illi ngħolluha. Għandna l-esperjenza ta’ ċerti ġudikanti li spiċċaw u għadhom fl-aqwa tagħhom. Dawn għad għandhom numru ta’ snin ta’ servizz x’joffru,  għax il-kariga ta’ ġudikant mhijiex sempliċiment li inti tkun taf il-liġi.  L-ewwel nett l-attribut partikolari ta’ ġudikant tajjeb huwa l-għerf, fejn inti trid tiddeċiedi bejn żewġ xhieda dwar min qed jgħid il-verità.  Tista’ tkun taf il-liġi kemm trid, imma l-esperjenza tal-ħajja u l-għerf ……  Dan l-attribut jikber u jitjieb maż-żmien, u l-fatt li matul is-snin tisma’ iktar każijiet u tagħti sentenzi, għandna aktar nikkultivawh. Għaldaqstant nemmen li f’mument partikolari għandna nużufruwixxu mill-fatt li persuna tkun okkupat il-kariga ta’ ġudikant għall-ammont ta’ snin u allura tkun ikkultivat u akkumulat snin ta’ esperjenza.”

[29]Aggornamenti tal-Onor.Franco Debono-Estratt mis-Seduta Numru 388-Parlament ta’ Malta-4 ta’ Ottubru 2011-l-Onor.Debono ghal darb’ohra appella biex l-eta` tal-irtirar tal-gudkianti tizdied u ghamel referenza ghall-imhallfin li rtiraw

“Hemm bżonn li jkollna korp tal-ġudikanti motivat. Ma jistax ikun li biex ikollok demokrazija b’saħħitha…  Hawnhekk qed nitkellmu fuq il-pilastri prinċipali tad-demokrazija.  Jiena sejjaħt ukoll sabiex l-età tal-irtirar tal-ġudikanti tiżdied għax qed nitilfu ġudikanti – fosthom l-ex-Imħallef Joe Galea Debono, lill-ex-Imħallef Filletti, lill-ex-Imħallef Sciberras – proprju fl-aqwa tal-karriera tagħhom. U hawnhekk ukoll hemm bżonn li ssir riforma kostituzzjonali.  Għaliex qed  ngħid “kostituzzjonali”?  Għax l-età tal-irtirar tal-imħallfin hija fil-qalba tal-Kostituzzjoni.  Il-mod kif naħtru l-maġistrati u l-imħallfin għandu jkun aktar trasparenti u għandu jassigura li filwaqt li noffru pakkett aħjar ta’ kondizzjonijiet, nattiraw l-aqwa kandidati li nistgħu għal dawn il-pożizzjonijiet tant sensittivi.”

[30] Franco Debono, “Essential Legal and Administrative Reforms”, Times of Justice”,12th October 2011.Dr.Debono f’dan l-artiklu kien tenna li l-eta` ta’ l-irtirar tal-gudikatura ghandha tizdied “Considering the present life expectancy and the fact that we have lost a number of good judges at 65 the retirement age should be raised too, following the example of other advanced jursidictions.”

[31] Voti tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern-Seduta 56-Parlament ta’ Malta-18 ta’ Novembru 2008-l-Onor.Debono semma l-indipendenza tal-gudikatura-

“L-indipendenza u l-imparzjalità huma l-ogħla valuri li għandu jkollha qorti.  Huma rekwiżiti bażiċi li huma saħansitra l-pilastru illi fuqhom għandha tistrieħ is-sistema ġudizzjarja.  Nemmen ukoll, kif diġà għedt, li għandu jiżdied in-numru ta’ ġudikanti.  Kellna esperjenza ta’ żewġ imħallfin nisa, apparti maġistrati oħra nisa, li kienet esperjenza tajba li għandha tkun inkoraġġita. Nemmen illi l-ġudikanti għandhom ikomplu wkoll jaġġornaw ruħhom.  Nemmen ukoll li fl-għażla tal-ġudikanti għandna nkunu rigorużi. Għaliex qed ngħid hekk?  Għax ladarba ġudikant tkun poġġejtu fil-kariga, l-parlament biss jista’ jneħħih.  U huwa tajjeb li jkun hekk għax din hija l-iktar istituzzjoni li tirrappreżenta lill-poplu kollu.  Allura nemmen li fl-għażla tal-ġudikanti għandna nkunu wkoll rigorużi.”

[32] Voti tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern-Seduta 56- Parlament ta’ Malta-18 ta’ Novembru 2008-l-Onor.Franco Debono b’referenza ghall-assenjazzjoni tad-doveri qal-“Issemmiet il-kariga ta’ prim imħallef.  Nemmen li l-indipendenza tal-ġudikatura hija waħda mid-dutrini fundamentali li fuqha hija bbażata s-sistema legali tagħna, u din għandha tiġi rispettata.  M’iniex qed nirriferi għall-persuna li llum qed tokkupa din il-kariga għax nemmen li hija waħda mill-aktar persuni serji u abbli li qatt okkupaw din il-kariga.  Nemmen li qed insaħħu din l-indipendenza billi l-prim imħallef ikollu l-poter li jassenja d-drittijiet tal-maġistrati.  Li wieħed irid jara hu li ħadd ma jabbuża minn dawn il-poteri.  Dawn il-poteri fihom infushom huma tajbin.  Huwa tajjeb li ma jkunx hemm indħil mill-eżekuttiv fil-ġudikatura u dawn il-poteri ta’ assenjazzjoni tad-doveri tal-ġudikanti jitħallew esklużivament f’idejn il-ġudikatura nnfisha, però jekk hemm bżonn għandu jinħoloq mekkaniżmu biex jara li ħadd ma jabbuża minn dawn il-poteri.”

[33] Kumitat Maghzul tal-Kamra(Ri- kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Ligijiet) Laqgha 22 tas-7 ta’ Frar 2012-gie diskuss b’mod estensiv il-hatra ta-gudikanti u ghar-rigward tal-hatra tal-gudikatura l-Onor.Chairman ikkummenta-“Kif diġà għedt, waħda mill-punti tal-Private Motion tiegħi dwar il-ġustizzja hija li naħseb hawn kunsens wiesà f’dan il-pajjiż li l-mod tal-ħatra tal-imħallfin u l-maġistrati mhijiex idonea kif inhi llum, tħalli lok għal ħafna dubji u forsi anke nies li xtaqu jsiru, jgħidlek imma jien għax qatt ma sirt?

Jiġifieri anke  minn dak l-aspett fejn għandek persuna li għandha l-kwalitajiet kollha tajbin, il-pajjiż ikollu l-benefiċċju tas-servizz ta’ dik il-persuna, din qatt ma ssib lil xi ħadd li jaħtarha, għaliex?  Għaliex m’hemmx metodu trasparenti, qatt ma tista’ tgħid:  Jien għaliex ma ntgħażiltx? U anke min f

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.