06 Jul 2013 Riformi Kostituzzjonali (14) – Diskors Divorzju – Parlament 13 ta’ Lulju 2011
”Wasal iż-żmien għal riformi politiċi ta’ ċerta entità f’din is-soċjetà li qed tinbidel. Wasal iż-żmien li titwieled il-Kostituzzjoni ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, ta’ Malta Ewropea, li tirrifletti l-istadju tal-iżvilupp demokratiku f’pajjiżna. Wasal iż-żmien li nidfnu għal kollox il-mudell taż-żewġ tribuijiet li jokkupaw territorju wieħed u nsaħħu l-identità ta’ poplu wieħed b’fehmiet differenti. Wasal iż-żmien li titwieled il-Kostituzzjoni ta’ Malta Ewropea b’istituzzjonjiet iktar b’saħħithom u iktar sodi li jissombilizzaw lil dan l-Istat. Is-sistema tagħna hija sistema parlamentari, u ma nistgħux inħaddmu mudell presidenzjali mingħajr is-salvagwardji ta’ dik is-sistema presidenzjali. Fis-sistema presidenzjali għandek elezzjoni separata għal-leġislatura. Fl-Amerka għandek elezzjoni separata għall-kungress, li mbagħad jaġixxi ta’ check and balance fuq l-eżekuttiv, u allura fuq il-karta nistgħu ngħidu li s-sistema tagħna hija sistema parlamentari. Hemm bżonn li nkomplu nsaħħu ċ-checks and balances fis-sistema tagħna ħalli din tibqa’ b’saħħitha.
Sur President, fis-sistema tagħna l-indipendenza tal-ġudikatura tagħna hija soġġetta wkoll għal checks and balances mil-leġislattiv, u allura jien nemmen li jekk inħallu dawn iċ-checks and balances jitmermru bejn it-tliet organi tal-Istat, ikollna biss demokrazija fuq il-karta. Bla dubju ta’ xejn għandna bżonn parlament iktar b’saħħtu u awtonomu. Hemm bżonn li l-iStanding Orders ta’ dan il-Parlament jinbidlu biex jiġu jirriflettu r-realtajiet tal-lum, u li l-Parlament ikollu mezzi ta’ komunikazzjoni aħjar. Nemmen li d-demokrazija hija bbażata wkoll fuq konċett li ħafna drabi neħduh for granted; elettorat informat u edukat. L-issues politiċi tal-lum huma komplessi u speċjalizzati, u r-rwol tal-media li tinforma lill-pubbliku u żżomm lill-elettorat informat huwa fundamentali u jifforma parti integrali intrinsika mill-proċess demokratiku.
Sur President, qed nagħmel dawn il-konsiderazzjonijiet fil-konklużjoni tad-diskors tiegħi minħabba li matul dan id-dibattitu dwar id-divorzju kien hemm waqtiet fejn ġew trattati bl-iktar mod dirett temi dwar id-demokrazija u t-tħaddim tagħha f’pajjiżna. L-iskop tad-demokrazija, dejjem fl-aqwa spirtu tal-verità, huwa li ssaltan ir-rieda tal-maġġoranza. Id-demokrazija m’hijiex ir-riċerka xjentifika jew il-proċess ġudizzjarju fejn l-iskop aħħari hu li wieħed jasal għall-verità u mbagħad tiġġudika l-istorja. Il-verità fid-demokrazija hija importanti u hija kruċjali, però l-iktar ħaġa importanti hija li tirrenja r-rieda tal-maġġoranza skont regoli stabbiliti, u mbagħad ikun hemm il-ġudizzju tal-istorja. ”
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Kodiċi Ċivili (Emenda Nru 2) (Abbozz dwar id-divorzju) – Abbozz Nru. 80
Seduta 383 13.7.11
ONOR. FRANCO DEBONO: Sur President, nibda biex ngħid li jien qed nieħu gost li dan l-abbozz ta’ liġi mhux se jkun għalih waħdu ġaladarba jsir liġi imma se jiġi inserit fil-Kodiċi Ċivili. Qed ngħid li ħadt gost b’dan għax jien, proprju bħala chairman tal-Kumitat Magħżul tal-Kamra dwar ir-Rikodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Liġijiet, ħassejt li kienet deċiżjoni tajba li m’għamilniehx, kif ironikament għamilna fl-Att dwar iż-Żwieġ, Kap. 255, liġi ad hoc u minflok daħħalnieh fil-Kodiċi Ċivili. Fil-fatt nista’ ngħid li hemm qbil bejn il-membri ta’ dan il-kumitat li wħud mill-400 liġi li għandna f’pajjiżna jiġu kkonsolidati f’liġijiet oħrajn sabiex b’hekk fil-liġijiet ta’ Malta jkun hemm iktar harmonization u koerenza. Semmejt l-Att dwar iż-Żwieġ għax dan huwa Att rilevanti ħafna għall-abbozz ta’ liġi li għandna quddiemna u għalhekk inħoss li għandu jkun wieħed minn dawk l-Atti li wkoll għandu jiġi inserit fil-Kodiċi Ċivili bla iktar dewmien.
