Ligi storika dwar il-Finanzjament tal-Partiti

Ligi storika dwar il-Finanzjament tal-Partiti

Nhar it-Tnejn 20 ta’ Lulju jum importanti hafna ghar-Riforma Kostituzzjonali f’pajjizna. L-Abbozz ta’ Ligi dwar l-Finanzjament tal-Partiti isir Ligi bi qbil unanimu, bil-Gvern u l-Opposizzjoni jivvutaw favur. Grazzi l-Gvern talli ghogbu juza l-Abbozz li kont prezentajt jien fil-Parlament f’Jannar 2012 u li mbotta ‘l quddiem din l-Ligi. Grazzi lill-Opposizzjoni u lil Alternattiva DEmokratika li ppartecipaw u taw kontribut sabiex tkompli tittejjeb l-Ligi. Grazzi wkoll lis-socjeta civili u l-mezzi tax-xandir u l-istampa talli ppartecipaw fil-konsultazzjoni pubblika mmexxija mill-Ministru Bonnici. B’hekk filwaqt li l-Ligi finali zzomm l-istess struttura u sustanza tal-Abbozz prezentat minni f’Jannar 2012, illum hija aqwa u aktar rfinuta ghax tigbor fiha sforz kollettiv u genwin ta’ diversi ilhna u opinjonijiet fis-socjeta Maltija. Dan huwa pass importanti hafna ghalina bhala poplu, ghad-demokrazija u r-Riforma Kostituzzjonali.

Qabel prezentajt l-Abbozz f’Jannar 2012, pero’, kont ghamilt kampanja shiha dwar dan is-suggett u fil-fatt kont semmejt dan sa mill-ewwel diskors tieghi fil-Parlament, bhala l-izghar deputat tal-Gvern fit-tieni seduta nhar it-12 ta’ Mejju 2008, ‘Indirizz b’risposta għad-Diskors tal-President ta’ Malta’ :

”Is-seklu għoxrin kien is-seklu tad-demokrazija. Twessa’ d-dritt tal-vot u għaldaqstant ħafna aktar nies kellhom aċċess u bdew jipparteċipaw fil-proċess elettorali. Pero` fuq kollox kien is-seklu tad-demokrazija permezz tal-partiti politiċi.  Ix-xettiċi jsostnu li l-partiti aktar iġibu konflitti u kontroversji milli kooperazzjoni. Pero` l-verita` hi li l-partiti politiċi huma essenzjali u indispensabbli għat-tħaddim tad-demokrazija parlamentari kif nafuha.  Huma essenzjali sabiex jordnaw u jorganizzaw l-opinjoni pubblika f’forom ta’ ħsieb  u prinċipji.

Ċertament li wasal iż-żmien sabiex f’pajjiżna, bħal tista’ tgħid fil-bqija tal-pajjiżi kollha fl-Ewropa,  ikollna liġi mhux biss dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi iżda wkoll dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament intern tal-partit politiku bħala assoċjazzjoni ta’ rilevanza kostituzzjonali.

Dak li jiġri internament f’partit politiku ma jinteressax esklussivament lil dak il-partit biss iżda għandu rilevanza għall-istruttura kostituzzjonali kollha li fil-kontest tagħha jopera.  Ir-realta` hi li partit politiku mhux sempliċement entita` politiku soċjali iżda huwa parti integrali mill-istruttura kostituzzjonali.”

F’diversi diskorsi fil-Parlament, fuq medda ta’ hames snin, kostantement qajjimt dan s-sugget biex nohloq kuxjenza u nqajjem dibattitu dwar l-htiega impellenti ta’ din il-legislazzjoni. Fis-seduta 181, tat-18 ta’ Jannar 2010, fid-dibattitu dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar ix-Xandir  –  Abbozz Nru 35  –  Tieni Qari 

”Riċentement jien semmejt il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti li jien informat li qed tiġi diskussa wkoll fis-select committee.  Jekk m’iniex sejjer żball xi snin ilu din il-kwestjoni kienet ġiet diskussa u kien tħejja xi rapport ukoll.  Illum aħna għadna wieħed mill-ftit pajjiżi li m’għandniex liġi dwar il-finanzjament tal-partiti, xi ħaġa li wrejt il-preokkupazzjoni tiegħi dwarha wkoll.

. . . .. . . .

