
12 Jan 2020 Dan hu l-mument tal-auguri
Dan hu l-mument tal-auguri. Auguri lil Robert Abela u lil Lydia. Ilni nafu snin bhala kollega avukat u niltaqghu kwazi kuljum fl-edificju tal-Qorti, hafna drabi jsellem bit-tbissima solita tieghu u niskambjaw xi battuta.
Ikun hemm zmien ampju ghad-dibattiment politiku u l-kontroversja politika pero’ dan hu l-mument tal-auguri. L-gentlomerija, kordjalita’ u l-korrettezza hekk titlob.
Xi ftit riflessjonijiet oggettivi u fattwali.
Ghaliex rebah? Beda bhala l-underdog allura ghaliex rebah? x’gara waqt l-kampanja?
Semplici hafna – wera vizjoni fejn l-kontestant l-iehor ma wera ebda vizjoni izda hotchpotch ta’ ideat, uhud minnhom mhux fattibbli jew mhux soluzzjonijiet apparti dikjarazzjonijiet militanti li huma l-inqas haga li ghandu bzonn dan l-pajjiz fi krizi akuta. Jista jkun ukoll li kien wisq complacent u ha r-rebha foregranted u kif jigri dejjem dawn huma difetti serji li jafu jdawru rebha kwazi certa f’telfa w disfatta. Nemmen li Fearne beda favorit assolut pero’ ghamel dikjarazzjonijiet dizastruzi fil-kampanja. Li tiddikjara pubblikament qabel l-votazzjoni li diga ghandek c-celebrazzjoniet tar-rebha preparati u tistieden l-avversarju tieghek hija strategija terribbli u inimmaginabbli. Biex ma nsemmux d-dark humor in bad taste tal-epitaffju!
Segwejt, osservajt u nnotajt pero’ ma xtaqtx nitkellem qabel ghax ghandi rispett lejhom t-tnejn. Politikament ghandna opinjonijiet differenti pero’ fuq bazi personali hemm rispett. Osservajt fis-silenzju.
Matul l-kampanja Robert wera hsieb car hafna, vizjoni down to earth u fattibbli adatta ghar-realtajiet lokali u mhux semplici cliches li jidhru sbieh fuq l-karta izda frejjeg fil-prattika. Bla dubju ghenet doppjament l-professjoni t’avukat, l-ewwel nett ghax ghenitu jifhem ahjar r-realta’ u jaghgen vizjoni izda wkoll ghax jaghraf l-valur tal-kelma u l-kawtela kif ghanda tintuza minghajr eccessi. Qed nitkellem ukoll bhala l-persuna li fil-Parlament Malti kont pijunier fir-riforma kostituzzjonali u tal-gustizzja – www.riformagustizzja.com – u nista’ nevalwa ftit aktar minn haddiehor jekk proposti li jsiru ikunux jaghmlu sens o meno!
Inoltre fic-cirkostanzi prezenti gharfien u konoxxenza legali huma essenzjali. L-kostituzzjoni mhux tal-avukati, pero’ hija ligi u ligi suprema li tirregola l-validita’ tal-ligijiet l-ohra kollha tal-pajjiz. Apparti li l-kostituzzjoni tistabbilixxi l-legislatura (Parlament) li tghaddi l-ligijiet u l-qrati li japplikaw l-ligijiet oltre l-kapitlu 4 li huwa dwar drittijiet fundamentali tal-bniedem infurzati fil-qrati. U allura l-kostituzzjoni mhix tal-avukati pero’ nsomma l-hobz trid taghtih lil min jaf jieklu. L-kostituzzjoni intrinsikament marbuta mal-professjoni legali, ovvjament jekk ma rridux nahlu l-hin fuq s-soltu cliches tan-newtralita’ u r-religjon!
Prattikament dak li qed nikteb hawn ghidtulu personalment b’mod telegrafiku meta rajtu l-Belt l-gimgha l-ohra – ‘Robert qed taghmel sens’.
