
26 Mar Kwoti fil-Parlament
Joseph Muscat ghadu kif habbar proposti dwar kwoti tan-nisa fil-Parlament. Xi jfisser dan? L-ewwel nett – forsi ghal Muscat mhux kwoti, pero ghal kumplament tan-nies f’sensihom huma kwoti, jghid x’jghid Muscat.
1. Illum Malta qalghet hasla papali fil-Parlament Ewropew u wiehed jista’ jargumenta li dawn l-proposti gew varati llum bhala smokescreen. Kull meta jkun hemm dibattitu jahraq fil-Parlament Ewropew dejjem b’xi storja – jew t-tonn, jew oht Simon, jew l-proposti . . . nxommuk minn siegha boghod Guz . .
2. Muscat irid li fil-kampanja elettorali li qeghdin f’nofhsa ma nitkellmux dwar affarijiet ohrajn izda dwar riforma li MHUX POSTHA ssir f’nofs kampanja elettorali. Diskussjoni bhal din issir bil-kalma b’mod oggettiv u spassjonat u mhux f’nofs kampanja elettorali. Mela dawn affarijiet tal-ghaggla?;
3. Wahda mill-ikbar pjagi f’dan l-pajjiz zghir hija li l-politika tinvadi l-hajja tal-individwu mit-twelid sat-tebut. Familiarity breeds contempts u wahda mill-AKBAR problemi hija l-kunfidenza ZEJDA bejn l-politiku u c-cittadin bil-konsegwenzi kollha li dan igib mieghu;
4. Din l-kunfidenza zejda hija konsegwenza tal-fatt li meta mqabbel ma pajjizi ohra ghandna Parlament KBIR WISQ. Deputat fl-Ingilterra jirrapprezenta circa 70,000 ruh filwaqt li f’Malta deputat jirrapprezenta madwar 5,000 ruh. Fl-Ingilterra distrett ta’ circa 70,000 ruh jeleggi deputat wiehed, mentri f’Malta minn distrett ta’ 25,000 votant jitilghu hames deputati. Difficli trabbi kunfidenza jew intimita’ zejda ma 70,000 ruh, pero ma’ 5,000 ruh ftit aktar facli. Huwa DAN s-sors ta’ klijentelizmu sfrenat u nepotizmu epidemiku fis-socjeta’ Maltija.
5. L-inqas haga li ghandu bzonn dan l-pajjiz, diga mifni bil-politika kull fejn thares hija li, ghal xi skuza jew ohra, nzidu aktar deputati jigru mas-saqajn. Bir-riforma li ssemmiet llum u jekk deputati jigu full-time tista’ tistenna li kif tkun se taghtas se jitfacca xi deputat joffrilek tissue! Tenut kont tas-sitwazzjoni politika f’dan l-pajjiz d-daqs tal-Parlament ghandu jew ma jintmess xejn, jew idealment jiccekken peress li diga kbir izda zgur li M’GHANDUX jikber!
6. M’ghandix dubju li kif diga kien hemm, se jkun hemm ohrajn aktar esperti minni li jitrrattaw dawn l-proposti mil-lenti tan-nisa nfishom u kif ihossuhom b’dawn l-mizuri. Minghajr kwoti hemm nisa li ghamlu hafna success u dawn ghandom ikunu role models, dawn huma nisa li jhossuhom offizi bil-kwoti;
7. Lanqas ma jien se nidhol ghalissa fuq l-aspett xejn demokratiku li wiehed ibaghbas mal-komposizzjoni tal-Parlament ghax qed nifhem li jekk xi darba tghaddi din tidhol fis-sehh wara l-elezzjoni li gejja. Ma nimmaginax li xi hadd jghaddilu minn mohhu jbaghbas fil-komposizzjoni ta’ Parlament bejn elezzjonijiet. L-komposizzjoni ta’ Parlament tigi determinata BISS f’elezzjoni generali li hija l-qofol tal-espressjoni demokratika tar-rieda tal-poplu. Li tbaghbas mal-komposizzjoni ta’ Parlament bejn elezzjonijiet hija xi haga li l-aghar DITTATURI fid-dinja lanqas biss joholmu;
8. Kien hemm min kien jghid li l-Kostituzzjoni karta tal-incova jew xi haga simili. Qatt daqs illum ma giet trattata b’dan l-mod. Chewing gum – igebbdu fiha mhux skont l-bzonn imma l-kapricci.
9. Dan l-pajjiz ghandu jara x’inhuma l-ezigenzi tieghu mhux dawk ta’ Muscat! Seba snin ilu kont issuggerejt Parlament izghar ta’ deputati full-time. L-Parlament taghna diga kbir. L-aghar haga li tista tigri huwa li jkompli jikber.
Punt zghir tal-ahhar – tistaghgeb u tinxef kif hawn min jifhem f’kollox u kif f’hakka t’ghajn uhud isiru esperti kostituzzjnali wkoll!
Kok
Posted at 21:42h, 26 MarchDwar punt 3: naf wiehed politiku tefawh duq spallejhom ic cittadini bkunfidenza zejda fl 2013
Albert Attard
Posted at 21:30h, 26 MarchGhala l-gender quotas jissemmew biss fost il-politikanti u pozizzjonijiet tax-xoghol gholjin? Kif hadd ma jsemmi gender quotas ghal xogholijiet bhal bennejja, kenniesa, dawk li jigbru z-zibel? Dawn mhux nies ukoll? Mhux xogholijiet importanti ghas-socjeta`?! Hela ta’ hin, rizorsi u ipokrezija ghat-taparsi qed jahdmu favur in-nisa mentri dawn il-mizuri m’huma xejn hlief ta’ diskriminazzjoni u dispregg lejn kulhadd.
Kevin Cassar
Posted at 20:42h, 26 MarchSuperfluwu kull impenn biex nikkritikaw li qed jigi introdott prezentement, oppozizzjoni inezistenti, monopolju politku fil veru sens tal kelma, lanqas jekk illejla fl ahbarijiet tat tmienja jissieheb muscat magenb keith demicoli u jistqarr li hu verament korrot u li dan kollu li qed jintroduci( drittijiet civili, dil mizurq farsa t hawn fuq) huma biss paraventu, ghaliex fl 2022 il PL jerga jissieheb fit tmun b rekord iehor.
Ninsabu f morsa bhala votanti, ghazla m hemmx,
Uija, l aqwa zmien ta pajjizna ghadu gej,
ha ntih cans jigi.