L-inkwirenti u l-vizjoni politika

L-inkwirenti u l-vizjoni politika

Lbierah l-ministru tal-Gustizzja habbar li se tohrog call for applications ghal erba’ magistrati godda u fi rwol gdid – dak ta’ magistrati esklussivament inkwirenti. Ghalija din kienet holma li qed issir realta’ wara hmistax-il sena. Kienet vizjoni politika li kelli lura fl-2008 li kienet qed timmaterjalizza tliet legislaturi u tliet Prim Ministri wara li proponejtha. Proponejtha fi zmien Gonzi, warajh gie Muscat u issa qed ikun Abela li jimplimentaha. U niehu opportunita nirringrazzja lil Prim Ministru li propju ftit gimghat ilu ghogbu jfakkar kif din l-proposta konta ghamiltha jien hmistax-il sena ilu.

Gieli kienet issemmiet minn ohrajn, pero’ d-differenza fil-kaz tieghi kienet li filwaqt li bdejt nsemmiha fil-Parlament sa mill-2008, fl-2011 inkorporajtha fir-Riforma Holistika tal-Gustizzja u l-Intern – l-ikbar riforma fis-settur mill-Indipendenza ‘l hawn li minnufih waslet ghal qasma bejn l-ministeri tal-Gustizzja u Intern li llum hija cementata fis-sitema taghna – www.riformagustizzja.com. Warajja ssuggerewha ohrajn ukoll pero hafna drabi bhala mizura izolata u mhux bhala parti minn riforma holistika u estensiva.

Ghaliex kont proponejtha?

Proponejtha minhabba l-esperjenza tieghi fil-qrati. Fl-2008 kont ilni diga’ tmien snin avukat prattikanti fil-qrati u kont akkumulajt esperjenza sostanzjali niddefendi hafna kawzi. B’differenza minn hafna ohrajn jien m’ghandi lil hadd fil-familja avukat u lanqas bdejt ma xi law firm ohra. Bdejt wahdi u kelli nqatta’ bi snieni. U meta tqatta bi snienek takkumula l-esperjenza. Kelli wkoll u nghad ghandi l-umilta’ li nitghallem hafna mil-kollegi li gew qabli u li huma hbieb gheziez u li minghandom tghallimt hafna.

F’diskors li ghamilt fil-Parlament fit-18 ta’ Novembru 2008 kont ghidt hekk – “Issemmew ukoll l-inkjesti. Jien se mmur pass oltrè minn hekk. Diġà kelli l-opportunità li f’dan il-parlament għal darba, darbtejn, nitkellem dwar il-ħsieb illi maġistrat li jkun inkwerenti ma jilbisx il-kappell ukoll tal-maġistrat li jkun ġudikanti. Ladarba inti tkun qed tagħmel inkjesta u tkun qed taqdi funzjonijiet investigattivi spalla ma’ spalla mal-awtoritajiet tal-pulizija nemmen li wasal iż-żmien li nibdew neżaminaw u anke noħolqu dibattitu biex nistudjaw il-possibbiltà li jkollok numru ta’ maġistrati li jkollhom il-funzjoni investigattiva u l-funzjoni inkwerenti. L-Italja għandhom saħanistra il-Giudice della Libertà li jiddeċiedi dwar il-bail. Nemmen li mbagħad għandu jkollna maġistrati oħrajn li l-funzjoni tagħhom tkun dik li jiġġudikaw. Għax jista’ jkollok maġistrat li se jagħti sentenza fuq individwu u mbagħad fl-istess ħin, meta dan suppost huwa indipendenti u imparzjali miż-żewġ partijiet, mill-prosekuzzjoni u mid-difiża, forsi jkun qiegħed jikkonduċi xi inkjesta mal-pulizija fuq l-istess persuna.” Dan kien wiehed biss minn hafna diskorsi dwar s-suggett. Fl-2008 kont diga tkellimt iktar minn darba.

Bhala xiex kont rpoponejtha?

Bhala backbencher Nazzjonalist. Kuntrarju ghal kultura prevalenti dak z-zmien li xoghol l-backbencher kien biss li jsahhan s-siggu u jippappagalla dak li jghid l-gvern, jien kont xammar l-kmiem u fassalt riforma shiha. Hafna minna llum giet implimentata inkluz dritt tal-avukat ghal persuni arrestati, procedura hatra tal-gudikanti, qasma fir-rwoli tal-Avukat Generali u ohrajn. L-izball kien li minkejja l-ideat li kelli ma thallejtx nahdem mal-ministru ta’ dak z-zmien li wkoll kien implimenta proposti importanti bhall-Att dwar l-Gustizzja Riparatrici. L-ministru nsellimlu bhala habib.

U x’se tfisser fil-prattika?