Meta jien, flimkien mal-grupp parlamentari, konna qed naraw l-abbozz ta’ liġi li għandna quddiemna, jien tajt il-kontribut tiegħi wkoll billi semmejt kif dan jista’ jittejjeb, u m’għandix dubju li la niġu fi stadju ta’ Kumitat se jkun hemm proposti miż-żewġ naħat tal-Kamra sabiex dan l-abbozz ta’ liġi jkompli jittejjeb. Jien, kemm bħala avukat kif ukoll bħala membru parlamentari, naf li l-ebda liġi m’hi perfetta u li kieku ngħaddu biss liġijiet perfetti minn dan il-Parlament nispiċċaw biex lanqas biss ngħaddu waħda għax kull liġi jkun fiha x’tista’ ttejjeb, iżżid u tibdel fiha, però żgur li la dan l-abbozz ta’ liġi jasal fi stadju ta’ Kumitat se jkompli jiġi rfinut.
Sur President, meta aħna l-Membri Parlamentari ħadna l-ġurament tal-ħatra, aħna lkoll ħlifna li se nkunu fidili u leali lejn ir-Repubblika ta’ Malta kif ukoll lejn il-Kostituzzjoni tagħha, u tlabna sabiex hekk Alla jgħinna. Fiż-żmien li kont student fil-Kulleġġ San Alwiġi kellna l-użanza li qabel ma nibdew il-homework jew xi biċċa xogħol oħra niktbu l-ittri “AMDG”, Ad Majorem Dei Gloriam, li jfisser “Għall-Ikbar Glorja t’Alla”. Dan il-motto, li huwa ta’ Sant’Injazju ta’ Loyola, ifakkarni fil-ġurament tal-ħatra li semmejt. F’dawk iż-żmenijiet, bħala student fi skola tal-Knisja, jien mhux biss ġejt mgħallem il-valur tad-dixxiplina, il-valur tad-dover u l-valur tas-serjetà, iżda wkoll li nżomm sod anke meta forsi madwari jkun hemm konfużjoni. Jien ġejt mgħallem ukoll li mhux biżżejjed li nżomm sod għal dak li nemmen fih imma ma nibqax ċass, ma nabdikax, ma nonqosx u ma nfarfarx mir-responsabbiltà imma nsemma’ leħni għal dak li jien nemmen fih. Dak iż-żmien tgħallimt li m’għandix nastjeni milli nwettaq ir-responsabbiltà tiegħi. Is-snin li qattajt fi skola tal-Knisja kienu snin li għaġnu fija l-valur tas-sewwa, u għal dan kollu nirringrazzja lill-Ġiżwiti u b’mod ġenerali lill-Knisja Kattolika li f’pajjiżna tagħmel ġid enormi. Fil-fatt hija rnexxielha tagħmel ġid kbir u għamlet is-soċjetà tagħna dik li hi llum. Għalhekk mhux biss bħala Kattoliku Nisrani imma wkoll bħala ċittadin ta’ dan il-pajjiż, jien inħeġġeġ lill-Knisja sabiex tkompli tagħti sehemha fil-qasam tal-edukazzjoni, fil-qasam tal-benefiċjenza u f’ħafna oqsma soċjali oħrajn. Nemmen ukoll li flimkien mal-Istat għandha tibqa’ tagħti s-sehem tagħha f’dik li hi tħejjija għaż-żwieġ.
Issa ħalli niġi biex ngħid xi ħaġa dwar il-Qorti tal-Familja. Jien nemmen li l-Qorti tal-Familja mxiet ’il quddiem, però dejjem ikun tajjeb li nerġgħu neżaminaw fiex wasalna llum għax fl-opinjoni tiegħi hemm bżonn isiru xi riformi f’din il-qorti. Anke fir-rigward tal-proċess ta’ medjazzjoni, għalkemm naħseb li dan kien eżerċizzju tajjeb, wasal iż-żmien li nirfinaw dan il-proċess. Irrid nirrimarka wkoll li jien naqbel mat-twaqqif tal-kumitat dwar il-familja fi ħdan il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali għax naħseb li huwa pass fid-direzzjoni t-tajba. Ara ma jkunx hawn min jagħti l-impressjoni li l-avukati ma jagħmlux ħilithom sabiex huma wkoll ikunu jifformaw parti minn dan il-mekkaniżmu ta’ medjazzjoni bil-għan li ż-żewġ partijiet miżżewġa jerġgħu jirrikonċiljaw. Fil-fatt ħafna mill-avukati li naf jien jagħmlu ħilithom kollha biex jipprovaw isalvaw iż-żwieġ ta’ individwi li jkunu marru għandhom bil-ħsieb li jisseparaw.
Sur President, ma nistax nagħmel diskors bħal dan mingħajr ma nirringrazzja lill-Prim Ministru li ta free vote ta’ vera lid-Deputati fuq din in-naħa tal-Kamra u, filwaqt li nirrispetta kif se jivvotaw il-Membri Parlamentari sħabi fuq iż-żewġ naħat tal-Kamra, jien għamilt dawn il-konsiderazzjonijiet li se nsemmi. L-ewwel nett pajjiżna diġà jirrikonoxxi divorzji miksuba f’ġurisdizzjonijiet oħrajn. It-tieni nett id-divorzju huwa dritt li tista’ tgħid huwa mogħti mid-dinja kollha, inkluż minn pajjiżi Kattoliċi bħal tagħna. F’referendum Malta u Għawdex huma distrett wieħed, u għalhekk ir-rieda tal-poplu kif espressa fl-eżitu tar-referendum hija waħda univokali u indiviżibbli. Ir-riżultat ta’ elezzjoni ġenerali jiddetermina l-kompożizzjoni ta’ parlament bil-voti tradotti f’siġġijiet, u jkun il-Kap tal-Istat li mbagħad jagħżel Prim Ministru. Dan hu iktar evidenti f’ħafna parlamenti madwar id-dinja fejn ikollok koalizzjonijiet.
