L-izball ta’ Daphne dwar Egrant

L-izball ta’ Daphne dwar Egrant

Fi Blog ricenti ghadni kif ghamilt argument politiku dwar kif Egrant hija ta’ Muscat jew xi hadd qrib tieghu sew.

Daphne – l-Bambin jaghtiha l-mistrieh ta’ dejjem – ma kienetx intelligenti daqs kemm tahseb. Ghaliex ? Ghax f’tal-Egrant ghamlet zball li qatt ma kella taghmel – mill-argument qabzet ghal FATT. Zball fatali li kisser lilha u l-P.N. u dan meta kieku llimitat ruhha ghat-territorju tal-argument setghet tirbah hafna punti ghaliha u ghal min rikeb fuq l-karru taghha.

Nghiduha kif inhi ahna m’ahniex nies imbecilli jew idjoti. Jekk min waqqaf t-tliet kumpaniji kien qal li l-isem tas-sid tat-tielet kumpanija kien se jaghtih fuq Skype ghax jidher li kien sensittiv aktar mill-Kasco u Konrad allura ftit hemm fejn wiehed jista’ jmur. Thaddem mohhok u tasal min hu mahmug pesti u min hu nadif. Kif appena wiehed japplika r-raguni malajr jasal ta’ min probabbli hija Egrant. Elementari kwazi. U fil-politika l-probabbli jghodd diment li tibqa’ fit-territorju tal-argument.

Qed nitkellmu fuq ministru u chief of staff tal-Prim Ministru. Min jista’ jkun persuna aktar sensittiva minn dawn t-tnejn? Ftit hemm fejn tmur. Dan huwa argument legittimu. Ma hemm bzonn ebda inkjesti ghax hadd ma hu qed jaghmel allegazzjonijiet dwar fatt. L-argument jindika d-direzzjoni inkriminanti pero jieqaf hemm, ma jaghmilx l-izball fatali li ghamlet Daphne meta ghamelt allegazzjoni ta’ FATT – Egrant hija ta’ Michelle. L-argument jista’ jsir, l-fatt ma jistax jigi allegat minghajr prova konkreta.

Jien nemmen li b’dan l-argument biss, per ezempju, minghajr l-esagerazzjonijiet, allegazzjonijiet mhux pruvati jew sostanzjati u xinxilli li ziedet Daphne, l-Labour jista’ jiehu daqqa ta’ harta serja fl-elezzjoni li gejja tal-MEPs – vot ta’ protesta fejn l-voti jmorru fuq partiti zghar, godda jew kandidati indipendenti.

Jekk l-allegazzjoni Egrant tinzamm fit-territorju tal-argument minghajr ma jigi invaz t-territorju tal-fatt tista’ tkun ta’ ugigh ta’ ras kbir ghal Labour ghax tiehu hajja gdida bla mittiefsa mit-toqol li ggib maghha allegazzjoni ta’ FATT. Ironikament meta Daphne fajjret allegazzjoni ta’ FATT meta ma kellix prova l-Labour hadu r-ruh! – issa ppruvaha jekk ghandek hila! Kif appena Daphne ghamlet dak l-pass zejjed kif kellha habta taghmel – kissret kollox!

Nemmen li fl-elezzjonijiet tas-sena d-diehla l-issue Egrant se tkun centrali hafna aktar milli kienet fl-ahhar elezzjoni generali.

Diment li tibqa’ fit-territorju tal-argument m’ghandekx bzonn inkjesti u mutetti gahx inti qed tuza r-raguni u l-logika pero’ kif appena taghmel allegazzjoni ta’ FATT tiskatta regola fundamentali – min jallega jrid jipprova. Jien nista ngib hafna argumenti dwar cirku zghir hafna ta’ persuni ta’ min jista hi Egrant u jkunu argumenti legittimi bbazati fuq informazzjoni pubblika u konfermata pero kif appena naqbez c-cint tal-argument u naghmel allegazzjoni ta’ FATT – li Egrant hija ta’ Cikku jew Peppa hemmekk nkun tghabbejt b’piz enormi li jekk ma noqghodx attent jghaffigni sakemm ma jkolix provi konkreti.

Dan kien l-zball fatali ta’ Daphne – mit-territorju tal-argument qabzet ghal dak perikoluz u oneruz tal-allegazzjoni dwar FATT.

3 Comments
  • Ernest Meli
    Posted at 19:43h, 01 February

    Kollox sew Dr. Debono. Imma Dan li qed tajd huwa kollu ta xejn Jew irrelevanti ghax ftit Huma in nies li jafu li ghandek blog wisq anqas jaqrawh.

    Il mistoqsijja hi jekk illejla intix sejjer titbaqbaq u tisfratta il program ta xarabank Jew intix sejjer ikla Da Pippo tgawdi il flus li qlajt bhala kumissaru?

    • Franco Debono
      Posted at 20:40h, 01 February

      Dan il-Blog illum biss rawh eluf ta’ nies.

  • Frank Bowman
    Posted at 17:35h, 01 February

    Nista nifhem dak li qied tghid ….biss ghalfejn qied tqajjem dan l’argument ISSA??? ….. wara li gie appruvat li l-PM jew familija ma’ hemmx provi li ghandhom x’jaqsmu ma’ l’Egrant …… kliem jew argument zejjed – nahseb jien 🙂