
27 Oct 2022 Vizjoni fit-tul u s-survey tal-llum
Twissija – dan li gej abbozzajtu lbierah, qabel rajt s-survey ghax assumejt x’se jirrizulta u kkonkludejtu dalghodu u allura bdejtu u spiccajtu fuq medda ta’ kwazi tnax-il siegha. Qed nghid dan ghax nimmagina se jkun hawn min jibda’ jfajjar bl-addocc wara zewg minuti meta lanqas ikun ghadu qara dak kollu li ktibt jien.
Dan l-attegjament qed iwassal lil uhud li ghandom affarijiet validi x’jghidu biex jahsbu darbtejn u jibqghu siekta. Li tfajjar bl-addocc wara zewg minuti mhux biss disservizz lejk innifsek izda anke lejn l-pajjiz u hutek.
* * * * * * * * *
Fis-survey tal-llum, li qed jaghti distakk ta’ kwazi tmenin elf bejn l-mexxeja,l-P.N. ikompli jnaqqas. L-Labour jibqa’ stabbli b’distakk solidu u insormontabbli. Meta ghaxar snin ilu wissejt li l-P.N. kien qabad n-nizla u ghamilt proposti biex dan ma jigrix hadd ma ta kaz anzi kont nigi attakkat mil-Blogs. Pero’ sincerament qatt ma kont bsart li kont qed nitkellem dwarhom dak n-nhar kienu daqsekk koroh li sa ghaxar snin wara kienu se jkunu ghadom qed jikbru. L-istorja tatni ragun. F’kollox. Lil min kien qed jattakkani tefatu fit-tort u l-izball.
Bhal dak z-zmien illum ukoll ghandi l-aqwa soluzzjonijiet u meta jigi z-zmien naghtihom. Dak z-zmien se jigi.
Mis-survey jirrizulta li l-akbar asset ghal-Labour hija l-frammentazzjoni fl-Opposizzjoni. L-Opposizzjoni se nkun qed nfisser biha mhux biss l-Partit Nazzjonalista izda tinkludi f’sens wiesa’lil dawk kollha li jopponu l-gvern Laburista bhal partiti ohra ghaqdiet u gruppi varji u klikek. Jidher car li hemm hafna li jew kif jghidu huma jew xejn, mhumiex team players, ma jafux jahdmu f’team u allura kulhadd jitlaq ghal rasu. Dan l-fenomenu li nibet fil-PN xi ftit snin ilu fejn jew tghaddi tieghu jew m’ghandikx cans tahdem issa jidher li kiber, infirex u twessa’ u l-frammentazzjoni zdietet. Qatt ma kont u minix kontra aktar partiti jew ghaqdiet pero’ s-sitwazzjoni hi li hi.
S-survey ifisser ukoll li l-issues li qed jitqajjmu mhux jirrezonaw mal-elettorat. U din -sitwazzjoni ila mill-inqas ghaxar snin. Issues zbaljati.
Iktar ma l-Opposizzjoni, fis-sens spjegat, tinqasam f’miljun bicca u ma tkunx kapaci twassal messagg car u inivoku iktar l-Labour se jkompli jzid d-distakk lejn raba’ rebha storika li l-P.N. qatt m’ghamel. Issa huwa car li l-Opposizzjoni f’sens wiesa’ hija l-akbar ghadu taghhha nfisha b’firdiet mhux biss interni f’partit izda wkoll diskordju bejn partiti u ghaqdiet. Kieku aktar ghaqdiet u partiti qed isarrfu f’ Opposizzjoni aktar f’sahhitha dak ikun tajjeb billi jiehdu voti minghand l-Labour.
S-survey ifisser ukoll li l-issues li qed jitqajjmu mhux jirrezonaw mal-elettorat. U din -sitwazzjoni ila mill-inqas ghaxar snin. Issues zbaljati.
Pero’ x-xenarju li qed naraw huwa l-oppost. Opposizzjoni fis-sens spjegat li diga qeda f’minoranza meta mqabbla mal-Labour, jitqatlu bejniethom u jpaxxu l-Labour li jibqa’ stabbli b’distakk solidu u insormontabbli. Ilni snin nigbed l-attenzjoni li ahna l-uniku pajjiz fl-Ewropa kollha b’zewg partit biss fil-Parlament. Pero aktar partiti tkun ugiegh ta’ ras ghal-Labour jekk jihdulu l-voti mhux jekk joqoghdu jitqatlu bejniethom u jispiccaw isahhu l-Labour!
Bejn l-istabbilta’ tal-Labour u l-frammentazzjoni fl-Opposizzjoni l-poplu qed jaghzel car.
Kif ilni nispjega snin huwa dan -narcissizmu, egos kbar li jsiru esperti overnight u nuqqas ta’ team players li ilu snin ikisser l-Opposizzjoni. L-ewwel haga li trid taghmel l-Opposizzjoni hija li torganizza lilha nfisha b’immagni anqas konfuzjonarja u mifruda.
Is-soluzzjonijiet ilhom ghandi. Meta jigi z-zmien se nerga naghtihom. L-vizjoni li kelli kienet fit-tul. Min ma semax minni bata. L-istorja tatni ragun. Dan huwa survey iehor fost mijiet li qalu dan. S-survey tal-llum qed juri li meta l-P.N. m’abbraccjax l-vizjoni tieghi ikkundanna lilu nnifsu ghall-istat attwali. Sfortunatament.
Vizjoni fit-tul tfisser soluzzjonijiet ghal-bierah, illum u ghada. Hawn uhud li dak li joholmu bil-lejl jghiduh fil-ghodu, jappellaw ghal ftit zmien u jisparixxu. Matul dawn l-ghaxar snin ma nafx kemm soluzzjonijiet gew pruvati pero kollha fallew.
Hawn min mbaghad ikollu vizjoni fit-tul . . . .
Lina Bonnici
Posted at 13:34h, 30 OctoberGhandna bzonnok. Idhol ghati daqqa t id ghal gid ta Malta
Antoine Attard
Posted at 09:45h, 30 OctoberVera li l oppozizjoni hija frammentata, min barra u min gewwa. U dan kollu frott ta indixxiplina. Izda wiehed imur oltre. Il messagg mhux jasal. L arroganza tal PL hija wkoll
qawwija. Hares lejn il PBS. L hatriet, il Parlament. Il kunsilli li sistematikament qed jigu manipulati. B Intolleranza sfaccata.
Fuq kollox kif hadd ma jsemmi il miljuni ta dejn li huma mazra ma ghonq il PN?
Frans Chircop
Posted at 09:19h, 30 OctoberNaqbel ħafna ma li għidt fuq il frammentazzjoni tal partit Nazzjonalista pero naħseb ukoll li ġà hemm problemi simili li qed jinhmew fil partit laburista għax pilastru bħal Marmara li kiteb artiklu bħal dak ma naħsibx li kitbu għax ħolmu – lanqas għax weġgħa personalment jew ma hax xi promozzjoni – kitbu għax il prinċipji taż-żewġ partiti spiċċaw u t-tfal fil parlament m’ghandomx affinità ma l-ebda partit taż-żewġ naħat. Naħseb li għalhekk in-nies ukoll qed iduru mar-riħ għax ġie kollox l-istess.
Nieħu gost jekk iżżidni fil lista tal ejmejl għax dejjem taghllimt li trid tisma kull qanpiena
Tislijiet
Frans