23 Oct Salesman
Imma possibbli f’dan il-pajjiz jirnexxielna noholqu kontroversja minn kull tentufa?
Kontroversja fuq l-infurzar ta’ Ligi diga’tezisti minn zmien zemzem. L-art 338(n) tal-Kodici Kriminali jghid car daqs l-kristall : Huwa hati ta’kontravenzjoni kontra l-ordni pubbliku kull min f’lok pubbliku, jilbes maskra jew ibiddel s-sura tieghu, barra minn fiz-zmien u l-mod li tippermetti l-Ligi. Malti car jinftiehem minn kulhadd.
U b’liema mod l-Ligi ta’dan l-Pajjiz hija dak li jghid l-Avukat Generali permezz ta’cirkulari u mhux dak li hemm stipulat fil-Kodici Kriminali. Din l-Ligi ghandha tkun infurzata minnufih. Tista’ forsi tkun iccarata, aggornat, mtejba, pero sadanittant ghandha tkun infurzata minghajr hafna dibattimenti, diskussjonijiet u pontifikazzjonijiet.
Dan kollu fil-kuntest ta’tahwid u griefex immensi dwar visas u residence permits u passaporti, u qisu kull fejn hemm agenziji relatati ma dawn l-oqsma, kollha oqsma li jimpingu b’mod dirett fuq s-sigurta’nazzjonali, specjalment fil-kuntest internazzjonali prezenti. Dawn l-affarijiet m’ghadnhom qatt ikunu ‘for sale’.
Dan il-pajjiz sentejn u nofs ilu ivvota ghal bidla – bi hgaru u bl-aktar mod car, u l-problema ma kenitx l-ekonomija. Bidla fil-mod kif isiru l-affarijiet. Dan il-pajjiz ma vvotax biex ikollu Prim Ministru salesman pero’ biex issir gustizzja u biex ikun hawn rispett lejn d-dinjita’ tal-persuna, biex ikun hawn meritokrazija u biex jitnaddfu u jissahhu l-istituzzjonijiet.
Kambjamenti kbar li qed isiru huma fl-Energija u l-Edukazzjoni, nghidu ahna.
Jien ghandi rispett lejn Joseph Muscat, anke ghax ilni nafu sa minn meta konna tfal (studenti tal-famuza form 2C), u ghalekk kif ghidtlu diga’ se nghidlu hawnekk – writt istituzzjonijiet morda u ghadhom morda sal-llum, sadanittant anke fegg mard gdid fl-ahhar snin li ghandu jigi kkurat mill-aktar fis. Fil-gustizzja u intern ghad hemm il-problemi u feggu ohrajn.
Filwaqt li r-rwol ta’ ”salesman” ghandu jkun l-karigu tal-Ministru tal-Ekonomija u ohrajn u filwaqt li Prim Ministru ma jaghmilx hazin li f’xi zminijiet jassumi wkoll dan r-rwol provisorjament, jekk naf sew l-politika f’dan l-pajjiz, nghid minn issa dak li diga’ghidtlu – jekk se jibqa’ jhares lejh nnifsu bhala salesman se jkollu riskju kbir li jitlef l-elezzjoni li jmiss. Ghax anke fil-politika nfisha l-aspett ekonomiku huwa biss wiehed fost ohrajn. Politiku qatt m’ghandu jkun salesman u wisq anqas ghandu jhares lejh nnifsu b’dan il-mod.
Prim Ministru qed imexxi pajjiz mhux fabbrika f’Buleben. Din tas-salesman mhux kulhadd jehodha tajjeb . Kien hemm wiehed qalli – jekk hu salesman jien minix merca!
L-opinjonijiet tieghi bhala osservatur oggettiv min barra l-politika
John
Posted at 13:36h, 23 OctoberFi zmien Gonzi, l-ekonomija kienet b’sahhita u dik kienet l-inqas problema li kellu l-pajjiz. Il-problema kienet li l-flus ma kienux qed isibu ruhhom f’but in-nies ta klassi medja, ghax tal-klikka kienu qed jistanaw u l-poplu kien bilsienu barra jiprova jlahhaq mal-kontijiet.
Problema sinjifikanti li kellu Gonzi kienet, li dejjem injora l-bzonn li jsiru riformi mportanti hafna ghal-pajjiz modern fl’ unjoni ewropea. Riformi fil-gustizzja u fl’intern.
Jekk naraw is-sitwazzjoni tallum insibu li Joseph Muscat baqa’ miexi fit-triq it-tajba li thejjiet lilu fejn jidhol finanzi tal-pajjiz u fejn jirrigwardja ligijiet, ghamel avvanzi kbar u laqa’ hafna mil-proposti li ghamilt int dott Debono. Tant li llum ghaddew ligi fil-parliament.
Jekk mbaghad nharsu lejn dak li gie mwieghed rigward meritokrazija, a new way of doing politics u li naqalghu il-korruzzjoni mil-gheruq u xniexel, dak, nghidlek il-verita ghadna qed nittewbu.
Dik hi l-analizi sinciera tieghi.
Nsellimlek u nawguralek ghal hidma sfiqa tieghek.