L-Kap tal-Opposizzjoni

L-Kap tal-Opposizzjoni

Dan li gej mhux kumment politiku izda dwar l-Ligi u l-Kostituzzjoni

1. Fil-lejl ta’ bejn nhar t-Tnejn u t-Tlieta l-grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, bi sbatax-il deputat favur u hdax kontra ghadda vot ta’ sfiducja fil-Kap tal-Opposizzjoni Adrian Delia u minn hawn ovvjament jiskattaw konsegwenzi kemm fil-partit kif ukoll dawk ta’ natura kostituzzjonali.

2.Dan li jsegwi mhux kumment politiku izda analizi teknika, dettaljata u u ezawrjenti dwar l-Ligi u l-Kostituzzjoni, bhala avukat li mmexxi ufficcju legali li probabbli intavola wiehed mill-akbar ammont ta’ kawzi kostituzzjonali fl-ahhar snin u bhala l-persuna li fassalt riforma kostitutzzjonali fil-Parlament. Tajjeb li wiehed jghid x’inhuma l-kredenzjali tieghu biex kulhadd ikun jista’ jifhem l-istandard of expertise ta’ min qed jikkummenta.

3. Precedenti ma jidhirx li jezistu stante li meta Charles Mangion gie mahtur interim Kap tal-Opposizzjoni hemmekk Alfred Sant kien diga’ rrizenja minn Kap tal-Partit Laburista u Kap tal-Opposizzjoni u allura dak n-nhar l-President kien qed jahtar lil Charles Mangion bhala Kap tal-Opposizzjoni meta kien de facto Mexxej tal-Partit Laburista u bl-appogg tal-partit u d-deputati Parlamentari Laburisti kollha. Xenarju kompletament differenti minn dak prezenti.

4. L-opinjoni tieghi hija dik li esprimejt fil-lejl ta’ bejn t-Tnejn u t-Tlieta u l-istess posizzjoni li kont hadt fis-6 ta’ Frar 2020 kif rappurtata minn LovinMalta ‘Franco Debono Reminds President Of His Powers As PN Leader Faces Fresh Bout Of Anger From His MPs’, fis-sens illi ai termini tal-art 90 l-President ghandu dritt inehhi l-Kap tal-Opposizzjoni li ma jkunx ghadu jgawdi l-fiducja tal-grupp Parlamentari, u jahtar lil dak d-deputat li ghandu l-appogg tal-istess grupp. ‘Fil-gudizzju tal-President’ tfisser li t-test huwa wiehed soggettiv, u m’hemmx bzonn ebda formalitajiet oggettivi, bhal voti ecc. . . Iffisser ukoll illi l-President ghandu rwol attiv, mhux passiv fis-sens illi jekk ikun hemm indikazzjonijiet li l-Kap tal-Opposizzjoni ma jibqax igawdi l-appogg tal-ikbar partit fl-Opposizzjoni allura l-President ghandu jagixxi, ghandu jistharreg min jeddu dik s-sitwazzjoni u jasal ghal gudizzju tieghu jenn inehhix jew le lil Kap tal-Opposizzjoni. Din l-istess posizzjoni li esprimejt kemm fi Frar u kemm nhar t-Tlieta kmieni filghodu giet sussegwentement abbraccjata minn Aquilina, Bencini u Bonelloo.

Pero’ jezistu interpretazzjonijiet ohra li wkoll jistghu ikunu legittimi u validi. Ghal dawk midhla tal-qasam legali jifhmu li wiehed jista’ jikkunsidra interpretazzjonijiet differenti.