Però, kif għedt diġà, f’referendum ikollok riżultat wieħed. Fir-referendum li għadu kif għadda r-rieda tal-poplu kienet waħda indiviżibbli, “iva” jew “le”, u l-poplu ddeċieda bl-iktar mod ċar li xtaq l-introduzzjoni tad-divorzju f’pajjiżna. F’elezzjoni ġenerali jkollok gvern, ikollok partiti fl-oppożizzjoni u f’dak il-każ il-maġġoranza tiġi riflessa f’dak li jifforma l-gvern filwaqt li ovvjament il-minoranza tiġi riflessa fil-partit tal-oppożizzjoni. Però dan ma japplikax fir-rigward tar-referendum li għadu kemm sar f’pajjiżna għax id-domanda kienet sempliċement “iva” jew “le”, u għalhekk l-eżitu finali hu rilevanti. Il-mezz kif issir il-leġislazzjoni proposta hija permezz tal-vot f’dan il-Parlament, u rrid nagħmilha ċara hawnhekk li f’dan il-każ il-minoranza tista’ tkun rappreżentata biss – u nisħaq fuq il-kelma “biss” – billi tippreżenta l-emendi. Il-poplu ddeċieda li jrid din il-leġislazzjoni, u allura għalkemm il-minoranza tista’ tkun riflessa fil-liġi, ir-riżultat aħħari ta’ dan il-proċess kollu, ibda mir-referendum u spiċċa bil-vot li se jittieħed illum, se tkun il-leġislazzjoni. Eventwalment din il-leġislazzjoni se tkun qed taffettwa l-ħajja ta’ dawk in-nies li jidhrilhom li għandhom jagħmlu użu minnha. Issa min jidhirlu, anke fuq il-kuxjenza tiegħu, li m’għandux jagħmel użu minn din il-leġislazzjoni, ovvjament huwa liberu li ma jagħmilx dan.
Sur President, jien ma naqbilx mad-divorzju u fil-fatt fir-referendum ivvotajt “le”. Anke fil-kumment li tajt lil “The Sunday Times”, iddikjarajt pubblikament li jien ma naqbilx mad-divorzju, imma fl-istess ħin irrimarkajt li kont se nisma’ u nikkonsidra l-messaġġ tal-poplu, kif fil-fatt għamilt u se nkompli nagħmel. Ikkonsidrajt li l-poplu esprima xewqa ċara u univokali anke permezz ta’ voter turnout qawwi f’materja li tista’ tgħid tikkonċerna direttament lill-minoranza tal-poplu Malti. Kif kelli opportunità ngħid diġà, ħadd mhu ikbar mill-partit ħlief il-poplu, u f’dan il-każ il-poplu sovran iddeċieda li ma jikkonfermax il-linja politika tal-Partit Nazzjonalista u li jien kburi li nifforma parti minnu. Dan għandna nifhmuh u demokratikament għandna naċċettawh. Nistqarr li l-astensjoni qatt ma kienet fuq moħħi għax ċirkostanzi bħal dawn jirrikjedu kuraġġ u rġulija, irrispettivament mid-deċiżjoni li tkun ittieħdet. Ma nistax inħalli lil ħaddieħor jiddeċiedi filwaqt li jien infarfar, u għalkemm nirrispetta d-deċiżjoni ta’ ħaddieħor, fl-aħħar mill-aħħar jien hekk nifhimha. Jien inħoss li l-obbligu li għandi li nirrispetta d-deċiżjoni tal-poplu nista’ nwettqu biss permezz tal-vot tiegħi.
Sur President, il-Partit Nazzjonalista għandu s-sinsla fil-fehmiet u fil-prinċipji li jsawruh, u dawn huma dawk li jagħmluna min aħna. Għalhekk nemmen li l-Partit Nazzjonalista għandu jżomm sod ma’ dak li jemmen, però kif qal il-ħabib tiegħi l-Onor. Mario de Marco, ġaladarba dan il-partit iħaddan it-twemmin Kristjan u l-ideal demokratiku f’miżuri ugwali, ma nistgħux ninjoraw id-deċiżjoni tal-elettorat wara li konna aħna stess li kkonsultajnieh u tlabna l-parir tiegħu. Huwa veru li dan ir-referendum kien wieħed konsultattiv, però f’pajjiżna dan il-mekkaniżmu għandna. Ma jfissirx li f’pajjiżi oħra, minbarra r-referendum, m’hemmx ħafna iktar għażliet ta’ demokrazija diretta li jitqiesu li jsaħħu s-sistema, u dan mhuwiex xi tip ta’ dgħufija jew xi ħaġa eċċezzjonali. Fil-fatt jekk m’iniex sejjer żball riċentement fl-Italja saru xi erba’ referendi f’sessjoni waħda.
