05 Nov Responsabbilta’ politika
In-nuqqas ta rfigh ta’ responsabbilta politika jhalli l-vittmi u maghhom ghandha ssir gustizzja. Nemmen hafna wkoll fil-mahfra.
Jekk kien hawn xi hadd li hadem u hareg ghonqu biex tidhol kultura ta’ responsabbilta’ politika f’dan il-pajjiz kont jien. Tkellimt ripetutament fil-Parlament u hadt posizzjonijiet kuragguzi biex jigi stabbilit dan l-principju fundamentali f’demokrazija. Gejt ngustament gudikat minhabba n-nuqqasijiet ta’ haddiehor u m’hemmx ingustizzja ikbar minn din.
Fl-ahhar legislatura ministri li kellhom jirrizenjaw naqsu li jaghmlu dan, bil-konsegwenza mhux biss li imbarazzaw serjament lil partit u lil gvern u wasslu ghal telfa elettorali kolossali, izda talli gew ikkundannati u gudikati persuni ohra minhabba l-isbalji tal-istess ministr, u propju ghax talbu li l-istess ministri jerfghu responsabbilta’ politika. Jekk f’din l-legislatura jigri l-istess, probabbli r-rizultati jkunu simili.
Minkejja li kien hemm responsabbilta’ politika x’tingarr minn Joe Cassar, fuq bazi personali xorta jiddispajcini ghalih ghax nemmen li huwa ragel twajjeb u gentlom, pero’ nemmen ukoll li rrizenja tliet snin tard. Dawn l-avvenimenti ilhom li sehhew. Din ir-rizenja hija konsegwenza wkoll ta’ rivoluzzjoni shih li bdejt jiena fil-Parlament tliet snin ilu u li wasslet ghall-isfiducja mill-Parlament tal-Ministru tal-Gustizzja ta’ dak iz-zmien. L-qasam tal-gustizzja ghaddej minn riforma radikali wara li fil-fatt kien thalla jiddegenera that l-ministru li fil-fatt gie sfiducjat.
Inoltre jiena gejt ikkundannat mill-Partit minhabba n-nuqqasijiet ta’ Carm Mifsud Bonnici, li illum huma evidentissimi tant li anke f’kontroversja ricenti dwar d-detention centres meta ntalbet r-rizenja tieghu, esponenti tal-PN ghamlu dikjarazzjonijiet fis-sens mhux li ma kellux responsabbilta’ x’jerfa’ izda li kien diga’ refaghha. Jiena nhares ‘l quddiem u nahfer pero’ dawn fatti li graw u hallew konsegwenzi ingusti.
Din hija silta minn diskors li kont ghamilt fil-Parlament. Silta rilevanti illum aktar minn qatt qabel ghax dawn huma principji ta applikazzjoni generali –
Seduta 439-Parlament ta’ Malta- 25 ta’ Jannar 2012-l-Onor.Franco Debono
“Sur President, ħafna drabi f’soċjetà kollox jirrisolvi ruħu għal min se jerfa’ r-responsabbiltà, it-tort u jbati l-kundanna. Ikun tad-daħk jekk ngħidu li se nagħmlu riformi kostituzzjonali mingħajr ma nibdew il-kultura tal-irfigħ tar-responsabbiltajiet. Ma nistgħux immorru nagħmlu riformi kostituzzjonali fis-sitwazzjoni li qegħdin illum fejn ħadd ma jerfa’ r-responsabbiltà. Kif trid tmur tagħmel rifor…mi kostituzzjonali? Fejn se tmur? Mela riforma kostituzzjonali mhux fuqna u fuq il-Gvern u fuq min għandu l-poter trid issir prinċipalment? Mela r-riformi kostituzzjonali se nagħmluhom biex ngħidu għamilna xi erbat iċfuf jew xi erba’ żigarelli? Inutli ngħidu se mmorru nagħmlu riformi kostituzzjonali jew xi kumitat jew xi affarijiet minn dawn. Mhux il-karta l-importanti iżda l-prattika. Xi darbi, u kultant b’mod sistematiku kif spjegajt diġà, biex ma jeħilx Ċikku jkollu jerfa’ l-piż tiegħu Peppi. Biex ħadd mill-amministrazzjoni ma jerfa’ l-piż tan-nuqqasijiet jispiċċa jbati l-konsegwenzi ċ-ċittadin u biex jingħalaq il-file u l-każ deċiż. F’din is-sitwazzjoni ma tistax tagħmel riformi kostituzzjonali bis-serjetà u b’mod kredibbli. Ir-riformi kostituzzjonali m’għandhomx isiru fuq il-ġrieden jew il-wirdien imma fuq il-politiċi prinċipalment, fuq min għandu l-poter, fuq l-imħallfin u fuq il-maġistrati, fuq il-ministri u fuq il-Parlament. Hawn fuq xiex qed nitkellmu? Fuq xi parallel universe ieħor?”
Silta minn diskors iehor dwar l-istess suggett tar-Responsabbilta Politika – Parlament ta’ Malta – 10 ta’ Dicembru 2012 –
”Mr Speaker, ministru għandu jirriżenja jekk jiżbalja, speċjalment jekk b’mod goff u ripetut. Huwa ħażin u żbaljat il-prinċipju li jekk ma titkellimx ma jirrizenjax għax ikun komdu, iżda jekk titkellem, xorta ma jirrżenjax biex ma jpaxxikx! Jew aħjar, jekk ma jirriżenjax ma tistax titkellem għax jekk titkellem ma jirriżenjax! Hobson’s choice akbar minn din m’hemmx u turi kemm hi fonda l-kultura li ma jerfgħux ir-responsabbiltà!”
Dawn huma biss zewg siltiet minn hafna diskorsi li ghamilt dwar l-istess suggett. meta perusna f’kariga tisbalja, r-rizenja hija pass importanti. Importanti daqstant li ssir gustizzja ma min jista’ jkun sofra konsegwenzi negattivi minn dawk l-azzjonijiet.
Censu Vella
Posted at 01:10h, 06 NovemberCarm Mifsud Bonnici (il-gross) fis-sena 2003 tela mit-tieni distrett, fis-sena 2008 tela mit-tielet distrett u mit-tieni ma telax u fis-sena 2013 tela mir-raba distrett.
L-elezzjoni li gejja minn fejn se jipprova jitla?
David Tonna
Posted at 01:04h, 06 NovemberCarm Mifsud Bonnici meta se johrog minn go qoxortu u jiskuza ruhu mieghek.
Meta kien ministru mhux ahjar ghamel bhal siehbu Joe Cassar u refa r-responsabilita minflok gab xeba inkwiet fil-partit.
Censu Vella
Posted at 01:14h, 06 NovemberMissu kien ilu li dabbar rasu. Ghaffeg wisq fil-gustizzja u l-intern. Tant hu hekk li Simon Busuttil stess lanqas ghamlu shadow minister la tal-gustizzja u lanqas tal-intern.
Joleena
Posted at 13:40h, 05 NovemberGhaziz Franco, ma kellu jkun qatt li tittiehed decizzjoni ta dixxiplina fil- konfront tieghek.
Id-dixxiplina messa saret mal-ministru jew ministri li kienu qed jaffgu mela mieghek li tant hdimt u pjuttost gejt imfixkel!
Ghaziz Franco, kun af li hawn hafna li jifmu li dak li ghamilt int huwa gust ghax illum Malta kollha qed titlob ghal-responsabilta politika. Issa jew min partit jew min l- iehor, dejjem qed jigi rikonoxxut li rresponsabilta politika hija l ghazla l-gusta.