.  Jiddispjaċini ngħid li meta nsemmi l-finanzjament tal-partiti ninduna li ħafna lanqas biss jafu x’jaħbat dan is-suġġett.  Għaldaqstant ix-xandir għandu jkollu dan ir-rwol ta’ informazzjoni.  Qiegħed jaqdih, biex ma ninftiehemx ħażin, però jeħtieġ li jaqdih ferm aktar.”

Imbaghad ghal darb’ ohra fis-Seduta 217   tas- 6 ta’ Mejju 2010  fid-dibattitu dwar Private Member’s Motion tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar l-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara

‘ . ..  Issa tajjeb li nkunu l-arkitetti ta’ dan jew ta’ dak il-partit però llum jixraq, u huwa bżonjuż, li nkunu l-arkitetti ta’ sistema moderna ta’ partiti, sistema li tapplika għal kulħadd mibnija fuq liġi dwar il-finanzjament tal-partiti.  Din semmejtha fl-ewwel diskors tiegħi f’dan il-parlament u se nibqa’ nsemmiha għall-kontabilità u t-trasparenza.’

Fis-Seduta 298  tal-11 ta’ Novembru 2011   fid-dibattitu dwar Abbozz ta’ Liġi li jimplimenta Miżuri tal-Estimi –  Abbozz Nru 61 

”Nerġa’ nisħaq fuq dak li għedt fil-bidu, jiġifieri li ma jistax ikollok demokrazija b’saħħitha jekk ma jkollokx Parlament b’saħħtu, u huwa importanti wkoll li jkollna l-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti.  Fil-fatt fir-rwol tiegħi bħala assistent parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, jien qed naħdem fuq dan.  F’demokrazija fil-ġurnata tal-lum ma jistax ikun li ma jkollokx regolamentazzjoni fuq il-partiti politiċi, min qed jiffinanzja xiex, kemm, kif u x’fatta.”

Fis-Seduta 333  tad-29 ta’ Marzu 2011  fid-dibattitu dwar Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni  –  Abbozz Nru 57 

”Irrid ngħid ukoll li jien f’dan il-Parlament sħaqt kemm flaħt fuq il-bżonn li dan il-pajjiż, bħall-maġġor parti ta’ pajjiżi oħra demokratiċi fid-dinja, ikollna liġi li tirregola l-finanzjament tal-partiti.  Din għedtha kemm-il darba u nerġa’ ngħidha kemm f’dan il-Parlament kif ukoll barra minn dan il-Parlament li demokrazija b’saħħitha llum ma tistax tgħix mingħajr liġi dwar il-finanzjament tal-partiti.  Fil-pajjiż ġar tagħna l-Italja għaddew minn din il-fażi 20 sena ilu u għaddew minn terremot sħiħ.  Kellek partiti li saħansitra għalqu l-bibien u kellek tista’ tgħid a political landscape totalment ġdid.  Jien nemmen li kull pajjiż ikollu l-istorja tiegħu.  L-Ingilterra, per eżempju, kellek anke riċentement issues li jikkonċernaw deputati, però nemmen b’mod ġenerali li mhux biss l-abbozz ta’ liġi li għandna quddiemna llum jgħodd imma rridu li l-affarijiet jaħdmu fil-prattika, kif semmew kelliema ta’ qabli, inkluż l-Onor. George Vella li għadu kif spiċċa d-diskors tiegħu li huwa rilevanti immens.

Il-liġi tal-finanzjament tal-partiti mhux qiegħda hemm biex toħnoq lil dawn id-donaturi bonafidi li hemm lista kbira tagħhom.  Il-maġġoranza huma donaturi bonafidi.  Fl-aħħar mill-aħħar il-partit politiku hu organizzazzjoni li tinbet fis-soċjetà għax ikollha ideal, twemmin u prinċipji, nies li jissieħbu flimkien f’partit politiku sabiex imexxu ‘l quddiem l-ideal tagħhom u sabiex eventwalment jeleġġu rappreżentanti ta’ dak il-partit fl-organu leġislattiv, fil-Parlament.  Partit politiku jkollu bżonn il-finanzi biex imexxi l-ideal u l-prinċipji tiegħu ’l quddiem u fil-fatt imbagħad eventwalment jattwahom permezz ta’ politika konkreta meta jkollu l-membri tiegħu eletti fil-Parlament.  Illum il-kampanji elettorali saru jiswew il-flus għax ix-xogħol tal-partiti politiċi sar aktar speċjalizzat u hemm bżonn aktar nies speċjalizzati sabiex jifformulaw il-policy.  Anke l-Galdes Report kien għamel distinzjoni bejn il-formulazzjoni tal-policy tal-partit u l-aspett tal-media, l-aspett ukoll tal-propaganda. Hemmhekk silet din id-distinzjoni.