5. L-artiklu 90 tal-Kostituzzjoni jittratta dwar l-hatra fis-subartiklu 2 kif ukoll t-tnehhija fis-subartikli 3 u 4 tal-Kap tal-Opposizzjoni, fis-sens li l-President ghandu jahtar bhala Kap tal-Opposizzjoni lil kap tal-akbar partit li jkun fl-Opposizzjoni. U din ghaliha hemm skop. Kuntrarjament ghal dak li jigri fil-kaz tal-Prim Ministru fejn l-President irid jahtar lil dak d-deputat li kapaci jmexxi maggoranza fil-Parlament, ikun jew ma jkunx l-kap tal-partit li rebah l-elezzjoni, fil-kaz tal-Kap tal-Opposizzjoni irid ikun l-kap tal-partit. U hemm raguni. L-ewwel nett ghax f’kaz ta’ koalizzjoni huwa l-President li jrid jiddeciedi min se jkun Prim Ministru bejn diversi kapijiet ta’ partiti.

6. Pero’ inoltre jekk dak d-deputat li jahtar bhala Prim Ministru ma jkunx jgawdi l-fiducja tal-maggoranza tal-Parlament jista’ jigi sfiducjat mil-Parlament u jitnehha. X’ifisser dan? Ifisser li fil-konfront tal-Prim Ministru d-decizjoni tal-President tista’ tigi ttestjata fil-Parlament permezz ta’ vot ta’ fiducja filwaqt li fil-konfront tal-Kap tal-Opposizzjoni dan l-process ma jistax isir, ghax ovvjament li l-Kap tal-Opposizzjoni qieghed f’minoranza, u ghalekk jekk jitlef vot dan ma jfisser xejn stante li fl-opposizzjoni tfisser fil-minoranza. Jekk se jsir vot ta’ fiducja fil-Kap tal-Opposizzjoni dan ma jfisser xejn u allura d-decizjoni tal-Presidnet ma tistax tigi ttestjata fil-Parlament kif tista’ tigi ttesttjata fil-konfront tal-Prim Ministru.

7. Allura ladarba dak l-appogg ma jistax jigi ttestjat fil-Parlament, dak l-appogg irid jigi ttestjat fil-partit, b’mod formali u solenni skont l-istatut tal-partit f’elezzjoni interna ghal kap tal-partit, biex b’hekk l-President ikun jista’ jahtar lil dik l-persuna hekk eletta bhala Kap tal-Opposizzjoni ai termini tal-art 90(2). Ghax wara kollox wiehed jista jirraguna illi ladarba l-Opposizzjoni qed tiddikjara li mhux se tappoggja lil kap tal-partit fil-Parlament dan ghandu jfisser li facilment jista jitnehha minn kap tal-partit, b’mod li jigi sostitwit u allura l-Presidnet ikun jista’ jahtar lil dak l-Kap tal-partit gdid ai termini tal-art 90(2) li jistipula li l-President jahtar bhala Kap tal-Opposizzjoni lil kap tal-partit. Meta l-Kostituzzjoni titkellem dwar l-kap tal-partit, dak ma jkunx gie elett biss mid-deputati Parlamentari BISS izda mil-partit kollu skont r-regoli ta’ dak l-partit.

8. Ghaldaqstant d-domanda hija din – Jista’ l-President inehhi lil Kap tal-Opposizzjoni taht l-art 90(4) tal-Kostituzzjoni u jhalli l-kariga battala sakemm l-Partit Nazzjonalista jahtar Kap gdid u allura jiskatta l-art 90(2)? Wara kollox fejn isiru diskussjonijiet ghal koalizzjoni f’pajjizi ohra gieli l-kariga ta’ Prim Ministru ddum battala ghal diversi gimghat u kultant xhur sakemm jintlahaq qbil fuq Prim Ministru. Bl-istess ragunament l-kariga ta’ Kap tal-Opposizzjoni tista’ wkoll tibqa’ battala ghal xi zmien. L-artikolu 90(4) jindika kif ghandu jitnehha l-Kap tal-Opposizzjoni izda mhux kif ghandu jinhatar ta’ warajh.

