Riformi – liem?

Riformi – liem?

Fl-ewwel diskors tieghi fil-Parlament bhala l-izghar deputat ta’ Gvern Nazzjonalista f’ Mejju 2008 kont tkellimt dwar l-bzonn li jigi introdott d-dritt fundamentali tal-avukat ghal persuni arrestati, li dak z-zmien ma kienx jezisti, u s-separazzjoni bejn r-rwoli gudikanti u dak inkwirenti tal-magistrati. L-ewwel issue ddominat l-agenda legali ghal dwan l-ahhar ghaxar snin kemm fil-Parlament u l-Qrati u l-ohra minkejja li tissemma’ ripetutament ghadha ma gietx implimentata sal-gurnata mqaddsa tal-llum.

Dak kien l-ewwel pass minn mixja li kkulminat f’riforma holistika kostituzzjonali u fil-gustizzja – www.riformagustizzja.com – li kienet konfermata mir-Rapport Bonello, izda li kienet ferm usa, tinkludi l-Ligi dwar l-Finanzjament tal-Partiti, r-rwol tad-deputat Parlamentari u riformi li jikkoncernaw direttament l-Parlament u responsabbilta politika. Proponejt rifomi u ghexthom. Xi riformi jistghu jinkitbu ohrajn wiehed irid jghixhom u jhaddimhom fil-prattika.

Dak z-zmien diskors dwar riformi kont qisni vuci fid-dezert. Zeblih, tghajjir, insulti minn uhud li maz-zmien irrealizzaw li kienu zbaljati u bil-mod l-mod huma wkoll bdew japprezzaw l-valur ta’ dawn r-riformi. Fl-ahhar snin l-kelma ‘riformi’ saret moda, anke ma’ min forsi ma jlkollux idea fuqiex qed jitkellem.

Ghax minn estrem issa morna ghal estrem iehor fejn sahansitra l-karta tar-‘riformi’ saret tintlaghab bhal tattika ta’ konvenjenza anke sabiex wiehed jiddevja l-attenzjoni. Jekk pazjent jinsab f’nofs operazzjoni ma tistax titkellem kif se tibdel l-procedura izda trid tiffoka fuq l-operazzjoni. Pajjizna jinsab stendut miftuh berah f’nofs operazzjoni.

Dan MHUX zmien r-riformi, ghax l-problemi huma fondi hafna aktar minn hekk, u kull diskors dwar riformi huwa sahansitra perikoluz JEKK uzat bhala diversionary tactic. Ghaliex?

1. Ghax fil-verita’ minn meta jien bdejt nitkellem dwar riformi kostituzzjonali sal-llum, hafna minn dawk r-riformi fil-fatt saru u hadd ma nduna. U hadd ma nduna propju ghaliex gew amministrati hazin. L-mod ta’ kif jinhatru l-imhallfin huwa a case in point. L-bidla fil-metodu tal-hatriet tal-gudikati kienet proposta tieghi (2011) li ttiehdet on board fir-Rapport Bonello u implimentata (2015). Hija tajba pero’ thaddmet hazin. Jekk tithaddem b’aktar ghaqal hija perfetta ghax tohloq bilanc ghaqli u gust. M’hemmx x’tibdel. M’hemmx xi zzid. Li tnehhi l-politiku mill-equation tal-hatra kif qed ikun propost mhix haga tajba – fl-ahhar mill-ahhar huwa l-politiku li ghandu responsabbilta u jrid iwiegeb ghal ghemilu mhux biss quddiem l-Parlament izda wkoll quddiem l-elettorat. L-posizzjoni tal-gudikanti hija differenti. Dan hu ezempju ta’ riforma li saret u hadd ma nduna, li saret sew u hadd ma nduna, izda li ghandha tithadem ahjar. Hemm differenza bejn li ligi tinbidel u li tihaddem ahjar.

2. Jekk riforma hija tajba u tbaghbas maghha u jekk ligi hija tajba u tbaghbas maghha minflok ‘l quddiem tmur lura. Jekk jehtieg bidla fl-attegjament u taghmel bidla fil-ligi taghmel froga. F’hafdna oqsma bidla fl-attegjament hemm bzonn mhux bidla fil-Ligi. Mil-banda l-ohra bidla fil-Ligi li ma tigix implimentata in bona fede ma tiswa xejn. C-cirkostanzi partikolari jiddettaw li l-pajjiz irid jiffoka kif jigu osservati l-ligijiet prezenti aktra milli kif se jimbarka fuq bidliet ! Kull energija ghanda tkun dedikata lil infurzar!

3. S-sitwazzjoini prezenti turi li l-aktar li jehtieg b’urgenza hija kultura ta’ responsabbilta’ politika u kontabilita’ li ma tehtieg ebda riformi legislattivi. Wara kollox Muscat riformi ghamel imma xorta s-sitwazzjoni marret ghall-aghar !

4. Kull min jitkellem dwar ‘riformi’ ghandu jispecifika xiex u kif ghax facli wiehed ifajjar bl-addocc, jippontifika qisu xi espert meta fil-verita’ ma jkollux idea. Proponejt, ktibt u ghamilt kampanja dwar l-Ligi tal-Finanzjament tal-Partiti li eventwalment dahlet fis-sehh. Qed tigi infurzata? Qed tigi osservata? U allura filwaqt li facli wiehed jipproponi finanzjament mill-istat bhllikieku xi ilma mbierek li jfejjaq d-dnubiet – x’garanzija hemm li dawn ma jigux abbuzati!? proposta sabiha fuq l-karta izda fil-prattika?

