05 Feb Ghaziz Manwel Delia thallatx affarijiet
Manwel Delia jaqbel mieghi fuq hafna affarijiet u anke jien pero’ sfortunatament ghadu ma jafx jeghleb t-tentazzjoni biex jipprova jniggez bla bzonn xi minn daqqiet. Hekk ghamel ftit granet ilu. M’ghandix dubju li Manwel Delia jaf li jien ifformulajt riforma tal-gustizzja u kostituzzjonali – www.riformagustizzja.com – pero’ ghazel jargumenta bhallikieku ma jafx. Ma jimpurtax. Freedom of expression.
Issa llum ghazel li jaghmel paragon bejn r-reazzjoni ta’ Muscat lejn dak li ghidt jien u dak li qalet Daphne.
Issa l-ewwel nett Daphne illum m’ghadiex maghna u l-sitil tieghi dejjem kien li nsemmiha mill-inqas kemm ilha li giet nieqsa ghax ovvjament ma tistax twiegeb. Kif jaf kulhadd ghax iddikjarajt pubblikament spiccajt maghha on good terms meta tkellimna fuq t-telfon wara li cemplitli hi, jien kont fuq train lejn Amsterdam, u spiccajna on good terms.
Pero’ l-argument li qed jaghmel Manwel Delia ma jregix. Ghaliex?
Ghax l-ARGUMENT li ghamilt jien, argument politiku bbazat fuq fatti li jinsabu fid-dominju pubbliku u l-allegazzjoni ta’ FATT li kienet ghamlet Daphne huma ferm differenti minn xulxin. Bizzejed wiehed japprezza d-distinzjoni bejn ARGUMENT u FATT.
L-allegazzjoni ta’ Daphne kienet wahda specifika ta’ FATT – li Egrant kienet tas-sinjura Michelle. Full stop. Dak li ghidt jien dwar l-istess suggett huwa ferm differenti ghalkemm huwa negattiv fil-konfront ta’ Muscat.
Issa halli nghidilkom. Jien lbierah sas-siegha ta’ filghodu wara gurnata Qorti u ufficcju bil-pacenzja kollha ergajt ghal xi t-tielet darba qrajt l-konkluzjonijiet Egrant mill-magistrate metikoluz u kliniku. Ma rridx nidhol f’dettall pero’ kien hemm inkonsistenzi kbar. U nieqaf hemm.
Nsostni dak li ghidt li l-allegazzjoni kif saret minn Daphne jekk kellha f’idejha dawk l-provi biss esebiti fl-inkjesta ma setghetx issir. L-inkjesta lanqas stabbiliet dawk d-declaration of trusts minn fejn gew u min provdihom lix-xhieda tal-inkjesta.
Pero’ u hawn l-punt, ma jfissirx li ghax l-inkjesta kienet inkonklussiva, wiehed m’ghandux dritt jikkummenta jew jasal ghal konkluzjonijiet kif fil-fatt wasalt jien. Ovvja li ghand rispett lejn l-konkluzjonijiet tal-inkjesta pero’ l-kapitlu mhux maghluq! Basta wiehed ma jitfixkilx f’saqajh u jaghmel argumenti validi, legittimi u bazati fuq li hemm fid-dominju pubbliku jew informazzjoni korretta.
Ghidt ukoll li daphne kella hafna materjal li kieku ntuza b’ghaqal u strategija kien ikun ta’ dannu sostanzjali ghal Labour fl-ahhar elezzjoni pero fl-umli fehma tieghi ntuza hazin.
Amadeo
Posted at 11:43h, 06 FebruaryFranco, l-ewwel haga prosit ghax hrigt onqok ghal pajjizna.
It-tieni…jekk joghgbok thalliex IL Muscat jeghrriqna izjed. Nahseb li hawn hafna qedin jiddependu minnek.
Grazzi ta kollox.