
01 Feb Ghalfejn dan l-fuss?
Lbierah ktibt blogpost semplici hafna u jidher li qam kjass. Kont esprimejt l-istess hsibijiet xi xhur ilu u hadd ma qal xejn! M’inix nifhem ghaliex u se nispjega.
L-ewwel nett l-inkjesta Egrant li saret minn magistrat rispettat ma kkonkludietx la ta’ min hi Egrant, la ta’ min zgur mhix u allura kienet inkonklussiva. Ghalekk jekk xi hadd kien allega li Egrant hija ta’ Michelle Muscat zbalja jekk ghamel hekk u ma kellux provi. Dan ktibtu u nerga’ nirrepetih. Full stop.
L-argument li ghamilt jien kien kompletament differenti. L-ewwel nett ghamiltha cara li kien argument politiku mhux legali. Nahseb naf bizzejjed d-differenza bejn argument politiku u argument legali. Argument politiku ibbazat fuq dak li nafu mid-dominju pubbliku.
Ghax nghiduha kif inhi – din l-imbierka Egrant ta’ xi hadd hi! U jien ghamilt argument politiku bbazat fuq dak li jinsab fid-dominju pubbliku.
Halli ghallinqas niccaraw punt – l-hsieb, li wiehed jahseb, jirraguna u jargumenta huwa permess f’dan l-pajjiz hux hekk? L-argument tieghi jirrispetta pjenament r-rizultanzi tal-inkjesta Egrant pero’ jargumenta fuq binarji differenti. Wara kollox l-inkjesta kienet inkonklussiva – minn dak li nafu sa issa ghax l-inkjesta nfisha ghada qatt ma giet pubblikata.
Ovvjament jien m’ghandix fatti oltre dawk li diga jinsabu fid-dominju pubbliku, pero’ mohh biex nahseb ghandi wkoll u dritt nitkellem ghandi wkoll! Jidhirli ghandi dritt naghmel argument hux hekk!?
RITA
Posted at 12:17h, 02 Februarymeta titkellem ghandek tghid li huma hsibijietek ghax il piennisti li int ghadek tant thobb ikunu qed jgharblu u jdawwru kull kelma li tinkiteb biex minghalijom ifarrku kap ta pajjiz .. misskom tisthu … u jekk kif ktibt int tfajt dubju fuq l egrant iva allura tfajt dubju fuq il familja muscat ergajt li oramai hadd ma hu jemminkom jew ahjar min hu genwin ma ghadu jemmen li l egrant hija tal pm u familtu intant dak li ma jridux jitolbu skuza qed jghatu lok ghal pm li jkompli bil lebell tieghu u jghamel sew u jekk jehlu tal gidba li gidbu allura issa ma jmorrux jibku li l pm ta malta joseph muscat kompla bil libell ghax hu offrilhom optzjoni ohra li huma ma accettawiex ..
saviour magro
Posted at 01:14h, 02 FebruaryDr.Franco li tghamel argument u titkellem, mhux ghandek dritt titkellem, imma fi dmir li titkellem bhala cittadin. li tohloq dubju ghandek dritt? Iva ghandek dritt ukoll specjalment jekk qid tiddefendi klient fil-qorti ghax b’dak id-dubju taf tirbah kaz u ghalkemm l-akkuzat ikun il-vera il-persuna responsabbli mi reat il-qorti bi sahha tal benefficju tad dubju tilliberah, ghax ma kienx hemm provi jew fatti bizzejjed,
Biss fil-politika il-probabilita hi li jigri bil-maqlub, jekk tara fil-kazi precedenti hafna politikanti batew imhabba kull forma ta dubji li inholqu hafna drabi min nies ta madwarhom stess u mhux bilfors mill kamp oppost u dan akkost ta kollox ghal kilba tal-poter u ghira. Nghid ghalija jien ma tghogobniex u ma nuzahiex forsi gax minex politikant, hafna politici juzghawa jghamlu huma! affari taghhom!!.
Alla jahfrila Daphne hekk ghamlet,anzi ghamlet iktar minn hekk ghax ghalija il mod kif holqot l-istorja kwazi kwazi li anke jien gejt fi dubju, imma x’gara! ghal darba fil-politika gara bil-maqlub! li ghalkemm il Priministru u familtu batew mentalment u emmozjonalment ir-rebha elettorali kienet tfisser li dak id-dubju minghajr provi jew fatti ma giex emmnut,
il-punt tieghi xhinu Dr.Franco?li filwaqt Daphne kella il gazz sa certu punt tippunta subajha lejn il PM u ma nemminx li qed tghid int li ma kienitx inteligenti, Hi kienet taf li il PN kien ha jkollu disfatta kbira u ippruvat tghamel listorja awtentika u veritiera kemm jista jkun ghax hekk biss setgha il PN b’SB jipprova jersaq lejn il-likk, strategija iddentika ta RCC, int Dr.Franco taf xi tfisser din it-tip ta stregija hux veru?
u inti Dr. Franco jekk ma jimportax insaqsik inti xtippreferi tohloq id-dubju biss u tieqaf hemm!ghax hekk tghajtni xnifem, ghaliex! hu sabih jew interessanti li tohloq dubju?U xhinuma l-asspirazzjonijiet tieghek il-quddiem Dr. Debono fejn trid tasal? Naf li inti sajjied tajjeb kemm fuq il-bahar u kemm fuq l-art.
jien gieli imur niekol buffet u nitfixkel niekolx laham jew hut meta kilthom it-tnejn ghamluli id-deni!!il-probalita li hawm min le!!