Dejjem kienet iddejjaqni sistema fejn l-magistrati jilbsu zewgt ikpiepel li joholqulhom kunflitt serju ta’ interess u li dejjem emmint li lanqas qed jippermettu qorti indipendenti u imparzjali. Kif jista magistrat ikun indipendenti mil-Pulizija meta dan jinvestiga l-kawzi mal-Pulizija. Din kella tkun riforma magguri li tbiddel s-sistema taghna mill-qiegh. Magistrati li jiggudikaw l-kawzi biss u magistrati ohrajn li jaghmlu l-inkjesti biss. Magistrati inkwirenti biss u magistrati gudikanti biss. Biex nsahhu s-sissema u nnehhu l-kunflitt ta’ interess.

Z-zmien wera li dak li proponejt jien kien ta’ gid ghal pajjiz. jekk kelli difett kien li nahseb qabel zmieni u li kelli vizjoni kont qed nara affarijiet li haddiehor ma kienx ghadu qed jara. S-sodissfazzjoni tieghi huwa li ghal darba ohra l-istorja qed turi kemm kelli ragun u kemm dak li proponejt hmistax-il sena ilu ghadu jghodd illum b’iktar qawwa.

Juri wkoll li l-politiku hekk ghandu jkun – ma jibzax to stand up and be counted u juri wkoll li mhux Parlament kbir hemm bzonn izda Parlament izghar ta’ deputati full-time – proposta ohra li kont ghamilt.

Dan kollu Juri li lil Partit Nazzjonalista jien offrejtu vizjoni holistika ghal hmistax-il sena li kieku hatafha setghet trebbhu l-elezzjonijiet. L-Partit Nazzjonalista kellu vizjoni fi hdanu pero’ taha bis-sieq. Nhoss ukoll li ma niddejjaq xejn anzi immur b’wicci minn quddiem niffaccja l-elettorat meta u jekk nhoss u nitolbu jiggudikani. Jiggudikani fuq r-riformi li proponejt u l-gid kbir li ghamilt fil-pajjiz u ghall-poplu Malti kollu bhala deputat Nazzjonalista.

* * * * * * * * *

Din hija l-mozzjoni storika fejn mill-backbench kont proponejt l-vizjoni ghall-gustizzja ghall-hmistax/ghoxrin sena ta’ wara, bi proposti li qed jigu implimentati llum hmistax-il sena wara.

MOZZJONI PRIVATA DWAR RIFORMI MAGGURI FIL-GUSTIZZJA U INTERN – 8 TA’ NOVEMBRU 2011

Mozzjoni Nru 260.

L-Onor. Franco Debono MP jipproponi li:

PERESS ILLI l-Prim Imħallef fil-ftuħ tas-sena forensi saħaq illi jista’ jkun il-Gvern mhux jagħti l-importanza li jixraq lis-settur tal-ġustizzja kif qed jagħmel lil ċerti setturi tal-ekonomija, u peress illi l-ġustizzja, f’demokrazija, f’kull żmien, għandha tingħata importanza xierqa, għax hija waħda mill-komponenti essenzjali tad-demokrazija; PERESS ILLI ilni għal dawn l-aħħar snin nattira l-attenzjoni, permezz ta’ diskorsi ripetuti f’dan il-Parlament, fil-mezzi tax-xandir u b’mezzi oħra, kif ukoll internament fil-partit b’mod assidwu, illi fl-oqsma tal-ġustizzja u intern (li fil-maġġoranza kbira tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea huma żewġ dekasteri separati), hemm bżonn riformi kbar, li jinċidu wkoll fuq it-tħaddim tad-demokrazija u fuq il-libertajiet u drittijiet fundamentali kemm fir-riżorsi umani, kemm fit-tagħmir kif ukoll f’xi setturi, fil-­mentalità u fl-atteġġjament, u msemmi fosthom, imma mhux biss, il-­kwistjonijiet dwar:

1. filwaqt li ninnota l-progress kbir li sar fl-aħħar għaxar snin fil-korp tal-Pulizija nissuġġerixxi r-riżoluzzjoni tal-pendenzi dwar il-union tal-pulizija kif ukoll il-pagamenti tal-arretrati dovuti tal-overtime tal-pulizija, li għandu jkun dejjem korp motivat u enerġetiku;

2. is-separazzjoni bejn il-funzjonijiet investigattivi u dawk ta’ prosekuzzjoni fil-Korp tal-Pulizija;

3. tagħmir ta’ apparat forensiku fosthom apparat tad-DNA, fil-kuntest usa ta’ laboratorju forensiku f’saħħtu, (illi llum huwa kważi ineżistenti) illi huwa fundamentali għall-ħidma tal-pulizija;

4. is-separazjoni bejn il-funzjoni inkwirenti u dik ġudikanti tal-maġistrati, sabiex jitwaqqaf pool ta’ maġistrati speċjalizzati u ffukati full-time fuq l-inkjesti;

5. tiġi riveduta l-proċedura tal-eliġibilità u l-ħatra tal-esperti, kif ukoll l-introduzzjoni tal-possibilità tal-produzzjoni ta’ esperti ex parte;

6. id-dritt tal-avukat matul l-interrogazzjoni fir-rispett lejn id­-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea, kif ukoll ir-rule of disclosure, u materji oħra anċillari;

