Sitwazzjoni P.N. u elezzjoni MEPs

Sitwazzjoni P.N. u elezzjoni MEPs

Hames xhur ohra appuntament elettorali iehor. S-surveys qed jitkellmu car kristall. More of the same. L-kampanja elettorali tibda nhar l-Hadd. Ikunu ghaddew l-festi u tibda tirranka. Jinxteghlu l-magni.

Ghaliex l-P.N. mhux jiehu ruh. Mela nibdew bl-analizi. L-analizi tas-sitwazzjoni fil-P.N. issir minn tliet tipi ta’ nies jew angoli-

1)dawk simpatizzanti mal-Labour, kemm apertament jew mhux daqsekk apert, u dawn ovvjament jaghmlu analizi li tissodisfa l-interessi taghhom. Haga naturali. Din l-analizi l-P.N. ovvjament ghandu jibza’ minnha iktar mil-bard ta’ Jannar;

2)dawk li filwaqt li huma simpatizzanti mal-P.N. ghandom Alla ghalihom u jaraw kollox mil-lenti dejqa tal-interessi personali taghhom u biex jipperpetwaw b’mod jew iehor l-kontroll taghhom fuq l-partit, jew minn gewwa jew minn barra. L-kalkolu ta’ dawn huma li jibqghu jghidu l-istess affarijiet, u meta xi darba, hmistax, ghoxrin, hamsa w ghoxrin sean wara jerga jitla’ l-PN. jghidu qed taraw ki kellna ragun. Kalkolu li aghar minnu ghad Alla jris johloq. L-analizi ta’ dawn hija perikoluza daqs l-ewwel wahda;

3)dawk li genwinament jixtiequ jaraw P.N. ahjar, li mhumiex fis-sakra tan-nostalgija tal-passat u li verament jixtiequ jaraw l-partit jkollu vizjoni alternattiva ghal dik tal-gvern li tista’ twassal lil P.N. biex jirbah elezzjoni u jimplimenta dik l-vizjoni.

Meta tmur ghand tabib qabel jaghtik l-kura l-ewwel jinvistak. Issa l-P.N. jidher li fl-ahhar snin lanqas din d-djanjosi preliminari m’ghamel sew u allura bhat-tabib jekk ma jaghmilx djansjosi sewwa ma jistax jaghtik l-medicina li tfejjqek. Qabel l-medicina tigi d-djanjozi.

Jiena se nkun qed naghmel sensiela ta’ domandi fuq dan s-sit u l-ewwel wahda hija din.

Premessi – L-Partit Laburista illum huwa mmexxi minn bniedem li missieru kien telaq mil-Labour u ghamel ghaxar snin boghod mil-partit – George Abela – li l-ewwel gie katapultat fl-arena istituzzjonali min Gonzi meta hatru President imbaghad gie reintegrat fil-Labour b’ibnu kap. T-tieni ezempju huwa dak ta’ Toni Abela li fis-snin tmenin kien telaq mil-MLP u sahansitra waqqaf partit politiku (Alternattiva Demokratika) u kritika kemm felah lil Labour mfarrak tas-snin tmenin. Toni Abela wara li ien telaq, irritorna fil-partit u ghamel wahda mill-ikbar ghegubijiet fil-politika Maltija – sar Deputy Leader, t-tieni l-oghla kariga fil-Labour u dan wara li kien ghamel xi hmistax-il sena boghod mil-partit. (mhux se nsemmi kif l-Labour irrikoncilja sahansitra anke ma’ Dom Mintoff li kien hadha qatta bla habel mal-partit ftit snin qabel)

L-Labour rxoxta meta mhux biss gab lil dawn n-nies lura u fl-oghla karigi izda eluf ta’ Nazzjonalisti li kienu mxebba bis-sitwazzjoni fil-P.N.

Domanda – D-domanda tieghi hija wahda cara u skjetta – jekk l-P.N. irid jirxoxta kemm il-ekwivalenti ta’ “George Abela” u “Toni Abela” gab lura fil-partit u f’karigi gholjin? Gabhom lura fil-partit b’mod attiv irrid nfisser. Dawn huma nies li kienu ggieldu bil-kbir mal-Labour ghal snin shah u rritornaw lura f’karigi gholjin.

Din hi l-analizi li trid issir. Mhux min jahseb li jista jitfa kollox taht t-tapit u li z-zmien se jsolvi kollox billi kulhadd jibqa’ bili ha. Nsewha li kulhadd se jibqa’ billi ha. L-gustizzja qed ssir u se ssir.
D-djanjozi fil-P.N. trid issir minn tabib tajjeb.

Watch this space se nkun qed nikteb regolari.

3 Comments
  • Gaetano Pace
    Posted at 07:01h, 05 January

    No.2. Id dijanjosi tiegħek dott fil punt numru 2 jew ħallejt jew qabiżlek l attenzjoni.
    Mkien ma għamilt referenza għa dik il klassi ORFNI TAL POLITIKA. Bħali. Ma kien ta’ Ħadd u ta’ kullħadd, ma jien ma ħadd u ma kullħadd. Għax kullħadd marid Bil virus tal-ġustizzja. Bil virus Tal korruzzjoni, Tal Qtil u mitt virus ieħor. Ilni Mill 1960 nibdel it tabib u l professur u ebda kirurgu politiku ma’ ħeliesna minn dan il virus kollha.
    Issa jekk xi ħadd irid il poter, jekk xi ħadd irid jiggverna, wasal iż żmien li nibdew naraw xi jsarraf hu mhux il paroli fieragħ u vojt Tal wegħedi. Dawk ħallihom għal kappillan dott. Urini xi int kapaċi tagħmel u nħallsek.Bil vot tiegħi. Fl aħħar Mill aħħar mhux tort tiegħi. Il politiċi jgħidu li jiġu jaqdu u jservu. Id serv u l qaddej għal knis u x xiri tajjeb u ta tali jitħallas. Il vot tiegħi jixraqlu jmur għand min hu Politiku għal Policues, għas suċċess ftit twettiq Tal POLICIES, IL ĠUSTIZZJA, IL ĦAQQ U GOVERNANZA SERJA U KAPAĊI. IL bqija jista’ jżommha l politiku bħala tipa ta’ xogħol bażwi.

  • lawrence lanzon
    Posted at 18:21h, 04 January

    Taf xma semmejtx li il partit laburista min kif gie Joseph muscat ghadu ma tilifx elezzjoni wahda.