
21 Jan 2020 L-ghazla tal-Kummissarju tal-Pulizija
Bhala avukat fil-kamp kriminali ilni ghal dawn l-ahhar ghoxrin sena nhabbat wicci kuljum mal-Pulizija fl-awli tal-qrati. Nistqarr li filwatq li naghmel xogholi b’passjoni u energija kfi inhu l-istil tieghi pero b’rispett shih lejn l-uniformi. Matul s-snin ltqajt ma’ hafna ufficjali dedikati u tal-affari taghhom. Anke fil-kuntest tar-riforma magguri fil-gustizzja u intern li prezentajt fil-Prlament fl-2011 kont ghamilt diversi proposti dwar l-Pulizija fostom dwar l-qasam ferensiku kif ukoll kont proponejt t-twaqqif ta’ union tal-Pulizija li illum saret pero’ dak z-zmien ma kenitx tezisti.
Ghaldaqstant fid-dawl ta’ dan kollu se nghid s-segwenti –
1. Prim Ministru li ma jgawadix awtorita’ morali li jahtar Kummissarju tal-Pulizija m’ghandux ikun Prim Ministru in the first place. Prim Ministru ghandu jaghmel ghazla tajba ta’ Kummissarju bazata fuq kompetenza u integrita’, u del resto karigi ohrajn, mhux ghax idejh marbutin qisu tifel tal-kindergarten b’hafna restrizzjonijiet izda ghax galadarba huwa Prim Ministru ghandha tkun l-inqas haga li jithalla jaghmel u ghandu jezercita gudizzju ghaqli u prudenti fl-ghazla ta’ Kummissarju. F’pajjiz fejn biex Prim Ministru jaghmel ghazla tajba ta’ Kummissarju hemm bzonn jintrabtulu idejh bit-two thirds, dak l-pajjiz ghandu problemi serjissimi, u wara kollox Prim Ministru li lanqas ghandu poter jahtar Kummissarju tal-Pulizija xi Prim Ministru hu!?
2. F’xenarju fejn Kummissarju jinhatar bit-two thirds jekk l-Opposizzjoni tibqa’ ma taqbilx mal-proposta tal-Prim x’jigri? L-pajjiz isib ruhu f’limbu fejn jibqa’ minghajr Kummissarju ghal xahar, xahrejn, sena, sentejn jew aktar. Meta jien proponejt t-two thirds fil-hatra tal-President tar-Repubblika (kariga ferm differenti minn dik ta’ Kummissarju tal-Pulizija ovvjament), pero’ mbaghad biex tigi evitata l-possibilta’ perikoluza ta’ constitutional deadlock jien kont proponejt li jekk ma jintlahaqx two-thirds allura tkun sufficjenti maggoranza assoluta fit-tieni round ta’ votazzjoni u dan ikun iffisser li l-Gvern prattikament jista’ jahtar l-President minghajr l-appogg tal-Opposizzjoni. . X’inhu l-punt? Illi minkejja li two thirds huwa treshold desiderabbli f’certi cirkostanzi pero’ wiehed irid ikun prattiku u jahseb ghal eventwalita fejn dan t-treshold ma jintlahaqx! Pajjiz ma jistax joqghod minghajr President u pajjiz ma jistax jibqa’ minghajr Kummissarju jekk ma jintlahqux t-two thirds!
3.R-rekwizit tat-two thirds jista jigi abbuzat anke mill-Opposizjoni li jkollha opportunita’ tipparalizza pajjiz jekk tibqa’ ma taqbilx mal-ghazla ta’ Kummissarju. Ebda pajjiz ma jista’ joqgod bil-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija vaganti ghal zkien twil. Ovvjament dan kollu japplika anke meta tinqaleb l-folja.
4. Jekk l-Kummissarju jkun nghazel bi qbil bejn l-gvern u l-Opposizzjoni dan prattikament se jkun untouchable u s-sitwazzjoni tmur ghall-aghar minflok ghall-ahjar ghaliex Opposizzjoni li tkun ippartecipat bis-shih fl-ghazla tal-Kummissarju se tkun ftit jew wisq riluttanti tikkritika l-istess persuni li hi stess tkun appogjat f’kaz ta’ decizjonijiet hziena. B’hekk ikun gie mnaqqas jekk mhux mnehhi mekkanzimu ta’ kontroll permezz ta’ kritika mill-Opposizzjoni tant essenzjali f’socjeta’ demokratika. Fil-waqt li kritika fiergha jew bla bzonn mhix desiderabbla pero’ sitwazzjoni fejn kemm gvern u kemm Opposizzjoni jkunu riluttanti jikkritikaw decizjonijiet tal-Kummsisarju ghax t-tnejn ikunu qablu mal-hatra hiaj indesiderabbli wkoll.