Sur President, Partit Nazzjonalista modern mibni u mmexxi minn nies bħal Dr Fenech Adami, Dr Louis Galea u l-mibki Dr Guido de Marco – u hawnhekk nixtieq nagħmel parentesi biex nieħu l-opportunità li ningħaqad mal-bqija tal-Kamra u nagħti l-kondoljanzi tiegħi lill-familjari tas-Sinjura Fenech Adami, li l-bieraħ għamel diskors emottiv dwarha l-Onor. Beppe Fenech Adami – dejjem kien partit viżjonarju; partit li jara fil-bogħod dak li ħaddieħor ma jkunx qed jara jew li forsi ħaddieħor jibda jarah biss iktar tard. Dak huwa l-viżjonarju. L-oppost tal-viżjonarju huwa dak li jonqos li jara dak li kulħadd ikun qed jara u li jirrifjuta li jara saħansitra the writing on the wall. Fl-opinjoni tiegħi, lanqas ma nistgħu nużaw il-kuxjenza bħal calculator fejn nara kif se jivvota ħaddieħor biex imbagħad nikkalkola kif nista’ nivvota jien, u jidhirli li dan m’għandux ikun il-mod kif jien nasal għall-konsiderazzjoni tiegħi. Jien kont lest li f’dan il-Parlament, fuq issue ta’ drittijiet fundamentali – u kulħadd jaf għalxiex qed nagħmel riferenza – anke jien waħdi, nibgħat il-messaġġ li pajjiżna kien qiegħed jonqos milli jimplimenta dritt fundamentali kif interpretat mill-Qorti Ewropea; id-dritt t’assistenza legali meta persuna tkun arrestata. Fil-fatt ma ddejjaqt xejn li nkun waħdi biex insemma’ leħni għal dan id-dritt fundamentali tal-bniedem. Irridu nifhmu min aħna, minn fejn ġejna, kif wasalna s’hawn kif ukoll fejn sejrin. Bħalma qal il-kollega ħabib tiegħi, l-Onor. Ċensu Galea – deputat li minkejja li ilu snin twal fil-Parlament għadu żagħżugħ fl-ispirtu parlamentari, u dan huwa żgur għaliex jattendi dejjem u jipparteċipa b’mod qawwi – irridu niffaċċjaw ir-realtà ta’ soċjetà li qed tinbidel u tevolvi f’raħal globalizzat, bħalma wara kollox qed isir f’soċjetajiet oħra, u aħna bħala politiċi u mexxejja ta’ din is-soċjetà rridu nieħdu in konsiderazzjoni dan kollu. Irridu naqdfu għax jekk ma nagħmlux hekk, lanqas biss inkunu nistgħu nibqgħu fejn inkunu għax il-kurrent ikaxkarna lura. Din darba smajtu jgħidha l-Imħallef Meli meta kien għadu maġistrat, u fil-fatt kont ħadt nota tagħha għax kienet xi ħaġa li laqtitni.
Wasal iż-żmien għal riformi politiċi ta’ ċerta entità f’din is-soċjetà li qed tinbidel. Wasal iż-żmien li titwieled il-Kostituzzjoni ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, ta’ Malta Ewropea, li tirrifletti l-istadju tal-iżvilupp demokratiku f’pajjiżna. Wasal iż-żmien li nidfnu għal kollox il-mudell taż-żewġ tribuijiet li jokkupaw territorju wieħed u nsaħħu l-identità ta’ poplu wieħed b’fehmiet differenti. Wasal iż-żmien li titwieled il-Kostituzzjoni ta’ Malta Ewropea b’istituzzjonjiet iktar b’saħħithom u iktar sodi li jissombilizzaw lil dan l-Istat. Is-sistema tagħna hija sistema parlamentari, u ma nistgħux inħaddmu mudell presidenzjali mingħajr is-salvagwardji ta’ dik is-sistema presidenzjali. Fis-sistema presidenzjali għandek elezzjoni separata għal-leġislatura. Fl-Amerka għandek elezzjoni separata għall-kungress, li mbagħad jaġixxi ta’ check and balance fuq l-eżekuttiv, u allura fuq il-karta nistgħu ngħidu li s-sistema tagħna hija sistema parlamentari. Hemm bżonn li nkomplu nsaħħu ċ-checks and balances fis-sistema tagħna ħalli din tibqa’ b’saħħitha.
Sur President, fis-sistema tagħna l-indipendenza tal-ġudikatura tagħna hija soġġetta wkoll għal checks and balances mil-leġislattiv, u allura jien nemmen li jekk inħallu dawn iċ-checks and balances jitmermru bejn it-tliet organi tal-Istat, ikollna biss demokrazija fuq il-karta. Bla dubju ta’ xejn għandna bżonn parlament iktar b’saħħtu u awtonomu. Hemm bżonn li l-iStanding Orders ta’ dan il-Parlament jinbidlu biex jiġu jirriflettu r-realtajiet tal-lum, u li l-Parlament ikollu mezzi ta’ komunikazzjoni aħjar. Nemmen li d-demokrazija hija bbażata wkoll fuq konċett li ħafna drabi neħduh for granted; elettorat informat u edukat. L-issues politiċi tal-lum huma komplessi u speċjalizzati, u r-rwol tal-media li tinforma lill-pubbliku u żżomm lill-elettorat informat huwa fundamentali u jifforma parti integrali intrinsika mill-proċess demokratiku.
