Dejjem ikkunsidrajt lil Alfred Sant bhala akkademikament brillanti u politikament integru. Lbierah kiteb fl-Independent dwar l-proposta tal-kwoti tan-nisa fil-Parlament li ghadu kif hareg biha Muscat. Filwaqt li jaghti impressjoni li mhux kontra pero’ mbaghad jaghti daqqa ta’ mazza fuq l-argument tieghu u jkissru kollu. Jikteb hekk – ‘ Its solution has its own demerits though, among which the fact that it will make us one of the countries with the highest number of MPs per square mile.’
Issa ghal bniedem bhala Sant li kien ossessjonat (u kellu ragun) li dan l-pajjiz ghandu marda endemika tal-‘hbieb tal-hbieb’, ghandi nifhem li jifhem kif l-AGHAR haga li jista jigrilu dan l-pajjiz hija li jkollu aktar membri Parlamentari li jkomplu jkabbru l-marda tal-hbieb tal-hbieb! U allura jifhem li anke kieku l-proposta tal-kwoti ma kinetx wahda komika kif fil-fatt hi, xorta tigi newtralizzata b’dan l-aspett li jseddaq klijentelizmu u nepotizmu sfrenat.
Fil-verita’ Sant ma jista QATT ikun favur l-kwoti ta’ Muscat ladarba rrikonoxxa li se jgibuna l-aktar pajjiz b’membri Parlamentari kull mil kwadru u allura aghar milli qatt konna ghal dak li ghandu x’jaqsam mal-‘hbieb tal-hbieb’.
R-ragunament ta’ Sant mhux l-ewwel darba li jkun kontradittorju u din hi wahda minnhom. Fl-ahhar nett wiehed ma jistax ma jinnotax kif anke Sant qed jippartecipa fit-tqanziha kollettiva tal-Muscat biex jipprovaw ibellghuha lin-nies li dawn mhux kwoti . . . .bhal meta qalu li l-partnership rebah . . .u ma belaghha hadd!