5. R-rispett lejn l-kariga l-Kummissarju ma jgibiex bit-two thirds izda bid-decizjonijiet li jiehu u l-mod kif jimxi. Jezisti argument li l-Kummissarju jkun ‘obbligat’ b’xi mod lejn l-gvern li jkun ghazlu. Allura bl-istess argument jekk se jinhatar bit-two thirds minflok lejn l-Gvern ma jibdiex ikun ‘obbligat’ lejn l-Opposizzjoni wkoll!? Minflom l-problema tkun tnehhiet tkun giet rduppjata!
6.. Allura x’ghandu jsir? a)Ghandu jigi ezercitat l-ghaqal ordinarju ta’ persuna li tkun tokkupa l-kariga ta’ Prim Ministru f’pajjiz demokratiku u din ghandha tkun diga bizzejjed. Ovvjament hadd ma jaqra l-futur u jekk dik l-persuna maghzula eventwalment tizbalja tista’ dejjem titnehha. L-mument tal-ghazla huwa importanti pero’ huwa importanti wkoll li persuna li tgahmelzbalji hoxnin tista’ tirrizenja jew titnehha. b)L-Opposizzjoni ghandha tigi konsultata b’serjeta’ biex jintlahaq kunses kemm jista’ jkun wiesa’ fuq l-ghazla. Din l-konsultazzjoni tohloq bilanc bejn d-dritt tal-gvern li jiggverna u d-dritt tal-Opposizzjoni li ssema’ lehinha u tigi mismugha. c) L-persuna maghzula ghada tghaddi minn grilling quddiem l-Kumitat tal-Parlament dwar hatriet pubblici fejn l-gvern ghandu maggoranza pero’ ovvjament l-persuna maghzula jkollha obbligu taghti twegibiet u spjegazzzjonijiet ghall kull domanda li tista ssirilha.
7. M’ghandix dubju mill-intenzjonijiet tajba tal-Opposizzjoni li qed tipproponi dan l-mekkanizmu ta’ two thirds fl-ghazla tal-Kummissarju tal-Pulizija. Huwa tajjeb li l_opposizzjoni tkun proattiva. L-Opposizzjoni qed tirreagixxi wkoll ghal katastrofi enormi li precipita Muscat u din l-proposta ghandha tinftiehem f’dan l-kuntest. Nifhem ghalekk li l-proposta qed issir fid-dawl tac-cirkostanzi partikolari u koroh li Muscat dahhal fihom lil dan l-pajjiz. Pero’ l-Opposizzjoni trid izzomm f’mohhha li din tat-two thirds se tkun tapplika wkoll ghal-gvernijiet Nazzjonalisti tal-futur u sentejn ohra hemm elezzjoni. Nistqarr ukoll li kieku jien illum deputat Nazzjonalista, kif kont ghal hames snin, naghmel internament fil-partit l-proposti li ghamilt hawnekk pero’ jekk l-partit mbaghad jiehu posizzjoni jiena ovvjament nimxi ma’ dik d-decizjoni.
8. L-principju dejjem ghandu jkun li l-istituzzjonijet jistgu jahdmu minghajr riformi u jistghu ma jahdmux anke jekk isisru riformi. L-principju ghandu jkun li hemm materji li dwarhom tista taghmel bidliet permezz ta’ riformi fil-ligijiet u materji ohtra li aktar jirrikjedu decizjonijiet ghaqlin minghajr bzonn ta’ riformi legislattivi u dan huwa case in point. Decizjoni ghaqlija b’konsultazzjoni mal-Opposizzjoni u grilling quddiem l-Kumitat Parlamentari ghandha tkun sufficjenti – bilanc gust bejn l-interessi ta’ kulhadd.
9. Wiehed irid izomm quddiem ghajnejh li f’pajjiz zghir l-ghazla trid issir minn hamsa sa seba’ persuni li huma papabbli u allura m’ghandiex tkun wahda daqsekk difficli!! Finalment x-xoghol ta’ Kummissarju mhux xi passiggata u dejjem ikollok xi decizjonijiet li mhux dejjem jaqbel maghhom kulhadd. L-importanti li meta, jekk u kif jinqabel certu linja ghandu jitnehha. U dan l-principju huwa importanti daqs, jew aktar mill-mod kif jinhatar.
Giuda Taddeo Portelli
Posted at 11:36h, 23 JanuaryRagunar Logiku u Legali f’Postu.
L-oktar haga importanti hija li jkun hemm MEKKANIZMU li l-Kummissarju tal-Pulizzija ilun jista JITNEHHA f’kaz li jidhol fi kzur tal-Kostitizzjoni.
Prodit Dr. Franco.
PN please Note.
Mat teo
Posted at 04:34h, 21 JanuaryInteresting post. I agree with all your points.
I am no lawyer but what if I the appointment should be for a specific period (3 years?). This would enable the person to be. Appraised by the parliamentary committee regularly….