26 Sep 2015 Riforma Debono (3) – L-ewwel tnax-il mizura fir-Rapport Bonello

U jekk nibdew biex nharsu lejn l-ewwel tnax-il mizura fir-Rapport Bonello dwar l-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja wiehed malajr jinduna li sa minn dawn l-ewwel proposti tar-Rapport Bonello jidher car li t-tematika, l-analizi, u l-proposti jsibu l-origini taghhom fir-Riforma li fil-qosor qed nirreferu ghaliha bhala Riforma Debono u kif ghidna qabel sta ghal qarrej li jsejhila kif joghgob lilu, Riforma Debono, Rapport Bonello jew kif tirreferi ghaliha sezzjoni tal-media, Riforma Bonello/ Debono.
Il-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja hija stabbilita bl-art 101A tal-Kostituzzjoni u ghandha l-funzjoni li tissorvelja l-hidma tal-qrati, taghti pariri u rakkomandazzjonijiet lil Ministru tal-Gustizzja kif ukoll tezercita dixxiplina fuq membri tal-professjoni legali inkluz avukati u gudikanti.
Il-mizuri elenkati fir-Rapport Bonello jittrattaw principalment bidliet fil-komposizzjoni, l-mod kif ghandha topera fil-qadi tal-funzjonijiet taghha u l-maggor parti huma ta’ natura procedurali.
Infatti dawn il-mizuri jidwu l-hsieb u jergghu jirriproducu dak li kont ghidt principalment fil-Mozzjoni Privata dwar il-Qasam tal-Gustizzja – Mozzjoni 260 fejn fis-seduta tat-12 ta’ Gunju ta’ 2012 meta kont qed nispjega l-punt 12 tal-istess mozzjoni li huwa:
“eżami bir-reqqa tal-konsegwenzi tal-eżitu tal-aħħar proċedura ta’ impeachment, tal-effikaċja ta’ dan il-mekkaniżmu u l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja kif jeżisti fil-preżent, bħala check and balance kostituzzjonali ta’ importanza, u jekk hemmx bżonn ta’ reviżjoni.”
Fid-diskors kont amplifikajt hekk:
”Xi rrid ngħid b’dan? L-ewwel nett il-proċedura ta’ impeachment hija waħda tajba. Din ma vvintajnihiex aħna imma hija check and balance essenzjali fis-sistema tagħna, fejn inti għandek li dan il-Parlament, biż-żewġ terzi jista’ addirittura jneħħi ġudikant mill-kariga. Dak huwa l-uniku mod kif jitneħħa, jew inkella billi jirtira biż-żmien. Jekk iġib ruħu ħażin u jkun hemm proved misbehaviour, din il-Kamra wkoll tista’ tneħħi mħallef. Riċentement kellna proċedura ta’ impeachment li però ma nixtieqx nidħol fiha għax mhux l-iskop tiegħi, l-iskop tiegħi huwa li fir-realtajiet li għandna llum nanalizza l-effikaċja tal-mekkaniżmu tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja fejn għandek anke dixxiplina minuri ta’ ġudikanti u naraw l-effikaċja li għandu jkollha l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.
L-ewwel domanda li nistaqsi hi jekk din għandhiex tibqa’ tkun ippreseduta mill-President tar-Repubblika. Jiena naħseb li m’għandhiex tibqa’ ippreseduta mill-President tar-Repubblika, yet again dan huwa qasam li norbtu wkoll anke mal-11-il punt li kont qed nagħmel dwar il-ġudikanti, dwar il-ħatra, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-età tal-irtirar tal-ġudikanti.
Rigward il-mekkaniżmu tad-dixxiplina, filwaqt li għandek l-indipendenza tal-ġudikatura, nemmen li l-punt kruċjali hawnhekk huwa l-kompożizzjoni. L-Italja għandhom il-Consiglio Superiore della Magistratura, u jkun tajjeb jekk wieħed iħares ftit anke lejn dak il-mudell u jara kif jaġixxu short of impeachment.
L-ewwel nett jiena nemmen li l-mument kruċjali huwa meta taħtar ġudikant. Jekk l-għażla tkun tajba, il-ġudikant mhux talli ma jagħtikx problemi fil-kors tal-karriera tiegħu u fil-qadi tad-doveri tiegħu, talli jagħtik xogħol, kif fil-fatt jagħmlu ħafna mill-ġudikanti bl-akbar reqqa u bl-akbar serjetà.