Sur President, qed nagħmel dawn il-konsiderazzjonijiet fil-konklużjoni tad-diskors tiegħi minħabba li matul dan id-dibattitu dwar id-divorzju kien hemm waqtiet fejn ġew trattati bl-iktar mod dirett temi dwar id-demokrazija u t-tħaddim tagħha f’pajjiżna. L-iskop tad-demokrazija, dejjem fl-aqwa spirtu tal-verità, huwa li ssaltan ir-rieda tal-maġġoranza. Id-demokrazija m’hijiex ir-riċerka xjentifika jew il-proċess ġudizzjarju fejn l-iskop aħħari hu li wieħed jasal għall-verità u mbagħad tiġġudika l-istorja. Il-verità fid-demokrazija hija importanti u hija kruċjali, però l-iktar ħaġa importanti hija li tirrenja r-rieda tal-maġġoranza skont regoli stabbiliti, u mbagħad ikun hemm il-ġudizzju tal-istorja.
Ħadt gost nisma’ lill-ħabib u kollega tiegħi l-Onor. David Agius itenni dak li kelli l-opportunità ngħid jien ukoll f’dan il-Parlament, ċioè li deputat m’huwiex delegat tal-partit. Jien kburi u leali lejn il-Partit Nazzjonalista, partit viżjonarju li ttrasforma lil dan il-pajjiż, però fl-istess waqt l-ewwel u qabel kollox jien rappreżentant tal-poplu. Din hija s-sistema parlamentari u l-Kostituzzjoni tagħna! Jien rappreżentant tal-poplu elett f’isem partit li ilni snin nimmilita fih sa minn meta kont student l-università fejn dak iż-żmien, minflok ma kont dħalt f’xi waħda mill-għaqdiet tal-istudenti, ikkontestajt fl-elezzjoni ġenerali. Fil-fatt l-ewwel elezzjoni ġenerali li kont ikkontestajt kienet fl-1998, meta dak iż-żmien, nerġa’ ngħid, jien kont għadni student. Il-proċess demokratiku li, kif diġà spjegajt, hemm bżonn inkomplu nsaħħuh, huwa fundamentali sabiex il-poplu jimxi ’l quddiem u jsib il-milja tiegħu. Għaldaqstant ejjew inħaddmu dan il-proċess demokratiku u anke l-attività politika tagħna f’ġieħ is-sewwa, iżda b’rispett suprem lejn il-maġġoranza u, kif tgħallimt mingħand il-Ġiżwiti, dan jien nagħmlu għall-Ikbar Glorja t’Alla. Kull wieħed minna hawn ġew ġie elett fi ħdan il-grupp politiku tiegħu biex jaqdi d-dover tiegħu b’lealtà lejn ir-Repubblika ta’ Malta, u Hekk Alla Jgħinna.
Kif għedt diġà, irridu nabbandunaw kompletament il-mudell ta’ żewġ tribujiet u minflok inħaddnu l-mudell ta’ poplu wieħed. Irridu nifhmu u nsaħħu permezz ta’ riformi l-istituzzjonijiet tal-Istat, li jaqduna u li jirrappreżentaw il-kontinwità tal-istess Stat. Imbagħad f’dan il-kwadru b’saħħtu u usa’ jkollna opinjonijiet varji mmanifestati u mħaddma b’sistema trasparenti ta’ partiti politiċi. Sur President, se nieħu l-opportunità biex f’dan id-dibattitu storiku għal pajjiżna u f’dan il-Parlament li huwa r-ruħ tad-demokrazija, kif iddeskrivieh il-Prof. Jerzy Buzek meta indirizza lill-Parlament Malti, nappella għall-intervent tal-President tar-Repubblika kif ukoll tal-iSpeaker, żewġ figuri li jirrappreżentaw l-għaqda f’pajjiżna, sabiex nibdew – jew inkomplu fejn ħallejna – folja ġdida fid-diskussjonijiet bil-għan li nirriformaw dawk l-istituzzjonijiet li jifformaw is-sinsla tal-Istat Malti. B’hekk aħna, bħala mexxejja ta’ dan il-poplu, ma nibqgħux ċassi quddiem ir-realtajiet ta’ din is-soċjetà li qed tinbidel u jkollna viżjoni għall-futur. Grazzi, Sur President.
Frosta
Posted at 22:07h, 10 JulyBlue Siehbi erga hu nota li jien la naffrekwenta l-istamperijja u l-anqas il-kwartieri tal-Pl,kemm il-darba iddikjarajt hawnekk li-jien floater u ma jiena marbut ma l-ebda karru politiku biss din id darba ivvutajt PL wara li rajt li l-accountability gol pajjiz ma ghada tezizti imkien.ma niddejjaq xejn nghidlek li f-dawn ix-xhur ta gvern gdid ninsab sorpriz ghall l-ahhar bl-ammont ta progetti u inizjattivi li gew jew ser jigu varati u li zgur li meta jimmaturaw ser igawdi kullhadd,ghetlek qabel ukoll id-demokrazijja titlob li nistenna narbel u niddeciedi meta jasal iz-zmien jekk kontx zbaljat fl-ghazla li ghamilt.
Blue korrezzjoni wahda ser naghmillek fuq il ministeru ta Tonio,aqra din il-headlines u mill l-ewwel tinduna kemm dak li ghet int huwa il-boghod hafna mir-rejalta.