Kont qed ngħid li b’din il-liġi m’għandniex nagħtu l-impressjoni li kull min jagħti donazzjoni mhuwiex bonafidi.  Nemmen li l-maġġoranza l-kbira ta’ persuni li jagħtu donazzjonijiet ikunu bonafidi, però l-mekkaniżmi li se tkun qed tpoġġi fis-seħħ il-liġi dwar finanzjament tal-partiti huma intiżi sabiex ma tħallix lil min jabbuża.  Jiġifieri filwaqt li tinkoraġġixxi lil min irid jagħti donazzjonijiet bonafidi – u ovvjament dawn għandhom jiġu inkoraġġiti – jekk ikun hemm min irid jabbuża mis-sistema allura hemmhekk jiskattaw sanzjonijiet u jiskattaw pieni, inkluż pieni ta’ natura kriminali.”

Imbaghad fis-Seduta 435  tal-14 ta’ Dicembru 2011 fid-dibattitu dwar l-Estimi Ġenerali 2012 – Voti tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u Approprjazzjoni

”Bħala Assistent Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jien lestejt abbozz ta’ liġi dwar il-finanzjament tal-partiti li tista’ tkun il-catalyst għal din ir-riforma kostituzzjonali, il-mod kif inħarsu lejn il-partiti politiċi, il-mod kif jiffunzjonaw kif ukoll l-aspett tal-finanzjament li sal-lum għadu mhuwiex regolat. Naħseb li fil-ġranet li ġejjin il-Prim Ministru jkun qed ivara l-proċess dwar din il-liġi li llum jinsab kważi konkluż u naħseb li għandu jkun ukoll catalyst sabiex din id-diskussjoni dwar riformi kostituzzjonali takkwista aktar momentum.”

Ergajt fis-Seduta 444   tat-13 ta’ Frar 2012 fid-dibattitu dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemend l-Att dwar l-Unjoni Ewropea – Abbozz Nru 101

”Għalhekk huwa tajjeb li dan il-poplu tagħna jkun iktar familjari ma’ dawn ir-regoli tal-logħba politika, li jmorru lil hinn u huma iktar ’il fuq mill-partiti, anzi huma r-regoli li proprju jirregolaw it-tħaddim ta’ dawn il-partiti, il-mod kif jaħdmu u joħolqu l-istruttura kostituzzjonali li mbagħad il-partiti joperaw fi ħdanhom.  Għalhekk fost liġijiet oħra, il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi hija importanti wkoll għax għandha rilevanza kostituzzjonali.  Ta’ min iżid jgħid li sal-lum il-partiti politiċi għadhom l-aktar organi unregulated taħt il-liġi Maltija.

Daqstant ieħor huwa importanti li nagħmlu dan il-proċess ta’ riforma kostituzzjonali, u dan mhux jien biss qed ngħidu.  Fil-bidu ta’ din il-leġiżlatura kien hemm saħansitra kumitat magħżul għat-tisħiħ tad-demokrazija, imma għal xi raġuni jew oħra dan il-kumitat ma baqax jiffunzjona.  L-abbozz ta’ liġi li għandna quddiemna għandu rilevanza kostituzzjonali, u jien għalhekk qed inqajjem dawn l-argumenti.  Li jkollok kumitat li jiddiskuti r-riformi tal-iktar istituzzjonijiet fundamentali tal-pajjiż behind closed doors u li f’daqqa waħda dan falla, jien ngħid li dan kien doomed from the start.  Jien hekk rajtha din, għax se mai dan kien irid jasal għal rapport, imbagħad dak ir-rapport kien ikun irid jiġi diskuss u l-Bambin jaf meta konna se naslu!  Ara l-liġi tal-finanzjament tal-partiti lesta u qiegħda hawnhek.