Aħna m’għandniex xi korp ta’ ġudikanti running into hundreds jew thousands u għalhekk m’għandux ikun diffiċli li nagħmlu l-għażliet tajbin u lanqas għandu jkollna għalfejn nirrikorru għall-proċeduri ta’ dixxiplina u impeachments. Fil-korp tal-ġudikanti tagħna għandna 40 ġudikant u rrid ngħid li nemmen li wasal iż-żmien li nżidu dan in-numru.
. . . . Imma, kif kont qed ngħid, il-mument kruċjali huwa meta taħtar lill-ġudikant. Jekk inti tagħmel għażla tajba ma jkollokx bżonn la mekkaniżmi ta’ impeachment, u lanqas mekkaniżmi ta’ dixxiplina permezz tal-kummissjoni. Però in ogni modo jidhirli li l-kompożizzjoni u l-poteri tal-kummissjoni, issa wara xi snin li ilha mwaqqfa, għandhom ikunu wkoll riveduti.
Sur President, ikollok każijiet ta’ dixxiplina forsi minuri. Aħna lkoll umani, kulħadd jiżbalja u ovvjament ikollok issues fejn il-ġudikanti jkollhom element ta’ kontabilità. Naħseb li lkoll naqblu li wasal iż-żmien li nirrivedu l-mekkaniżmu tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja speċjalment il-kompożizzjoni. Nemmen li huwa kruċjali li fost il-bidliet, għandu jkun hemm dik li l-President tar-Repubblika ma jibqax il-Kap tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, il-kompożizzjoni tinbidel u l-poteri jkunu jirriflettu r-realtajiet tal-lum.
. . . Jiena ħarist lejn il-Consiglio Superiore della Magistratura u l-kompożizzjoni tiegħu. Ovvjament fih għandek element ta’ politiċi, element mill-avukat ġenerali, mill-ġudikanti nfushom u mill-kamra tal-avukati.”
L-istess tema tal-Kumissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja giet diskussa fil-il-Laqgha 22 tas-sebgha 7 ta’ Frar tal-2012 u fil-Laqgha 23 tat-13 ta’ Frar 2012 fil-Kumitat Maghzul tal-Kamra dwar Rikodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Ligijiet presjedut minni nfejn kont ergajt issuggerejt li kellha ssir analizi b’mod holistika tal-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja u
Inoltre, fil-Laqgha 25 tal-istess Kumitat tas-27 ta’ Frar 2012, kien sar ezami komparattiv tal-pozizzjonijiet u tal-format tal-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja
Fil-granet li gejjin se nkomplu b’din l-analizi tal-partijiet saljenti ta’ Riforma li bhalissa pajjizna qieghed jimplimenta u allura hija ta’ attwalita u rilevanza.
Mercedes
Posted at 23:34h, 03 OctoberJohn Bundy jintervista lil Franco Debono.
embeds.audioboom.com/boos/3648430-ma-bundy-02oct2015-mp3/embed/v3?eid=AQAAAOq3D1auqzcA
It stands to reason
Posted at 10:50h, 28 SeptemberIt stands to reason allura li jekk ir rapport Bonello hu bbazat fuq riforma Debono, u l Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi lil Giovanni Bonello, allura awtomatikament ifisser li jirrikonoxxi lil Franco Debono.
Riforma Debono
Posted at 22:29h, 26 September“Però in ogni modo jidhirli li l-kompożizzjoni u l-poteri tal-kummissjoni, issa wara xi snin li ilha mwaqqfa, għandhom ikunu wkoll riveduti.”
Interessanti. Nixtieq inkun naf iktar.
Grazzi
Posted at 21:39h, 26 SeptemberIl-hatra tal-ġudikanti min dejjem kienet diskussa, imma milli jidher hadd ma jrid jirfes kallijiet u l- ministri tal-gustizzja dejjem hassewhom komdi li d-decizzjoni finali tkun taghhom.
Franco, min dejjem nafek thambaq u tiproponi, nahseb mil-ewwel speech tieghek. Ghal-grazzja t’Alla fl-ahhar il- proposti tieghek qed jghaddu ligijiet, imma fadal hafna xi jsir ukoll. J’Alla din tal- hatra tal- gudikanti tkun wahda minnhom.
Patricia Galea
Posted at 20:04h, 26 SeptemberFranco kien ilu hafna jitkellem u jaghmel proposti dwar il-qasam tal-gustizzja u jidher li Vanni Bonello ha l-proposti tieghu on board u dahhalhom fir-rapport. Prosit Franco.
Terence Camilleri
Posted at 19:58h, 26 SeptemberJidher car li l-mohh wara r-riforma fil-qasam tal-gustizzja kien Franco Debono.