5. Certi proposti jidhru grandjuzi fuq l-karta izda ma jahdmux fil-prattika u sistemi li jahdmu f’pajjizi ohra mhux necessarjament jiffunzjonaw lokalment. Hafna mil-proposti li fformulajt – kemm dawk implimentati kif ukoll ohrajn li ghadom le – mhxu biss kienu tailormade ghar-realta’ lokali izda wkoll frott ta’ hidma u esperjenza diretta ta’ kuljum fil-qrati bhala avukat u fil-Parlament bhala deputat. Dawn l-proposti u ligijiet implimentati huma rilevanti llum aktar minn qatt qabel.

Bhala ezempju se nsemmi l-fantasija tal-Kummissarju mahtur b-zewg terzi hija kummiedja ohra. Li tghid li Kummissarju tal-Pulizija jinhatar bit-two thirds tkun qed tistma lil Prim Ministru daqs tifel tal-kindergarten ghax mhux fdat jahtar Kummissarju tal-Pulizija m’ghandux ikun Prim Ministru. Imbaghad jekk jinhatar bit-two thirds flok ikun obbligat lejn l-gvern ikun obbligat lejn l-Opposizzjoni wkoll – hekk jahdmu l-affarijiet Malta. U jekk jizbalja min se jikkritikah, ghax t-tnejn ikunu qablu – jigi untouchable!?

Persuni eligibbli ghal Kummissarju ma jkunx hemm aktar minn tlieta, erbgha. Prim Ministru li mhux kapaci jaghmel l-ghazla tajba minn fost erba’ min nies m’ghandux ikun Prim Ministru. U l-poplu ghandu jipprotesta. Full stop. U jekk Prim Ministru mhux fdat jahtar Kummissarju allura x’inhu xoghlu?

Kulhadd ifajjar bl-addocc u kulhadd isir espert f’minuta. Ovvjament ghal min ma jifhimx din tat-two thirds tinstema sabiha. Fil-verita’ froga.

6. Nista nirrepeti dak li ghidt fil-Parlament fil-25 ta’ Jannar 2012: “Mr President, very often in any society everything resolves itself as to who would shoulder responsibility, carry the blame and suffer the punishment. It would be farcical if we say we are embarking on constitutional reforms without seriously initiating the culture of shouldering responsibilities. We cannot go for constitutional re­forms in the situation we are in today where no one shoulders political responsibility.

“How can we go for constitutional reforms? Where are we going? Since when is constitutional reform not mainly about us, about government and about those who wield political power? Or are we going to carry out constitutional reforms as fake and superficial ornamentations?

“It’s useless saying we’re going for constitutional reforms or some committee or anything of the sort. It’s not the paper that is important but actual practice. At times, even in a systematic manner, as I have already explained, in order for one person to avoid the blame, someone else ends up un­justly carrying it in his stead And when no one from the administration shoulders political res­ponsibility, ordinary citizens end up suffering the consequences so that files are closed and cases declared concluded.

“In this situation one cannot embark on serious and credible constitutional reforms. Constitutional reforms are not about mice or cockroaches but mainly about politicians, about people who wield power, about judges and magistrates, about ministers and about Parliament. What are we talking about here? About some other parallel universe?”

Konkluzjoni – Meta jien kont bdejt nitkellem dwar riformi l-Parlament kien ghadu bir-radju u Ligi dwar l_awtonomija tal-Parlament ma kinetx tezisti, l-Parlament kien stmat qisu dipartiment tal-Gvern, ma kienx hemm l-qasma tal-Avukat Generali, ma kienx hemm Ligi tal-Finanzjament tal-Partiti, la dritt tal-avukat u ruzzmata affarijiet ohra ma kienux jezistu.

Hafna ma ndunawx li sadanittant dawn saru u l-punt KRUCJALI mhumiex r-riformi izda kif se jithaddmu. L-kontabilita u responsabbilta’ politika jistghu jigu infurzati minghajr riformi legali PERO’ riformi legali huma inutli minghajr reslonsabbilta u kontabilita politika.

Fl-ahhar nett nemmen li d-dibattiment politiku attwali huwa kompletament off track. L-problemi tal-pajjiz imorru ferm oltre minn semplici riformi – immaginarji jew m’humiex. Bizzejjed wiehed ihares lejn pajjizi ohra biex wiehed jara l-mod kif s-socjeta’ u l-poplu indirizza sitwazzjonijiet jixxiebhu. U s-soluzzjoni ma kinetx riformi.

Naqbel ukoll li fic-cirkostanzi partikolari tal-pajjiz gharfien legali huwa utli u essenzjali mhux biss biex wiehed jifhem s-sitwazzjoni izda wkoll biex jaghraf jimmanuvra gol-labirint mudlam li dan l-pajjiz jinsab sfortunatament fih.

Izda mbaghad lil kull min isemmi riformi qisu ghandu xi bakketta magika, jekk joghgbok, ghidilna kif u liem. Fil-Parlament ipprotestajt pero’ ma waqaftx hemm – offrejt soluzzjonijiet ghal kull issue li dwarha protestajt – www.riformagustizzja.com.

Riformi? Liem? Akkost li jidher li qed isir xi haga dan l-pajjiz m’ghandux ibaghbas fejn m’hemmx bzonn sempliciment biex taparsi qed isir xi haga.

S-sena t-tajba lil kulhadd.

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.