
05 Feb Ingravata blu
Jien u Muscat trabbejna f’ambjent fejn dak kollu li kien Nazzjoanlist kien sublimi, high class u elite. Trabbejna fl-istess skola fl-istess klass. L-karattru tal-persunima jiffurmax ta’ tletin sena izda ta’ hames, ghaxar snin.
U Muscat meta wiehed jigi biex janalizzah isib li dak l-karattru li fforma t’ghaxar snin ghadu llum. Jilbes ingravati blu. L-politika ta’ Muscat tista’ tinghasar f’kuncett wiehed – dak kolu li kienu jafu jaghmlu l-P.N. hu jaf jaghmlu WKOLL. Speci ta’ kumpless ta’ inferjorita b’difett ckejken. Aktar iffoka li jamplifika l-hazin milli t-tajjeb.
Jekk fil-Plannin taht l-P.N. kien hem l-eccessi , Muscat ried juri li anke hu jaf jabbuza minghar konsegwenzi. Fil-hatriet ta’ positions of trust, fejn irrid nghid l-P.N. kellu marda dejjem l-istess ucuh, Muscat ried juri li anke hu kapaci jaghmel l-istess haga. U miljun haga ohra. Ndum nsemmi s’ghada.
Dan hu l-karattru li fforma Muscat meta kellu ghaxar snin. U l-karattri jghidulna l-esperti ma jiffurmawx ta’ tletin, jew erbghin izda ta’ hames, ghaxar snin.
Muscat gab l-Labour jimita lil P.N. f’hafna affarijiet. Jekk dawk kienu kapaci jabbuzaw ahna mhux inqas!
Gid sar u sar hafna gid. Kieku ma kellux bniedem ma djulu li mohhu jahdem biss x’se jakkwista Muscat kien ikun storja ta’ success imma dik darb’ ohra.
Issa jien ktibt blog u xi Laburisti, mhux kollha, anzi ammont zghir hafna, iridu jikkupjaw lil PN u bdew jattakkaw. LI mhux jindunaw li waqghu f’nassa perikoluza. Meta certi Nazzjonalisti kienu jattakkawni b’certu mod jien kont deputat li qed niehu posizzjonijiet partikolari fil-PARLAMENT mhux cittadin komuni li sempliciment ktibt Blog
Prosit Joseph – rnexxielek kif dejjem xtaqt taghmel mil-Labour clone tal-P.N., bl-ingravati blu b’kollox. Hasra li qed tikkopja mudell li l-poplu ipprotesta kontrih b’rabja kbira!
S-sahha ta’ Muscat illum mhix l-ekonomija, jew kif kien jghid Gonzi l-finanzi fis-sod. S-sahha ta’ Muscat illum hija l-fatt li m’ghandux Opposizzjoni. Dik hija s-sahha ta’ Muscat u d-djghufija ta’ socjeta li sfortunatament tant hi dghajfa u niexfa mill-ideat li jirnexxiela tipproduci biss alternattiv wahda – li ovvjament ma hi alternattiva xejn.
Sorry, the comment form is closed at this time.