7. reviżjoni u ri-definizzjoni ta’ ċerti poteri tal-Avukat Ġenerali, kif ukoll id-dover li jagħti raġunijiet għad-deċiżjonijiet tiegħu f’ċerti ċirkostanzi;

8. riforma radikali fil-proċedura penali, inkluż tal-preżentati u rinviji;

9. reviżjoni u riforma tal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Għajnuna Legali, sabiex wieħed jassigura illi min m’għandux mezzi jinkariga avukat privat ikollu d-dritt kostituzzjonali għal difiża adegwatament salvagwardjat;

10. riforma fil-qorti tal-familja, fejn il-medjazzjoni permezz ta’ medjaturi part-time tiġi analizzata u jekk hemm bżonn riveduta;

11. reviżjoni tal-ammont ta’ snin, u l-esperjenza rikjesti għal ħatra tal-­ġudikanti, kif ukoll il-proċedura kollha kemm hi tal-mod tal-­għażla, u l-età tal-irtirar, flimkien mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ġudikanti;

12. eżami bir-reqqa tal-konsegwenzi tal-eżitu tal-aħħar proċedura ta’ impeachment, tal-effikaċja ta’ dan il-mekkaniżmu u l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja kif jeżisti fil-preżent, bħala check and balance kostituzzjonali ta’ importanza, u jekk hemmx bżonn ta’ reviżjoni;

13. li jdaħħal fis-seħħ bla dewmien l-att dwar il-ġustizzja riparatriċi, li jsaħħaħ ukoll id-drittijiet tal-vittmi, kif ukoll riformi estensivi fid-diversi aspetti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin;

14. li titwaqqaf drug court, li dwarha diskussjonijiet ilhom sejrin snin sħaħ

15. jittieħdu passi konkreti sabiex id-dokument maħruġ mill-Kamra tal-Avukati ‘Regulating the legal profession in the 21st Century’, li għandu jirregola l-professjoni legali, jiġi diskuss, analizzat u implimentat permezz ta’ liġi;

16. jiġi kkunsidrat jekk wasalx iż-żmien illi l-warrants għal ċerti interċettazzjonijiet (li jikkonċernaw kriminalità u mhux sigurtà nazzjonali) mis-Servizz ta’ Sigurtà jitneħħew minn taħt l-awtorità politika tal-Ministru u jgħaddu għand l-awtoritajiet investigattivi jew ġudizzjarji;

17. illi jitneħħa l-libell kriminali, kif ukoll jiġi rivedut l-ammont massimu ta’ danni li jista’ jiġi kkundannat iħallas min ikun ħati ta’ libell sabiex jirrifletti l-ħsara kaġunata mill-istess, tenut kont ukoll tal-mezzi ta’ komunikazzjoni inkluż l-internet, u l-kawżi ta’ libell għandhom jinstemgħu mill-Qrati Superjuri preseduti minn Imħallef;

18. li jiġu riveduti l-entry requirements preżentement laxki iż-żejjed, għad-dħul fil-kors tal-liġi, sabiex jiġi mħares il-livell u l-prestiġju tal-professjoni legali;

19. li tiġi riveduta b’mod radikali is-sistema ta’ ġustizzja fil-qasam tal-­minorenni;

20. li tiġi msaħħa l-librerija tal-Qrati tal-Ġustizzja;

21. li jiġu konsolidati l-Kumitat Parlamentari għall-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni tal-Liġijiet u l-Law Commission sabiex ikomplu jiġu aġġornati, rikodifikati u konsolidati l-liġijiet ta’ pajjiżna;

22. li tiġi eżaminata bir-reqqa s-sitwazzjoni li qed tiżviluppa, inkluż fit-­Tribunal tat-Talbiet Żgħar, tribunali varji, medjazzjonijiet, u arbitraġġi fejn f’pajjiż żgħir, ammont sostanzjali ta’ litiġi qed tkun determinata minn persuni li mhumiex ġudikanti ai termini tal-Kostituzzjoni, imma ġudikanti part-time, u b’mod partikulari l-­konsegwenzi ta’ sentenza kostituzzjonali riċenti dwar forced arbitration;

23. li titwaqqaf Qorti Suprema;

24. li tigi msahha s-sitema tal-guri;

PERESS ILLI minkejja s-sejħiet kostanti, kemm internament, kemm fil-­parlament, kif ukoll f’fora oħra, inkluż fil-mezzi tax-xandir f’ħafna minn dawn l-oqsma baqa’ jew ma sar xejn jew l-affarijiet mexjin bil-mod immens, f’dawn l-oqsma tant sensittivi u importanti, li għandhom impatt fuq il-libertà u d-drittijiet fundamentali u li għandhom importanza mill­-inqas dwar is-settur ekonomiku;

GĦALDAQSTANT nipproponi li din il-Kamra tar-Rappreżentanti tiddiskuti dawn il-materji, u tirrisolvi dwar dawk il-miżuri u passi li għandhom jittieħdu u b’liema mod.

Onro Dott Franco Debono LL.D., M.P.

8.11.11

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.