National Wednesday 10 July 2013 – 12:08
Finance minister takes cautious stand on fuel smuggling link to tax evasion,
The two directors of the Falzon Group were released on police bail after their vessels were investigated on allegations of fuel smuggling. But unlike the oil and bunkering scandal revealed last January by MaltaToday, there has been no response from the political class on the matter and unusual silence from the media circus.
The Falzon Group, of Birkirkara, are known traditionally to have been very close to former PN finance minister Tonio Fenech.
Blue bhall ma ghetlek l-accountability kienet spiccat kullumkien u f-kull qasam kollox kien miexi fuq is-suspetti u mhux fuq ir-rubini bhall ma kien jghid Gonzi.Impressjonanti ghalijja ukoll kif il-PN flok qieghed jiffoka fuq l-izbalji li ghamel fil-passat u jiggedded minflok imbarka fuq l-istess politika jekk mhux ghar u qieghed jinheba wara il-legalizmi meta dawn l-istess legalizmi huma diffettuzi u jmorru kontra l-interess ta malta u il-poplu ingenerali.
Blue tehodiex li jien xi laburist nghidlek li jien cittadin u tax payer malti.
Pitirross
Posted at 19:24h, 07 JulyBlue…..bil-posts u l-kitbiet tieghek qed turina li n-nazzjonalisti ghadhom mahruqin wahda nobis. Tmaqdar u tgerger u bir-ragun ghax il-pajjiz ilu daqqa ta tmien snin ma jkollu l-istabilita li ghandu llum. Ma tistghux tistejqru mit-tkaxkira li hadtu u l pn ma jistax jiehu ruh. Tibqax tmaqdar. Ibdel id-diska jekk trid li n-nies jemmnukom.
blue titanium soldier
Posted at 18:23h, 08 JulyHabieb tieghi Pitirross
Jien ma nista jnkun mahruq qatt u ir raguni hi ghax jien kburi nghid li ivvutajt P.N. allura il htijja mhiex tieghi habieb imma min demmhu nazzjonalist u ivvuta labour, illum tlett xhur u nofs wara diga qighed jiddispjacih plus hekk forsi sa 25 sena ohra jispiccawli li ghandi taht rasi umbat vera jnkun mahruq imam ghal issa ghadni qighed nixxala .
IN NAZZJONALISTI LI HAZBU LI MALTA HIJA TAGHNA LKOLL KELMUNI ILLUM. HBIEB TIEGHI SERRAHTU LIL DAWK LI KIENU MIFTHEMIN !!!
Johnny Il-Burass Tilef Rasu
Posted at 21:56h, 08 JulyZbaljat my friend,dazgur li Malta taghna ilkoll issa,dahlu kullumkien laburisti u nazzjonalisti genwini qabel nazzjonalisti biss kien hemm mhux hekk.Ghallekk Malta taghna ilkoll issa ghax tnehhew hafna nazzjonalisti tal-klikka li kasbru anke lin-nazzjonalisti genwini.
Tidher li inti rrabjat siehbi ghax Malta giet taghna ilkoll u ser jixxala kull min hu genwin issa,ghedta int stess trid tibqa tixxala int u in-nazzjonalisti li ma lienhux mifthema f-kelma wahda tal-klikka.
Taf tisthi ukoll.
Frosta
Posted at 22:42h, 08 JulyBlue ma intix tghid wahda tajba dazgur li tliet xhur u nofs wara diga hawn min qieghed jiddispjacih u kif ukoll.staqsi naqra lill dawn in – nazzjonalisti genwini ta hawn taht humiex iddispjacuti dawn mhux bhalek tal-klikka ghadek tixxala bhall ma ghed.hergin fil berah l-affarijjiet blue nazzjonalisti komdi u nazzjonalisti inqas komdi.
Monday, July 8, 2013, 14:33 by (TOM)
Nationalist Party’s financial woes persist
More than a month after the new Nationalist Party administration took over, finance remains a problem, with a number of employees yet to receive their May salary.
fejn hu Zaren blue ??
blue titanium soldier
Posted at 21:40h, 09 JulyZaren frosta? u ic caqnu xsar minnu, forsi mumhiex tal gosti tas sur Chetcuti hux? Heq hijja il folja daret issa kollox fidejn tal kasco ,Chetcuti, Mario tal Prado u bella kumpanijja, sa fejn naf jien Zaren qat ma kien segritarju ta xi ministru, kul ma kien habieb tal qalb
Frosta
Posted at 07:23h, 10 JulyDawn x-buzullotti huma blue tighek ?? daqqa tghid li Malta mhux taghna ilkoll issa qieged tghid li kollox tal klikka li semmejt fuq ghax il folja daret li jfisser bil kontra ta li ghid int ghax dahlu nies godda.Ma ghandi l-ebda dubju li Zaren mhux habib tal-qalb siehbi imma ghalekk nistenna li jghamel naqra tajjeb ghall dawk il-povru haddiema bla paga ghax kien stmat mhux hazin dawn l-ahhar 25 sena hux.Kien anke l-aktar kuntrattur popolari fuq il yellow pages.
Pitirross
Posted at 11:57h, 10 JulyĦABIB TAL-QALB……………..LOLLLL!!
blue titanium soldier
Posted at 18:23h, 10 JulyLil Pitirross u lil Frosta it tnejn hbieb tieghi
issa kunu irgiel u ghiduli khemm il barba fil gimha tidhlu listamperijja biex tkunu tghafu li limpjegati bla paga jew khemm mil limpjegati tghafu personali. Jien ta linqas 3 darbiet fil gimha inkun hemm u ma naf lebda wiehed li mhiex jiehu paga.