Sur President irid ikollok ukoll partiti politiċi regolamentati u mhux free for all mingħajr ħadd ma jaf x’qed jiġri minn wara l-purtiera!  Naħseb li aħna l-uniku pajjiż li fis-sena 2012 m’għandniex liġi dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi.  Huwa biss wara li jkollna dawn l-affarijiet kollha f’posthom, ileqqu u fi stat tajjeb li mbagħad nistgħu nibdew nitkellmu fuq dak li jkun qed jgħid xi backbencher.”

Fis-Seduta 483   tad-29 ta’ Mejju 2012 fid-dibattitu dwar  Private Members’ Motion Nru 280 – Mozzjoni dwar riformi fl-Oqsma tal-Ġustizzja u l-Intern 

”Għaliex ma ġabuhiex? Għax iriduni nibqa’ mdendel biex mingħalihom jimmanipulawni.  Biex nibqa’ mdendel u jibqgħu jgħiduli li se jġibuha u se jġibuli tal-finanzjament tal-partiti. Jien, jekk ma tridux tagħmluhom, tagħmluhomx, imma dawk jirriflettu ħażin fuqkom! Jekk ma tagħmlux il-liġi tal-finanzjament tal-partiti, dik fuqkom tirrifletti ħażin, mhux fuqi, għax jien għamiltha! Ma kellix għalfejn nagħmilha. Stajt nagħmel kif jagħmlu erbgħa hawn ġew, jiġu kultant meta jfettlilhom, imma jien le, jien lill-Parlament inħobb

Kultant bdejt nistaqsi: Meta se tibda d-diskussjoni fuq din il-mozzjoni?  Għax  ħlief vjolenza psikoloġika u affarijiet minn dawn ma smajtx.  Fis-sustanza u fil-mertu ftit li xejn smajt.  Dawn iridu l-ideat u facebook u lanqas naf x’aktar.  Il-mozzjoni tiegħi ma ġabuhiex u l-liġi tal-finanzjament tal-partiti ma ġabuhiex.  Ideat iktar minn hekk xi tridni nagħtihom?  Jien tajthom ideat.  U meta tiġi ħażina jwaħħlu fik u meta tiġi tajba jisirqulek il-mertu, jiġifieri min se jagħti l-ideat jaħsibha sewwa qabel jagħtih

Dwar il-liġi tal-finanzjament tal-partiti x’ġara?  Din ili nħambaq fuqha, liġi li suppost ilha li daħlet lanqas ngħidlek kemm. Aħna u l-Albanija l-uniċi pajjiżi li m’għandniex din il-liġi. Jien bdejt nagħmel draft, għaddejtha lid-Drafting Unit.  Missier l-Onor. Mifsud Bonnici għamilha, għamel id-draft, għedtilhom biex dik nirfinawha għax mhux se tgħaddi imma bi żball bagħtu lilha xorta. Jiena ppreżentajtha l-mozzjoni, u hawnhekk nerġa’ nieħu l-opportunità li nitolbok biex bħala Kamra ta’ Rappreżentanti tibgħatha lil GRECO. Jien bħala deputat ippreżentajtha u din hija mozzjoni li bħalissa tinsab quddiem il-Kamra u allura l-GRECO għandhom ikunu informati biha. Għaliex le?”

U fis-Seduta 486    tal-4 ta’ Gunju 2012 fid-dibattitu dwar   Mozzjoni 309 –  Mozzjoni ta’ Fiduċja fil-Gvern

”Mhux il-politika tal-ebusija tar-ras u lanqas kwestjoni ta’ appeasement. Jekk tagħmel il-liġi tal-finanzjament tal-partiti tkun qed tagħmel appeasement lili jew tkun qiegħed tiffranka li dan il-pajjiż iħammar wiċċu mal-GRECO? Jekk tagħmel dawn ir-riformi lili qed tagħmel appeasement jew lill-poplu kollu?  Il-Gvern irid jaħdem kull ġurnata għal dik il-maġġoranza. Jien se nkun onest anke fil-kontest ta’ rimarki li saru fil-media.  Jien f’dawn l-aħħar xhur ġejt offrut opportunitajiet biex nikkontribwixxi, li m’għandix dubju kienu ġenwini u b’bonafidi però dejjem insistejt għax dejjem kont konsistenti li l-ewwel l-accountability, l-ewwel l-irfigħ ta’ responsabbiltà. Inutli ngħidu li se nagħmlu riformi kostituzzjonali jekk m’għandekx irfigħ ta’ responsabbiltà.  B’xi mod, parzjali jew totali, inħoss li dik ir-responsabbiltà issa ntrefgħet.”

