Ergajna Egrant – hames snin wara

Ergajna Egrant – hames snin wara

Jiena ma nbassarx l-futur u li nista nghid x’gara sall-llum. Minn meta harget l-istorja Egrant u l-P.N. rikbilha l-Labour ma waqafx jirbah u l-P.N. qatt ma ha ruh. U l-istorja tal-lllum fuq s-Sunday Times tkompli tispjega ghaliex. Ghax filwaqt li r-rwol tal-media huwa li jistharreg, jinvestiga, jirrapporta u jinforma l-pubblika, l-iskop ta’ partit politiku huwa li jirbah elezzjoni biex jimplimenta programm politiku. Mediawise l-istorja Egrant setghet kienet interessanti pero’ politikament kienet boomerang ghal min jirkbilha.

Ghaliex? Ghax jekk sal-llum, kwazi hames snin wara ghandna storja li qed tghid, fi ftit kliem, li sal-llum ghandu hadd ma jaf bhala FATT ta’ min hi Egrant, kif wiehed pretenda li l-elettorat hames snin ilu kellu jibla u jemmen dik l-istorja!? Jekk hames snin wara ghadna fl-ghama ta’ min hi, kif pretenda l-P.N. li jibbaza kampanja elettorali fuq storja li sa hames snin wara ghada lanqas giet pruvata! Argumenti wiehed jista’ jaghmel kemm irid pero’ l-P.N. ma kienx prezenta argumenti – kien ippostulaha bhala FATT.

L-istorja tal-llum qed tghid li hemm bzonn aktar investigazzjonijiet biex isir maghruf ta’ min hi Egrant. X’ifisser fi ftit kliem – li sal-llum ghadna ma nafux! Kif wiehed stenna li l-elettorat jibla dik l-lixka?

S-sinjura Galizia – l-Bambin jaghtiha l-mistrieh ta’ dejjem u l-glorja tal-genna – waqghet f’nassa. . Ghaliex ? Ghax fil-Blog taghha f’tal-Egrant ghamlet zball li qatt ma kella taghmel – mill-argument qabzet ghal FATT. Zball fatali li kisser lilha u l-P.N. u dan meta kieku llimitat ruhha ghat-territorju tal-argument setghet tirbah hafna punti ghaliha u ghal min rikeb fuq l-karru taghha.

Nghiduha kif inhi ahna m’ahniex nies imbecilli jew idjoti. Jekk min waqqaf t-tliet kumpaniji kien qal li l-isem tas-sid tat-tielet kumpanija kien se jaghtih fuq Skype ghax jidher li kien sensittiv aktar mill-Kasco u Konrad allura ftit hemm fejn wiehed jista’ jmur. Thaddem mohhok u tasal .Kif appena wiehed juza ftit mohhu malajr jasal ghal ta’ min tista tkun jew aktarx hija Egrant. Elementari kwazi. U fil-politika l-probabbli jghodd diment, pero’, li tibqa’ fit-territorju tal-argument.

Qed nitkellmu fuq ministru u chief of staff tal-Prim Ministru. Min jista’ jkun persuna aktar sensittiva minn dawn t-tnejn? Ftit hemm fejn tmur. Dan huwa argument legittimu. Ma hemm bzonn ebda inkjesti ghax hadd ma hu qed jaghmel allegazzjonijiet dwar fatt. L-argument jindika d-direzzjoni pero’ jieqaf hemm, ma jaghmilx l-izball fatali li ghamlet s-sinjura Galizia meta ghamelt allegazzjoni ta’ FATT – Egrant hija ta’ Michelle. L-argument jista’ jsir, l-fatt ma jistax jigi allegat minghajr prova konkreta – liema prova konkreta hames snin wara ghad m’ghandniex!

Jien nemmen li b’dan l-argument biss, per ezempju, minghajr l-esagerazzjonijiet, sensazzjonalizmu u allegazzjonijiet mhux pruvati jew sostanzjati  u xinxilli li ziedet fil-Blog, l-Labour seta’ jiehu daqqa ta’ harta.

Kieku l-allegazzjoni Egrant nzammet fit-territorju tal-argument minghajr ma jigi invaz t-territorju tal-fatt setghet kienet ta’ ugigh ta’ ras kbir ghal Labour ghax tiehu hajja gdida bla mittiefsa mit-toqol li ggib maghha allegazzjoni ta’ FATT. Ironikament meta s-sinjura Galizia fajjret allegazzjoni ta’ FATT meta ma kellix prova l-Labour hadu r-ruh! – issa ppruvaha jekk ghandek hila! Kif appena ghamlet dak l-pass zejjed kif kellha habta taghmel – kissret kollox!

Diment li kieku nzammet fit-territorju tal-argument m’ghandekx bzonn inkjesti u mutetti gahx inti qed tuza r-raguni u l-logika pero’ kif appena taghmel allegazzjoni ta’ FATT tiskatta regola fundamentali – min jallega jrid jipprova. Wiehed seta’ jgib hafna argumenti dwar cirku zghir hafna ta’ persuni ta’ min setghet kienet Egrant u jkunu argumenti legittimi bbazati fuq informazzjoni pubblika u konfermata pero’ kif appena wiehed jaqbez c-cint tal-argument u jaghmel allegazzjoni ta’ FATT – li Egrant hija ta’ Cikku jew Peppa hemmekk ikun tghabba b’piz enormi li jekk ma joqghodx attent jghaffgu sakemm ma jkolux provi konkreti.

Illum, politikament l-issue Egrant mhi xejn hlief distraction. Issa Li Muscat hareg mix-xena politika darb’ ghal dejjem, u zgur mhux se jerga jirritorna, minkejja stejjer li ghal media jgibu l-udjenzi, l-istorja difficilment ikolla riperkussjonijiet politici. Ormai Muscat hareg mix-xena u probabbli tant hawn fatigue dwar l-istorja u l-poplu ghejja jisma dwarha, storja li qisa qatt ma tigi fit-tmiem, nahseb lanqas jekk jirrizulta li Egrant hija tal-papa, ma tant tqajjem interess. Illum storja stale.

Nifhem li l-awtoritajiet gudizzjarji ikomplu bl-investigazzjonijiet – haga sewwa. Nifhem li jista’ jkun hemm interess mis-sostenituri tas-sinjura Galizia li jibqghu isusu biex juru li kellha ragun. Dik haga legittima u jaghmlu sew. Pero’ politikament l-P.N. ghandu jqis dan bhala kapitlu maghluq, u zball li m’ghandux jirrepeti. Nerga’ nghid lanqas jekk jirrizulta li dak allegat huwa minnu, tant ghadda zmien li r-riperkussjonijiet politici jkunu minimi ladarba l-protagonisti kollha hargu mix-xena. sadanittant li ghadu mhux maghruf jekk l-allegazzjonijiet kienux veri jew le l-P.N. ghandu jigri ‘l boghod minn din l-issue b’kemm ghandu sahha u inqas ma tissemma ahjar. L-gurnali jaghmlu sew jinvestigaw imma l-P.N. ghandu rwol differenti minn hekk . . . .

Dan kien l-zball fatali ta’ Daphne – mit-territorju tal-argument qabzet ghal dak perikoluz u oneruz tal-allegazzjoni dwar FATT.

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.