Rigward austin, r.c.c u daphne ma ghandiex xnammetti ga ghidta u nerga nghida jien ghalijja dawn nies ta’ dizunur kbir ghall partit nazzjonalista u jalla jehlu id dobju ta li haqqhom, imma zomm lil Tonio mhux ha titfawh flistess keffa ta dawn limbaraz li ghadkom kif semmejtu, il kapacita ta Tonio fil minister tieghu ftit hawn tajbin daqsu.
Pitirross
Posted at 12:00h, 10 JulyBLUE…..MALTA ISSA SARET TAGĦNA LKOLL. Qabel kient ta’ Austin Gatt, RCC, Daphne tal-Bidnija, Tonio tal-Arloggi u xi erbgħa oħra tal-qalba. AMMETTI.
Ganni Borg
Posted at 10:50h, 07 JulySmajtuha tfaqqa nies….issa li faqqet f’wicchom l-attakki fuq il-Ministru Mallia. Issa jmiss li jibdew jattakkaw Ministru iehor u issa jmiess lill Evarist Bartolo:
http://www.maltarightnow.com/?module=news&at=Ministru+ie%26%23295%3Bor+b%E2%80%99ind%26%23295%3Bil+f%27intervisti+g%26%23295%3Bal+impjiegi+ma%26%23267%3B-%26%23266%3Bivil&t=a&aid=99848745&cid=19
blue titanium soldier
Posted at 11:55h, 07 Julyghalfejn qighed tohoda daqshek bil kbir, ma tafx li dejjem hekk gara meta kin hemm il labour fil gvern? kin hemm zmien fejn anka fix hin tuza il flushing riet ikun jaf insejt? dawn in nies ibidlu il bnadar u il kuluri imma fil verita listess jiqpaw. darba kelkom wiehed min takom li qalilna li ahna ghandna dna differenti u vera kellu ragun ghax ahna nissejhu nies ta societa moderna u intom qpajtu komunisti li tindahlu fkollox
awguri ghall kumplament li baqa
Conrad Borg Manché
Posted at 15:58h, 07 JulyImma inthom se tibqaw sejrin hekk b’dan il mod tridu il gid lil pajjizna billi tfixklu? Kien ilu 25 sena fil gvern il PN halluhom ha jahdmu. Qisu ghandu xi dritt divin li il PN ikun fil gvern. Ha nghidlek habib minghajr ma nahbi l identita tieghi qed nghidlek jien ma nafx min hu il komunist bhalissa. Ghax mill affarijiet li qed jigru ma nahsibx li nistaw insejhu lil PN bhala nazzjonalisti. Jiddispjacini nghidlek pero il PN tilef l identita tieghu.
Rambo
Posted at 11:26h, 08 JulyTitan serrah rasek issa,il flashing tista tuzah kemm trid bla problemi,nahseb hadd ma qallek xejn hux fit 8 ta marzu kissirtlu il-handle diehel u hiereg ?? Hares fil kass xi hadd qallek xi haga fuq l-uzu tal flashing ikteb il-Prim linja diretta fuq [email protected] u irraporta ghall privatezza halli jghamlulek xi haga bil quddiem u 5 snin ohra tkun tista terga tuzah kemm trid minghajr ma tigi disturbatt.
blue titanium soldier
Posted at 18:12h, 08 Julytajba Rambo, dazgur int nahseb sirt expert fil flushings wara 25 sena imsaren ikolli bzon parir tibzax lilek insaqsi
Rambo
Posted at 21:35h, 08 JulyTitan bil qalb kollha nghinek u intik parir jekk fil kas ma tinqeghdix,imma ninsab cert li mhux ser tigi ghandi issa ghax ghandek fejn tmur u mhux fuq il flashings biss jghinek anke kif tiftah it toqob tad dremag jurik u kollox bla hlas.
blue titanium soldier
Posted at 21:35h, 09 Julydin ohra tajba Rambo ghax fis super one invazati bihom dawk li jifthu it toqob u naf lewwel wiehed tal v18
Pensjonant
Posted at 10:25h, 07 JulyQieghed nosserva din l-istorja bil-kwiet u qed nittama li kollox jisplodi f’wicc is-sahhara u f’wicc min qed iforniha bl-informazzjoni. Nistennew u naraw. J’Alla l-gid
Proset John
Posted at 23:33h, 06 JulyJidher li John dalli wahdu qieghed jaghmel izjed mill L-Ewropa kollha biex forsi titaffa il-problema ta l-emigrazzjoni illegali ,ill pajjizi ta l-afrika,izda jidher ukoll li hemm min hu interressat li johloq id dubji biex ihamgu.
John Dalli’s African venture
When contacted in the UK yesterday, Mr Zuch pointed out that he got involved with the company some months after Mr Dalli made the trip to the Bahamas and, therefore, would not comment on the events prior to that.
He said his charity would benefit from the charitable “initiative” that Mr Dalli spoke about, adding: “Give Hope International has no formal relationship with this initiative but if the private financing is successful GHI may have some of their programmes financed as a consequence.”
He said Tyre Limited had no formal connection with the initiative but also aimed to help poor children and communities in Africa through their trading activities.
