Partit Popolari

Partit Popolari

Qed jigi rappurtat li qed isiru proposti biex l-P.N. jibdel ismu. Din mhix xi haga essenzjali jew importanti. L-importanti huwa li min ghadda zmienu jwarrab, kif diga’ ghamlu hafna, u li l-partit jerga jibda’ jattira nies validi, inkluz dawk li gew mwarrba ngustament, u li galadarba u jekk xi darba l-partit jattirahom, imbaghad ihallihom jahdmu. Min ghadda zmienu xorta jibqa’ rispettat u stmat imma hadd mhu se jersaq lejn partit fejn xi hadd jithalla jahseb li ghandu monopolju fuq l-partit anke meta jkollu mitt sena u anke jekk l-poplu wera ripetutament li ma jridux. L-uniku riforma li trid issir hija li min ghadda zmienu jwarrab, jibqa’ ovvjament rispettat u jhalli spazju u opportunita’ ghal haddiehor. Mil-bqija kollu hela ta’ hin u bzieq. Wara ghaxar telfiet l-Partit Nazzjonalista qed jaghti impressjoni li ghadu ma tghallem xejn u qed jghix fl-izball li wasslu hawn – anke r-rizultati u surveys hekk qed juru.

Qed jigi rappurtat ukoll li qed jigi suggerit li s-segretarju generali tal-Partit Nazzjonalista ma jkunx deputat Parlamentari. Din l-proposta jista’ jkun taghmel sens fejn partit ikollu abbundanza ta’ talent u rizorsi pero’ xettiku dwarha fejn partit ikollu nixfa ta’ rizorsi u talent. L-Partit Nazzjonalista gej minn ghaxar telfiet kbar konsekuttivi, ma rnexxielux isib tezorier, u fejn tant hemm sfortunatament nuqqas u nixfa ta’ talent li kif bniedem jidher darbtejn fuq breakfast show ifahhar l-partit tibda ddur xniegha li jista’ jkun se jsir leader! F’sitwazzjoni bhal din l-partit jaghmel hazin jekk jipprekludi persuna milli ssir segretarju generali tal-partit sempliciment ghax hi wkoll deputat Parlamentari. B’dan l-mod jista’ jintilef servizz ta’ persuan valida. Kieku t-talent kien abbundanti nifhimha, imma fil-prezent altru minn hekk u hemm bzonn uzu massimu ta’ rizorsi limitati

Finalment min qed jiccirkola l-idea li jibdel l-isem tal-P.N., apparti li din l-idea ma tantx nisslet ecitament fl-attivisti, pero’ ghallinqas jista jkun ftit ORIGINALI. Lura fl-2013 u 2014 meta eluf ta’ persuni kienu qed ihegguni biex nifforma partit u nokkontesta l-ewwel ghall-elezzjoni generali 2013 mbaghad MEPs 2014 konna tkellimna li f’kaz li l-partit jitwaqqaf kellu jissejjah Partit Popolari (Partit tal-Poplu). Lura fl-2013/2014 kien diga gie bbukkjat d-domain li tinkludi l-kliem ‘partit popolari’ u kienet diga’ twaqqfet facebook page li tidher fir-ritratt ma din l-Blogpost. L-kulur kellu jkun l-vjola u anke l-logo kien sar kif jidher fir-ritratt ! Eventwalment ma kien sar xejn pero’ l-punt hu li min qed jiccirkola din l-idea mhix originali xejn!

1 Comment
  • Kevin Cassar
    Posted at 22:10h, 26 January

    Inutli tinvesti f membership gym, fil wholegrain rice u l wholemeal bread, jekk ma tkunx kapaci, jew m intx imholli TIBDA D DIETA…..