Harsiet lura. .u ohrajn ‘l quddiem (Ahn’ ahna jew m’ahniex?)

Harsiet lura. .u ohrajn ‘l quddiem (Ahn’ ahna jew m’ahniex?)

Fl-ahhar granet kont qed nirriproduci u nippublika f’dan l-Blog d-diskorsi kollha li ghamilt fil-Parlament fejn fost ohrajn sal-ewwel sena, sas-sena 2009 kont diga fassalt s-sinsla tar-Riforma Holistika tal-Gustizzja. Wiehed mill-punti saljenti li kont tkellimt dwaru  li imbaghad inkludejt fil-Mozzjoni Privata ta’ Novembru 2011, kien s-separazzjoni ta’ rwoli bejn l-funzjonijiet investigattivi u dawk ta’ prosekuzzjoni fil-Korp tal-Pulizija.
Din issa qed tigi ‘implimentata’ permezz ta’ ‘progett pilota’. Hassejt li jkun interessanti li filwaqt li qed nirriproduci d-diskorsi, niehu break qabel inkompli b’sensiela ta’ diskorsi ohrajn, u naghti xi ftit kummenti dwar materjal li johrog mill-istess diskorsi li ghamilt snin ilu, izda li huma ta’ attwalita’ u rilevanza kbira ghax qed jigu implimentati illum. Dawn il-kummenti huma fl-ahjar interess tas-settur tal-gustizzja f’dan l-pajjiz.
L-ewwel nett din l-proposta QATT m’ghandha tkun pilotata mill-Ministru tal-Gustizzja lanqas kieku jkun l-akbar genju, jew li hadem fil-Qorti ghal snin twal u kellu klijentela vasta li maghha ggib profondita’ ta’ esperjenza,  izda mill-Ministru tal-Intern ghax tikkoncerna l-prosekuzzjoni, u propju snin ilu kien beda process biex titwaqqaf prosecutions unit fi hdan l-korp, jew tal-inqas ghandha tigi implimentata  mit-tnejn f’daqqa (gustizzja u intern).
Fit-tieni lok wiehed jistaqsi x’sens jaghmel li  tibda b’dan l-esperiment mill-icken kawzi tat-traffiku fejn  propju prosekuzzjoni minn avukat tista’ tkun kontro-produttiva u fejn ghandek seduta shiha ta’ numru ta’ kawzi u mhux spettur li joqghod jigi  l-qorti ghal kawza jew tnejn u jahli l-hin. F’dawn t-tip ta’ kawzi ma hemmx xi problem kbar. Ikollok ufficjal tal-Pulizija li jigi u jaghmel sittin, sebghin kawza.
Tant l-kawzi tat-traffiku mhumiex kumplikati legalment li fejn soltu prosekuzzjoni ssir minn spettur f’dan l-kaz gieli issir minn maggur, rank inqas minn dak ta’ spettur! Ahseb u ara kemm hemm xi bzonn impellenti li l-prosekuzzjoni ssir minn avukat! L-magistrate li jaghmlu s-seduti tat-traffic imbaghad huma uhud mill-aktar magistrati  kompetenti, jmexxu x-xoghol fl-awla b’mod mill-aktar diligenti u gusti fil-Qrati f’pajjizna.
U allura min holom li jaghmel progett pilota fl-awla tat-traffic?  Dawn huma l-inqas kawzi ikkumplikati fil-kamp kriminali fejn propju isiru seduti shah u ghandek hela ta’ hin mill-anqas da parti tal-prosekuzzjoni ghax ghandek ufficjal wiehed li jigi u jaghmel sittin kawza.
Dan l-esperiment ghandu jibda jsir f’kawzi fejn l-Avukat Generali ( u allura l-Prosekutur-avukat) DIGA ghandu funzjonijiet u ssir l-Istruttorja u mhux f’kawzi zghar hekk imsejjha sommarji fejn se nkomplu nzidu burokrazija inutli insensata u bla sugu.
Jidher li anke ghal persuni li se jkunu involuti fl-istess ‘implimentazzjoni’ xejn ghadu ma hu car.
F’mohhi ghandi vizjoni cara hafna ta’ kif trid tigi implimenatta din l-proposta u l-vizjoni ilha hekk cara sa minn meta xi erba snin ilu prezentatjt l-proposti tieghi fil-Parlament, u jiena qsamt dawn l-ideat ma min ghandi naqsamhom.
U sabiex b’hekk ukoll hadd ma joqghhod jistaqsi x-xoghol qed naghmel. L-pariri jien naghtihom. Imbaghad ma niddeciedix jien jekk jittiehdux jew le! Qed naghmel xoghol li ftit jistghu jaghmlu, ghax ladarba l-proposti originali ghamilthom jien, dwar l-implimentazzjoni, l-aktar li nista’ nitkellem huwa jien!
No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.