Mr Zuch underlined that Mr Dalli’s involvement was exclusively related to the charitable aspect of the initiative, adding that he found working with him on such a noble project to be enlightening and stimulating.
“His experience in financial, political and health has been invaluable and supplied on a voluntary basis,” he said.
The Former Commissioner defended his three trips to the Bahamas in 2012, which he claimed consisted of a brief stopover in July, a five-day stay in August and a three-day stay in September.
He rebutted the claims of the Barry Connor, the Bahamian man making the allegations against him, insisting that he was not there to invest his own money or move his own funds into an account in the Bahamas but to discuss a charitable venture.
He said the venture, which was being discussed with a group of evangelical Christians, would consist of a fund that would invest in African business ventures that would use their profits to help communities in need.
“Perhaps Mr Connor misunderstood this part. This idea would work through commercial projects but they would have a charitable goal,” Mr Dalli said, adding that the whole venture could be worth billions of dollars.
He said in depth studies made on the projects that are under consideration for investment through this fund, could ensure some 28,000 direct jobs and assist as many as 13 million poor people and feed 7 million children in places like Ethiopia, the Niger Delta, Nigeria and Ghana.
When asked why he had not informed the European Commission about his involvement in such a commercial activity, be it of a philanthropic nature, Mr Dalli said he felt he did not need to.
Mr Dalli was partly reacting to the latest set of revelations, which show that the villa in the Bahamas was rented in the name of a Maltese registered gold-trading company of which his daughter Claire Gauci Borda is the secretary.
He said this company was also a hybrid of sorts which acts commercially but has charitable ends in helping source gold from independent miners in Africa to help them avoid the cartels that often deny such small mining interests of their fair share of profits on gold trading.
blue titanium soldier
Posted at 11:58h, 07 Julyissa john dalli sar il messija, xsar minnhom dawk il miljuni li kontu tajruh bijom. saqsu lis sur Gaffarena khemm hu messija john dalli
Proset John
Posted at 11:15h, 08 JulyBlue ikkalma naqra u irrifletti ftit ghax lanqas id-demokrazijja ma ghadek thaddan bhala nazzjonalist bl-gheruq faxxisti.Mhux hekk ghandu jkun fuq Dalli ?? Meta jkun hemm bzonn il-kritika ghax l-affarijjiet ma jkunux cari hekk ghandu jsir izda meta Dalli jkun kapaci bhall ma qieghed jaghmel johrog fil berah l-intricci li jeziztu kontrih min niesu stess ghandna nghidulu proset u mela gej bil-messijja.wara kollox issa bli hiereg kullhadd ghandu jserrah mohhu li ghallmenu dik il klikka li dejjem tktlmet fuq il frame ups kontijja hiereg bid deher li anke kienet lesta li tiffrejmja lill niesa stess ghall gwadan personali taghha.
Naf li difficli ghalik biex tifimha din ghax mohhok blank izda ghalijja personali hierga fil berah l-istorja kollha ta kif dejjem operaw in – nazzjonalisti flimkien mal barranin biex igubu l-affarijjiet favur taghhom.
Jidher li din id darba hemm ghadma iebsa proset John.
blue titanium soldier
Posted at 18:16h, 08 Julyfuq il kapacita ta Dalli zgur mhux se inmerik, malta kollha taf khemm hu kapaci f xogholu u ghanka biex jiskappa. jekk ma johrogx mil bieb johrog mit tieqa, tghid mhux ha naqbduh jien jew int dak gurdien xih, in nazba trid tkun mahduma ghalih.
And please keep in mind that the greatest people make the biggest mistakes
Proset John
Posted at 21:42h, 08 JulyBlue nahseb li qieghed tizbalja,mela issa noqoghdu nissuspettaw fuq kullhadd u ghax bniedem ikun kapaci jipprova li hu innocenti noqoghdu nonzbulu biex naqbduh u lill min ikun xerred l-ahbar falza indoqqulu il-gloria.
Blue mis-sema l-isfel min ma jizbaljax??
blue titanium soldier
Posted at 21:33h, 09 Julynaqbel mighek perfettament imma min jitwieled tond ma jmutx qwadru
Mrs Y
Posted at 16:07h, 06 JulyWhy did you choose the colour violet to highlight?
Is it because you have violet ties?
blue titanium soldier
Posted at 11:46h, 07 Julybecause we that where brought in catholic schools know the colour violet as the colour that represents sacrifice and that’s what all the nation is passing through at the moment. ix xoghol qabel kull elezjoni jikkwieta xi naqra ghax il poplu jkun mohhu fil politika, imma is soltu jerga jigi fpostu sa gimtejn wara ir rizultat. din id darba baqa stagnat, min jaf ghaliex?
Miss Piggy
Posted at 12:34h, 07 JulyI would say that violet is for royalty.
Franco huwa l KING.
Or else its for hope like the colour of the Iris flower.
I hope, i hope, i hope………….
blue titanium soldier
Posted at 13:52h, 07 Julycorrection
Franco has the makings of a king and he would have made a fine one too if he considered participating for the leadership but in my opinion he chose the wrong path. The path where honored police men are turned into waiters, where wise people that have talent are paid to shut up and so on. Franco was a challenge to the party he made part of so you can imagine what a challenge he would have been to the prime minister if he was opposition leader. joseph was wise enough to clear him from his way