
01 Nov 2022 L-bagalja tal-ministru hija skont l-Ligi?
L-Prim Ministru ghadu kif wiegeb mistoqsija Parlamentari ta’ Karol Aquilina li jaf titfa lil tal-Finanzi f’bahar ta ‘inkwiet minhabba l-bagalja l-hamra li rama biha biex ‘ikun bhall-Inglizi’. Tal-Finanzi l-praspar jivvintahom u did-darba jista jkun dahal f’basla minn dawk tad-dmugh.
Fuq l-bagalja hemm l-arma ta’ Malta u l-arma ta’ Malta mhix t-tabella tal-klabb tal-bocci jew tal-klabb tal-hamiem izda regolata bil-Ligi Kapitolu 253 – Att dwar l-Arma u s-Sigill ta’ Malta li jistipola li hadd ma jista juza l-arma ta’ Malta ghal xi ghan ikun li jkun minghajr l-awtorizzazzjoni tal-Prim Ministru.
Illi min jikser din l-ligi jista jehel multa massima ta 2329 ewro.
Issa ma ninsewx li l-bagalja tal-ministru tal-Finanzi hija propjeta’ personali tieghu, xtraha hu, u se johodha mieghu meta jispicca. Mela l-bagalja hija propjeta privata tal-ministru. Apparti l-mentalita kolonjali li ilni nikteb dwarha, apparti din l-fantasija dubjuza li tal-finanzi juza bagalja tieghu mhux tal-istat, jidher illi dan ma gabx l-kunsens skont l-ligi biex juza l-arma ta’ Malta fuq l-bagalja ai termini tal-Kap 253 li diga semmejt. Hadd ma qabbdu juza propjeta privata tieghu biex igorr d-diskors tal-Budget – inizjattiva tieghu kienet!
Ghaliex?
Ghax mill-mistoqsija Parlamentari 3453, fejn d-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, staqsa lil Prim Ministru lil min kien ta awtorizzazzjoni biex juza l-arma ta’ Malta skont l-Kap 253, l-Prim Ministru mkien ma semma li kien ta awtorizzazzjoni lil Ministru tal-Finanzi.
Twegiba ghall-mistoqsija parlamentari numru 3453
Jista’ jkun li tal-Finanzi dahal f’bawxata nobis. L-uzu tal-arma ta’ Malta minghajr l-kunsens tal-Prim Ministru huwa reat u jgib mieghu l-piena tal-multa.
Qed nibbaza dan kollu fuq informazzjoni fid-dominju pubbliku. Jekk hem spjegazzjonijiet ohrajn lest nismaghhom pero jidher li ma kinetx bagalja hamra ghal tal-finanzi !
HUMPTY DUMPTY
Posted at 23:32h, 01 NovemberImma dan Clyde Caruana dejjem b’xi haga!
Imliena bil-barranin tant li tahsbek qieghed l-indja mhux Malta.
Issa taffiga bil-bagalja HAMRA, li barra li twegga’ s-sentiment ta min mhux servili lejn min kien jahkimna, hemm kelma mil Priministru nnifsu, li hu qatt ma ta’ l-permess li tintuza l-arma ta Malta fuq il-bagalja PERSONALI tal-Ministru tal-finanzi ta’ Malta.
Kif tista’ jkollok mohhok mistrieh li jaf x’inhu jghamel bil-finanzi tal-pajjiz, meta jghamel fouls bhal dawn?
Il-bambin maghna.