U allura rebah ghax wera vizjoni bi hsieb car u kuncetti konkreti minghajr dawrien mal-lewza u minghajr ma pprova jintghigob ma kulhadd, mentri l-kontestant l-iehor vizjoni, jiddispjacini nghid, ma weriex. Proposti fl-ajru u knee jerk reactions jiddispjacini nghid, mhumiex vizjoni. Hadd ma jiddubita mil-kwalitajiet tieghu bhala ministru u sens ta serjeta’ u rettezza.
Huwa ovvju wkoll li hemm rift kbira bejn l-grupp Parlamentari li kwazi kollu bi hgaru appoggja lil Fearne, u l-grassroots tal-partit li qed jafdaw f’Abela biex johrog lil partit minn din l-fazi mudlama tal-partit. Din tista’ tkun ukoll rabja ghal deputati fil-grupp Parlamentari li naqsu li joggezzjonaw ghas-sitwazzjoni li Muscat halla tiddeterjora sa ma implodiet.
Qed jinftiehem ukoll li dan ma kienx l-kandidat li kien qed jappoggja Muscat u dan skont d-dikjarazzjonijiet ta’ Abela stess li Muscat ried lil Fearne b’Abela deputy Leader. Indirettament allura wkoll moviment tal-grassroots kontra Muscat ladarba Abela ma kienx l-ghazla ta’ Muscat?
U issa xiex?
Issa kulhadd ghandu jittama li, fic-cirkostanzi serjissimi u qaghda kritika tal-pajjiz, dan l-attegjament ta’ moderazzjoni, ghaqal, prudenza u proposti li jaghmlu sens u adatti ghar-realta’ lokali li wera fil-kampanja, issa dan l=-attegjament jghixu u jimplimentah fil-prattika. Dan l-pajjiz ghaddej minn wiehed mill-aktar perjodi kritici fl-istorja tieghu. L-Maltin jixirqilhom ahjar. U wara kollox hemm barra hemm eluf ta’ pesruni ta’ twemmin Laburista li huma serji u tal-affari taghhom li wkoll jixirqilhom ahjar.
Wiehed jista’ jhares ukoll lejn dan kollu minn lenti storika fejn din tista’ titqies bhala rivincita’ storika tal-familja Abela fi spazju ta’ ftit snin fejn Robert rnexxielu jirbah fejn halla missieru George li kien gie t-tieni fl-elezzjoni ghal mexxej mirbuha minn Muscat fl-2008.
L-arlogg ma jitreggax lura pero d-domanda timponi ruhha – with the benefit of hindsight u wara dak kollu li gara, kien ikun ahjar li rebah missieru fl-2008!? U inoltre kellu ragun George Abela ghaxar snin qabel, fl-1998, li ma riedx li Sant imur ghal-elezzjoni filwaqt li George Vella kien appoggja dak n-nhar lil Sant meta dik d-decizjoni kienet swiet lil Malta Labour Party hmistax-il sena fl-opposizzjoni? Huwa kaz tal-familja Abela kellha ragun all along? Bla dubju dan l-pajjiz jiddiskuti fil-jiem li gejjin. . . .
Auguri. Bhala Malti. U xejn aktar.
Keith Zahra
Posted at 16:21h, 12 JanuaryX’vizjoni ura Abela, nghidu ahna fejn qal li jrid jiehu lil Malta sentejn, hamsa ohra?
La Fearne u lanqas Abela ma urew vizjoni, izda offrew soluzzjonijiet ghal problemi tal llum.
PlPn
Posted at 15:05h, 12 JanuaryId delegati wrew bic car li ma riedux li Fearn li kien jghamel parti mil ezekuttiv u allura seta jiehu d decizzjonijiet u ma hadhomx, jerga jkun parti mil establishment.
Id delegati tkellmu.
Issa nittama li Abela jghamel dak li hu sewwa u jara li ssir gustizzja u tohrog il verita.
Ic cavetta tal verita tinsab f idejn Yorgen Fenech.
X ser jghamel issa Robert Abela?