Fis-Seduta 508  tal-15 t’Ottubru tal-2012 fid-dibattitu dwar    Aġġornament tal-Kamra taħt l-Ordni Permanenti Nru 13 – Diskussjoni fuq l-akkwist, permezz ta’ xiri u/jew kiri, tal-Isptar St Philip’s min-naħa tal-Gvern

”Lanqas il-liġi tal-finanzjament tal-partiti tiegħi ma ressqu għad-diskussjoni!  Kulħadd irid iġorr il-konsegwenzi u jien mhux tiegħi qed inġorr. Mela jien għamilt xi ħaġa? Jien ġibtilhom il-proposti li issa qed jippruvaw jużaw biex jifirħu bihom.  Jien m’għamilt xejn!  Jerfa’ l-konsegwenzi l-Onor. Mifsud Bonnici, mela jien!”

Imbaghad fis-Seduta 536   tal-10 ta’ Dicembru 2012   ghamilt ukoll riferenza gahl din il-Ligi u esebejt ukoll ittra li kont bghatt lil GRECO u li maghha kont annettejt ukoll l-Abbozz prezentat f’Jannar tal-istess sena

”Sur President, nitlob permess biex nagħti spjegazzjoni dwar il-mod kif se nivvota.

Kif nista’ nivvota biex dan il-Gvern ikompli jamministra fondi pubbliċi meta minkejja li pajjiżna kompla jiżloq ‘l isfel fil-perception of corruption index, dan il-Gvern naqas milli jimplimenta leġislazzjoni dwar il-whistleblower, dwar il-Kummissjoni Permanenti dwar il-Korruzzjoni u dwar il-finanzjament tal-partiti? Kif nista’ nivvota favur dan il-budget meta rapport reċenti tal-Awditur, qiegħed f’idi, fih madwar 400 faċċata ta’ mismanagement?

 Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:   Kopja ta’ ittra elettronika datata 15 ta’ Settembru 2012 li l-Onor. Franco Debono bagħat liċ-Chairman tal-GRECO fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa, dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi.”

16 Comments
  • carmen
    Posted at 16:17h, 27 July

    Well done franco.

  • Promise
    Posted at 10:21h, 27 July

    Qed jissemma hafna Gaffarena dan l-ahhar.
    Allura Wally Gaffarena li kien qrib hafna ta ex Ministru Nazzjonalista, dak ta gewwa wkoll?

  • Vizzjunarju
    Posted at 08:09h, 27 July

    Grazzi Franco!

    https://m.youtube.com/watch?v=UxGLYvO3akM

    Dan hu l-Kredu tal-Partit Nazzjonalista.

    • Vizzjunarju
      Posted at 08:20h, 27 July

      Ix-Xemx min filghodu turik.

  • G.Farrugia
    Posted at 17:33h, 26 July

    So Gasol had financial problems and left the Electrogas consortium. How did this happen? Who was responsible to see to the due diligence tests before being awarded the responsibility to see to the nations’ power supply?
    Here we have a €400 million contract and the government is acting like nothing is happening.
    Is this the way the government treats it’s people? Is this the Malta Taghna Lkoll that we have been promised?
    Just two years have passed and the government has become the most arrogant, self serving government in Maltese history.

  • Joseph borg
    Posted at 17:25h, 25 July

    Il-Bajja fil-Qajjenza mill-ġdid tinfetaħ għall-għawm.

    Nahseb din ir raba darba li hareg ammont ta zejt f din il- bajja u holoq inkonvenjent. Min hu responsabbli ghandu jara kif jevita biex dan ma jsirx ghax barra li qed nigu mcahhda milli nghamlu uzu mil bajja, qed jiswa l flus mit taxxa Tal poplu biex isir it tindif.

  • Tania
    Posted at 17:13h, 25 July

    Ipermetili nftah qalbi awn ghax vera nhosni traduta.l ewel pataflun skandli min nazjonalisti u isa mil labour. Jien vutajt labour ax kont xbajt bli amlu nazz imma labour qed jamlu ar ta
    Mwegga u dispjacuta ax lil tahhom imswom. Nisma hafna jgorru bhal i

  • Some animals are more equal then others
    Posted at 15:17h, 25 July

    From animal farm:

    We pigs are brainworkers. The whole management and organisation of this farm depend on us. Day and night we are watching over your welfare. It is for YOUR sake that we drink that milk and eat those apples.

