11 Sep Riforma Debono – Twelid tar-Riforma tal-Gustizzja (1)
Issa saret moda li nitkellmu dwar ir-Riforma tal-Gustizzja u hekk ghandu jkun, pero’ mhux minn dejjem kien hekk. Meta jien kelli vizjoni u bdejt nqajjem dawn l-punti ftit snin ilu mhux talli kont qisni vuci fid-desert, talli sibt rezistenza enormi. Illum hawn kunsens u j’Alla jizdied. L-bqija kullhadd jaf x’gara u ma xiex kelli nhabbat wicci biex nimbotta dak li illum kulhadd jiehdu bhala ovvju. Minkejja l-assedju li kelli nghaddi minnu, fl-immedjat kont ksibt il-qasma bejn il-minsiteri tal-gustizzja u l-intern li hija l-gherq li minnha jitnisslu r-riformi l-ohra kollha.
L-proposti tieghi m’ghamiltomx mill-kumdita’ tal-iskrivanija izda fil-kuntest turbolenti ta’ rezistenza li kelli nhabbat wicci maghha li tifforma parti mill-istorja ta’ Malta u ghalekk ghandom rilevanza partikolari.
Illum sodisfatt li qed nahdem fuq ir-Riforma kemm bhala President tal-Law Commission kif ukoll bhala konsulent tal-Prim Ministru dwar r-riforma tal-gustizzja u niehu gost li r-Riforma tal-Gustizzja li wellidt jien fil-legislatura l-ohra hija fuq fomm kulhadd u qed tigi implimentata.
Fil-bidu ta’ din l-legislatura nhatar bord indipendenti kompost minn persuni distinti, kompetenti, uhud mill-ahjar mhuh legali, persuni jhobbu l-qasam legali u l-pajjiz, sabiex jaghmlu proposti dwar r-riforma.
Issa setghu jigru zewg affarijiet. Jew li dan l-kumitat jasal ghal konkluzjonijiet kompletament differenti minn dawk li kont wasalt ghalihom jien f’ammont kbir ta diskorsi Parlamentari, mozzjonijiet u interventi fil-media fuq medda ta’ hames snin ibbazati fuq l-esperjenza tieghi ta’ xoghol fil-qrati, jew inkella, kif fil-fatt gara, jaslu ghal konkluzjonijiet kwazi identici jew simili hafna.
F’din is-sensiela ta blogs fuq medda ta’ gimghat se nkun qed naqsam maghkom ricerka teknika li saret minn zewg avukati li analizzaw fid-dettal r-Rapport Bonello u sabu li aktar minn tliet kwarti tal-Proposti fir-Rapport (u allura l-qalba u l-sipirtu tar-Riforma) b’xi mod joriginaw jew huma relatati mal-proposti tieghi (Riforma Debono, fil-qosor). Dan ghalija huwa ta’ sodisfazzjon ghax jikkonferma u jsahhah l-proposti li kont ghamilt. Fl-ahhar jiddeciedi l-qarrej u jsejhilha li jrid – Rapport Bonello, Riforma Debono jew kif sejhilha xi gurnal Riforma Bonello/Debono.
Preliminarjament r-ricerkaturi sabu illi r-Rapport kompost nofsu minn proposti filwaqt li n-nofs l-iehor minn appendicijiet li huma rapporti ta’ terzi, u filwaqt li jindika l-ammont ta’ 449 mizura fil-verita fih 439 mizuri peress illi r-Rapport jaqbez minn 325 ghal 334 u ghaldaqstant ghaxra huma nieqsa u inezistenti.
Apparti mir-rilevanza akkademika ta’ dan l-ezecizzju li huwa ta’ interess ghal persuni legali, hemm zewg punti ohra ta’ importanza. L-ewwel net ladarba wiehed qed jitkellem dwar gustizzja l-ewwel ma tridd issir hija gustizzja mal-fatti.
T-tieni l-importanza storika. Bonello per ezempju huwa maghruf ghall-kitbiet storici tieghu, persuna kolta immens fil-qasam tal-istorja u oqsma ohra. U jekk huwa importanti nkunu nafu l-verita dwar x’gara erba’ hames mitt sena ilu, fi zmien l-Kavallieri u l-Francizi, kemm huwa importanti wkoll li nifhmu ezattament, x’gara hamsa, ghaxar snin ilu u x’qed jigri illum. Jekk huwa importanti nghidu l-verita’ lilna nfusna dwar il-passat mhux daqstant importnati ma nidhqux bina nfusna dwar l-present?
Rodger
Posted at 06:42h, 24 SeptemberNistaqsi meta ha tasal it-tieni kontribut mis-sensiela ta blogs li wehedna?
G. Dimech
Posted at 23:04h, 18 SeptemberI’m regularly checking here for updates.
When next?
Mary
Posted at 08:46h, 15 SeptemberTiftakru dal kas?
http://www.timesofmalta.com/articles/view/20120511/local/judge-bonello-stands-his-ground.419345
Osservatur
Posted at 10:06h, 12 SeptemberCerti sezzjonijiet tal-media komdi zammew l-ahbar li int konsulent tal-Priministru fuq riformi fil-gustizzja, mistura ghal xhur shah.
Donald Cassar
Posted at 10:05h, 12 SeptemberMeta kont ilek tisugerixxi, tfehmhom u dejjem warrbulek xoghlok ma nafx ghala!!! U meta fuq l programm Tvmpm ippruvajt tfijhem ukoll lis sur norman u ta bir ruhu mhux jifhem u minghalih jinjorak u ipprova jirredikolak.Pero hu waqa fil vojt..GHAX KIEN HEMM MIN SEMEK U EMMEN FIK. PROSIT DR.DEBONO..U PROSIT DR.JOSEPH MUSCAT.
J.Schembri
Posted at 10:02h, 12 SeptemberJekk il PN jaqbel mal-proposti ta Bonello, awtomatikament jaqbel mal-proposti ta Franco Debono.
Mary
Posted at 09:52h, 12 SeptemberMhux ovvja li int wellidtha ir-riforma, dr Debono!
Min beda’ billi ressaq il-proposti u mozzjoni fil-parlament?
Mhux int bdejt dan kollu. Ma kienx Vanni Bonello li ilu nieqes ghoxrin sena mil-qrati Maltin.
Vincent
Posted at 09:50h, 12 SeptemberSinjuri gurnalisti x qed tipruvaw tbellawlna?
Tafu li Franco Debono huwa l mohh u ruh ta din ir-riforma.
Nistaqsi.. Il-gurnalisti qrawh ir-rapport?
Jafu fuq xix ikunu qed jitkellmu meta jirappurtaw jew joqghodu fuq li jghidilhom haddiehor?
T Meli
Posted at 09:47h, 12 SeptemberGhalfejn jismu Bonello report? Mhux int Franco Debono hrigt bihom il-proposti ghar-Riforma?
G.Portelli
Posted at 09:01h, 12 SeptemberCorrect me if I’m wrong imma Sa fejn naf jien Vanni Bonello kien jahdem fic-civil u qatt ma hadem fil-kriminal.
charlie seracino
Posted at 08:53h, 12 SeptemberNapprezza hafna il-hidma tieghek dwar ir-riformi. Dak li kont ilek tissilet ghalih fl-ahhar qieghed isehh. Kompli bil-hidma tieghek ghal Malta aktar progressiva u demokratika. Zgur li kullhadd japprezza hidmietek.