9. Min jissottoskrivi ghal din l-interpretazjoni qed jargumenta li vera li l-art 90(4) jitkellem fuq ‘membru fil-Kamra li jkun sar il-Kap fil-kamra tal-partit fl-Opposizzjoni’, pero’ dik qed taghmel riferenza ghal kap tal-partit, firs-sens li din tavvera ruhha jekk l-kap tal-partit ikun inbidel,u allura l-P.N. ghandu jahtar kap gdid, jew inkella jekk le, anke jekk l-Kostituzzjoni qed tirreferi ghal deputat li jkolu l-appogg tal-grupp Parlamentari u mhux ghal kap tal-partit, xorta l-Kostituzzjoni mkien mhu qed tghid li ghandu jkun dan li jinhatar Kap tal-Opposizzjoni.

10. Izda fuq kollox wiehed jista’ jargumenta – President tar-Repubblika ghandu jindahal fl-affarijiet interni ta’ partit politiku, min ikun kap jew ma jkun? Mhux l-partit ghandu jiddecidi skont r-regoli u l-istatut? Allura l-President jista’ jnehhih pero’ mbaghad biex ma jindahalx fl-affarijiet interni ta’ partit ghandu jistenna lil dak l-partit jahtar l-kap tieghu, biex mbaghad l-President jahtru Kap tal-Opposizzjoni.

11. L-art 83(1) tak-istatut l-gdid tal-Partit Nazzjonalista jipprovdi li l-kap tal-partit ikun Prim Ministru meta l-partit ikun fil-gvern u kap tal-Opposizzjoni meta l-partit fl-Opposizzjoni. Issa jista’ mhux kompletament konformi ma’ dak li tipprovdi l-Kostituzzjoni u allura l-Kostituzzjoni tipprevali, u f’kull kaz huwa superfluwu. F’kaz ta’ koalizzjoni, per ezempju l-P.N. ikun rebah l-elezzjoni, izda mhux necessarjament l-kap tal-partit ikun Prim Ministru u allura jekk xi hadd ifettillu jinvoka l-istatut tal-P.N. biex isir Prim Ministru ovvjament l-Kostituzzjoni tipprevali.

12. Issa jekk se tigi abbraccjata l-ewwel interpretazzjoni allura l-Kap tal-Opposizzjoni, wara u jekk jitnehha Delia, se tkun persuna li mhix l-kap tal-P.N. u hemmekk jidher li l-istatut huwa superfluwu. Pero’ jekk t-tieni interpretazzjoni filwaqt li taht l-art 90(4) tal-Kostituzzjoni huwa car li wara l-vot ta’ sfiducja ta’ nhar t-Tlieta, l-President irid inehhi l-Kap tal-Opposizzjoni l-istess artiklu ma jghidx min irid jinhatar minflok u allura japplika l-art 90(2) u allura jidher li se tqum kumplikazzjoni ohra. Ladarba l-President huwa obbligat bl-art 90(2) tal-Kostituzzjoni li jahtar bhala Kap tal-Opposizzjoni lil Kap tal-Partit Nazzjonalista ghax huwa l-akbar partit fl-opposizzjoni bhalissa, u ladarba jekk se jkun ghadu kif nehhieh ma jistax jerga’ jahtar l-istess persuna, allura jsegwi awtomatikakent li l-Partit Nazzjonalista irid ikollu kap gdid sabiex tigi segwita l-Kostituzzjoni, u sabiex b’hekk jigi mahtur l-Kap tal-Opposizzjoni l-gdid. L-Kostituzzjoni tipprevali fuq l-istatut ta’ kull partit.

Konkluzjoni

L-Kostituzzjoni taghti lok ghal hafna interpretazzjonijiet. Jiena nzomm ma dik li tajt originarjament nhar t-Tlieta fis-sens illi ai termini tal-art 90 l-President ghandu dritt inehhi l-Kap tal-Opposizzjoni li ma jkunx ghadu jgawdi l-fiducja tal-grupp Parlamentari, u jahtar lil dak d-deputat li ghandu l-appogg tal-istess grupp, pero’ interessanti immens l-interpretazzjonijiet varji li jistghu ukoll ikunu legittimi.

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.