  • Saviour
    Posted at 12:21h, 25 July

    Min dejem amirajtek Franco prosit hafna

  • L $& IN
    Posted at 10:36h, 25 July

    Scandals are too close to the election – which will probably be October/November 2017
    Since 2018 malta will have EU presidency and VLT18 no one would want them to be in the mid election campaign and with Juncker friend to PN and Conservative EU parliament majority, most probably MLP wouldn’t want to risk an election campaign to coincide with the EU things where it clearly is at a disadvantage.

    Election round the corner!

    We’re past mid-term if election is in Oct 2017.

  • Glass Ball
    Posted at 08:53h, 25 July

    Subtle signs are indicating that MLP might lose the next general election – In the local councils election PN had more candidates.
    Goes to show the fast speed PN is rebuilding.
    The majority of local councils in this round were Labour leaning, yet PN had more candidates and made concrete inroads with voters.
    The next election MLP will be facing, ironically, the same problems the PN faced in 2013.
    Too many scandals!

  • R Borg
    Posted at 07:44h, 25 July

    Quote: ” Ta’ min iżid jgħid li sal-lum il-partiti politiċi għadhom l-aktar organi unregulated taħt il-liġi Maltija.”

    X konna qed nistennew! Hawn Malta l’affarijiet jaslu xi ghoxrin sena tard. Imma l-aqwa li issa ghandna l-ligi tal-finanzjament tal-partiti fl-ahhar u forsi il-partiti ma jibqax ikollhom min jiffinanzjhom u jipretendi li kull progett u pjacir jinghata lilhom.
    Ammonti essagerati ta flus mhux ha jkunu jistghu jigu moghotijja min individwu wiehed.
    Fl-ahhar qed isir xi haga biex inrazznu il-korruzzjoni.
    U sa dan ittant, ikomplu johorgu iktar skandli ta korruzzjoni li graw qabel ma kien hawn il ligi tal finanzjzment tal-partiti .

  • Promise
    Posted at 23:27h, 24 July

    Il-gvern qed jaghati garanzija bi flus il-poplu biex izomm kelmtu u jibni il-power station.
    Issa,
    Il-bicca hi li s sentejn ghaddew u allura kellmtu diga ma zammiex,
    Imma!!!
    Il garanzijja ta 88 miljun fuq is-self tah bi flusna stess.
    Kemm tinstema redikola, imma vera.

  • Mark
    Posted at 23:02h, 24 July

    The documents tabled in parliament by Parliamentary Secretary for Planning Michael Falzon were taken from the bank’s private internal network, as can be clearly seen from the document URL. Dr Falzon told parliament that the documents in question were public domain.

    Jahasra l-anqas jigdeb ma jaf! Inkompetenza left right and centre.

  • H. Theuma
    Posted at 22:28h, 24 July

    Qrajt li Gasol gie delisted mil is Stock Exchange ta Londra.
    Gasol issa irtira mil-konsortzjum ghal bini tal-power station.
    Ix-xahar li ghadda l-gvern awtorizza 88 Miljun Euro garanzija mil Bank Of Valletta.
    Min bank taghna, bank Malti.
    Hawn wisq tahwid u hawn hafna tgergir ghal MLP.
    Ha naraw x hinu gej!

  • Sharon
    Posted at 20:44h, 23 July

    Prosit dr Debono! Tibqa msemmi fl’istorja ta’ Malta ghal perseveranza tieghek fejn wara li semmajt lehnek fil-Parlament bhala membru parlamentari nazzjonslista, sa fl-ahhar il-ligi tal-finanzjament tal-partiti ghaddiet mil-parlament taht gvern laburista.
    Wrejt konsistenza ghax bqajt issostni dak li temmen fih akkost tal- kurrenti li gieli kellek thabbat wiccek maghhom.
    Nghidlek il-verita, gieli gieni dubju minnek, ghax il-midja mhux dejjem hanina u kienu jghidu hafna affarijiet biex ihammguk, imma llum il-gurnata, int irnexxielek taghti rosposta lil dawn u bis-sahha t’hekk tgawdi Malta kollha.
    Bil-ligi tal-finanzjament tal-partiti ingawdu trasparenza u kontabilita.
    Mil-gdid, Grazzi Franco Debono!
    🙂