
31 Jan Parlament izghar – deputati full-time
Issa qisu se jibda dibattitu fuq deputati full-time u kif ghandom jithallsu.
Issa lura fl-2012 jien kont diga ssuggerejt Parlament izghar ta’ deputati full-time, war li ghamilt erba’ snin nitkellem fuq Parlament aktar modernizzat u dinjita’ akbar ghad-deputat Parlamentari.
Issa ovvjament stennew jibda hiereg l-gherf fejn kulhadd isir espert kostituzzjonali u ta’ materji Parlamentari.
Forsi qabel r-radd tas-salib noftakru s-segwenti. L-ingilterra minn fejn writna s-Sistema taghna ghandom 650 kostitwenza. Kull kostitwnenza fiha bejn wiehed u iehor SEBGHIN ELF (70,000) VOTANT u kull kostitwenza teleggi DEPUTAT WIEHED BISS.
F’Malta kull kostitwenza fiha bejn wiehed u iehor HAMSA U GHOXRIN ELF (25,000) VOTANT u kull kostitwenza teleggi HAMES deputati. Kull distrett elettorali fl-Ingilterra huwa tliet darbiet ikbar mnn distrett Malti u kull distrett Malti jeleggi hames deputati meta fl-Ingilterra jeleggi wiehed.
Kull deputat Ingliz prattikament jirraprezenta 70,000 ruh. Kull deputat Malti prattikament jirrapprezenta 5,000 ruh (25,000 maqsuma bejn hames siggijiet f’kull distrett)
Ghandna Parlament kbir fejn sfortunatament uhud li m’ghandomx x’joffru jispiccaw gewwa qas biss jafu kif u min ghandu x’joffri jispicca barra!
Tant biex nifhmu li d-diskussjoni trid tibda mhux minn paga ahjar imma minn Parlament izghar. Parlament izghar.
Ovvjament issa din se jkolli nirrepetiha xi miljun darba qabel imbaghad nistenbhu u kulhadd jibda jghid kemm ghandi ragun, bhas-soltu!
Irrepetu warajja – Parlament izghar, Parlament izghar, Parlament izghar . . . .. . . .
Sorry, the comment form is closed at this time.