
30 Jan Issa jekk ghandek hila ghamilli libell
Bosta snin ilu f’pajjiz zghir mifni bil-korruzzjoni hafna ‘l boghod minn hawn, kien hemm avukat well connected mal-Gvern tal-gurnata u kellu hafna klijenti midhla tal-poter. Ohrog l-ghageb u kulhadd staghgeb meta ibnu beda jahdem avukat tal-fqar. U kulhadd staghgeb u qal – ‘Imma dan kif missieru ghandu dawk l-klijenti kollha u hu mar jahdem avukat tal-fqar!? Din kif tista’ tkun? Din haga stramba hafna.’
Ghax ghandkom tkunu tafu li f’dak l-pajjiz mbieghed u f’dawn z-zminijiet l-avukati tal-fqar kienu mhallsa bis-soldi mill-istat – kwazi hadd ma kien jithajjar jidhol ghal dak l-piz bi hlas mizeru mill-istat, ahseb u ara bin avukat mustaccun li kellu klijenti jistghu u b’sahhithom. Spjegazzjoni wahda kien hemm u din kienet fuq fomm kulhadd – missieru kien jahdem fil-kawzi civili imma hu xtaq jahdem f’tal-kriminal kawzi ta’ habsijiet u pulizija, u tal-fqar kienu jahdmu f’dan x-xoghol u kien hemm min jipprova jaqbad b’dak l-mod.
Imma gara wkoll f’dak l-pajjiz mbieghed hafna ‘l boghod minn hawn illi kien hemm ftit avukati jahdmu f’tal-kriminali, kollha mustaccuni, gentlomi u tal-affari taghhom jirrispettaw lil klijenti u lil xulxin. Wiehed minnhom kien nzerta bin l-haddiem li gharaq l-gharaq ta-demm biex infiltra f’arena li kienet minn zmien zemzem dominata minn ftit nies hafna drabi b’ufficcji jintirtu. U dan t-tali bin l-haddiem kien intelligenti pero kellu qalbu tajba hafna u hafna u kien jirrispetta hafna lil shabu u hsiebu kif tirrenja l-paci u s-serjeta’.
Mela darba fost l-ohranjn dan t-tali avukat kellu informazzjoni li dak l-avukat tal-fqar li missieru kellu hafna klijenti ta’ poter kien qed jitlob l-flus lin-nies li suppost kien qed jahdmilhom tal-fqar u ta’ bniedem qalbu tajba li kien minflok ghamel rapport ghax din kienet haga kontra l-Ligi sab l-missieru u b’irgulija kbira fetahlu ghajnejh. U qallu ‘Isma habib tieghi, kellem lil ibnek ghax hekk u hekk ma smajt, ma nafx jekk hux vera pero hemm min qed jghid li ibnek jahdem tal-fqar u qed jitlob l-flus u dik kontra l-ligijiet.’
Ohrog l-ghageb ftit gimghat wara dak ma baqax avukat tal-fqar, jew irrizenja jew telaq jew ma regax gedded l-kuntratt! L-ambizzjoni li jahdem fil-kriminali kienet sfaxxat fix-xejn. U hadd ma nduna jew ta kaz hlief dak l-avukat ta’ qalbu tajba li kien gibidlu l-attenzjoni li ta’ seqer li kien nduna li kien hemm reazzjoni.
U dak l-avukat li kien tal-fqar tefa’ kollox warajh imma missieru li kien bniedem li kellu fama ta’ bniedem vendikattiv u krudili u kien joboghdu u jibza’ minnu kwazi kulhadd baqa’ baqa’ sakemm prova jpattihielu skont li kien jemmen ghajn ghal ghajn u sinna ghal sinna. Imma anke hawn falla.
U dak l-avukat qalbu tajba ghal-ewwel ma ndunax li l-iehor kien ghassa tieghu ifittex c-cans biex ipattihielu talli l-ambizzjoni ta’ ibnu li jahdem fil-criminal kienet sfaxxat fix-xejn. Ghax ipattihielu ta’ xiex? Talli fetahlu ghajnejh minghajr ma rrapurtah? U ghall-bidu tah c-cans u baqa josserva ghax dan kellu hafna pacenzja.
Imma fl-ahhar meta nduna x’kellu f’mohhu nfethu bibien s-sema u dak l-avukat kattiv spicca l-Bojja ta’ nies madwaru minhabba l-ilsien twil li kellu u peress li kien ihobb jbiegh lil shabu biex jinhabb mal-avversarji kien qal diskors u biegh hbieb li spicca ghala hu bih dak d-diskors u ghalla lil shabu li gabhom f’bahar kbir ta’ nkwiet.
Dak l-avukat li kien fetahlu ghajnejh u ma rrapurtahx baqa’ rispettat minn kulhadd bhala gentlom u bniedem ta’ rispett fil-waqt li l-iehor aktar gie mibghud, mistmerr u mzeblah minn kulhadd bhala bniedem li kien jehda jobghod u jaghmel hsara l-ghajru ghal xejn b’xejn.
Din l-istorja hija fittizja u kwalsiasi referenza ghal episodji reali li graw jew li jistghu jigru huma kompletament incidentali.
Reu_Buhagiar
Posted at 00:12h, 31 JanuaryWell done you left me speachless 👍
Mr. Giacchino
Posted at 21:05h, 30 JanuaryJekk int dak li qighed nimmagina li int vera IPOKKRITA
Frankie Piscopo
Posted at 13:51h, 30 JanuaryProset immens dottore. Flahhar hawn xahad jghid dak li hu. Nammirak hafna
Mr. Giacchino
Posted at 21:05h, 30 JanuaryJekk int dak li qighed nimmagina li int vera IPOKKRITA
wise
Posted at 12:51h, 30 JanuaryU dak il-bahbuh li mar jitkellem ma’ missier dan it-taparsi avukat tal-fqar, intlemah fuq l-idejn jghajjar Viva l-lejzer viva l-lejzer. U llum qed jahsad dak li zera.