
27 Jan 2019 Pawlu Lia u r-Rule of Law
Ghaxar snin ilu meta tlajt fil-Parlament hadt l-opportunita’ biex nibda nitkellem dwar difetti li kont nara fis-sistema f’dak l-kuridur li diga kont ilni nkun fih kuljum ghal tmien snin. D-dritt tal-avukat ghal-arrestati, l-metodu tal-hatriet tal-gudikanti u tant proposti ohra li ghamilt fil-Parlament jiffurmaw t-twelid tar-Riforma tal-Gustizzja – www.riformagustizzja.com – riforma konferamta minn Vanni Bonello u implimentata minn Bonnici.
Pero dak z-zmien ma kellekx nofs Gvern investigat. Dak z-zmien ma kellekx l-Prim Ministru u nies madwaru b’allegazzjonijiet serji ta’ reati kriminali mdendlin fuq rashom b’investigazzjonijiet pendent u ohrajn milli jidher on the way. Din hija r-realta’ llum – sitwazzjoni straordinarja li qisha saret the new normal minghajr m’ahna nindunaw.
U x’inhi l-ikbar problema. L-ikbar problema hija li hadd ma rrizenja b’mod li allura qed jahtar hu stess l-gudikanti li qed jew se jkunu jinvestigawh jew jiddecidi jaghtihomx promotion jew le. Din s-sitwazzjoni wahedha bizzejjed biex taqbad l-bagalji u titlaq mill-pajjiz. Nghiduha kif inhi – magistrat jinvestiga ministru li rrizenja mhux bhal meta qed jinvestiga ministru li anke jekk hu car li hati daqs mija l-Prim Ministru jibqa’ jipprotegih. Kull kelma tal-Prim Ministru favur dak l-ministru hija pressjoni sottili w zejda fuq l-gudikant.
U qed nghid dan b’mod generali. Li hadd ma rrizenja surreali, bizarr u ta’ barra minn hawn – affarijiet lanqas biss jitwemnu. L-magistrat jinvestigah u l-Prim Ministru jaqbez ghalih. Prim Ministru ftit rispett lejn l-gudikatura jekk ma jimpurtax.
Imma l-affarijiet imorru ghall-aghar.
Mela jekk magistrat XYZ se jinvestiga lil Prim Ministru, dan jassistih Pawlu Lia. Issa l-ewwel nett dak l-magistrat jaf li dak li qed jinvestiga huwa l-bniedem li jiddeciedi jaghtihx promotion jew le, u nghiduha kif inhi kulhadd jiehu gost bi promotion. U dan oltre poteri ohra li ghandu Prim Ministru! Altru tinvestiga Prim inistru li rrizenja u altru wiehed li ghadu fil-poter!
Imma l-affarijiet imorru ghall-aghar. Dak l-magistrat jaf li jekk ikollu issue ta’ dixxiplina irid jidher quddiem Pawlu Lia li huwa l-avukat ta’ Muscat fl-inkjesta u r-rapprezentant ta’ Joseph Muscat fuq l-Kummissjoni tal-Gustizzja. Fejn hi s-separation of powers u r-Rule of Law?
F’cirkostanzi normali diga mhux xieraq li r-rapprezentant tal-Gvern jew Opposizzjoni fuq l-Kummissjoni jkun avukat li jipprattika l-Qorti regolarment u kuljum. Ghaliex? Ghax l-ewwel nett mhux gust fuq l-avukati l-ohra. T-tieni ghax mhux gust fuq l-gudikant li jaf li dak l-avukat li qieghed quddiemu jista fl-ahhar mill-ahhar jidher quddiemu hu. T-tielet mhux sew ghall-amministrazzjoni tal-gustizzja li mhux biss trid issir izda trid tidher li qed issir.
R-raba fil-Kummissjoni Pawlu Lia jista jisviluppa relazzjoni (ta’ hbiberija per ezempju) mal-gudikanti li avukati ohra m’ghandomx u mhux permessi jkollhom. L-hames dan jista’ jkun ta’ pressjoni sottili fuq gudikanti anke jekk Pawlu Lia ma jaghmel xejn hazin u lanqas jitniffes.
S-sitt altru jkun r-rapprezentant tal-Opposizzjoni li jkun avukat prattikanti meta l-Opposizzjoni jkollha poteri ftit ta’ xejn u altru jkun nominat mil-Gvern li jiddeciedi dwar hatriet u promozzjonijiet fil-gudikatura. S-seba’ anke f’kaz li jkun involut f’xi kaz ta’ ksur ta’ etika hu, wiehed joqghod pass lura jirraporta, tenut kont tal-kpiepel varji.
Fejn huma s-separation of powers u r-Rule of Law? L-gudikanti huma umani u ghandom jahdmu f’serenita u indipendenza lil hinn minn kull pressjoni – sottili jew le, esplicita jew tacita.
Qed nghid dan b’kull rispett pero’ l-figura ta’ Pawlu Lia fis-sistema taghna fejn avukat jippatrocina l-Prim Ministru personalment, bhala kap tal-Labour u bhala Prim Ministru li huwa wkoll nominat fuq l-Kummissjoni ta’ dixxiplina tal-gudikanti u dan kollu fih innifsu jistax ikun ta’ pressjoni mhux xierqa fuq gudikant anke jekk Pawlu Lia ma jaghmel xejn hazin. S-sitwazzjoni fiha nfisha tista timpingi fuq s-eparazzjoni tal-poteri jew Rule of Law?
Izda mbaghad la wiehed qed janalizza, anke minn aspett iehor – possibbli m’hemmx avukat iehor li l-Gvern jista jahtar fuq l-Kummissjoni sabiex jzomm distinzjoni bejn l-avukat personali tal-Prim Ministru u r-rapprezentant tal-Gvern fuq l-Kummissjoni? M’hemm hadd kapaci? Ma jahsbux li jkun xieraq tinzamm distinzjoni netta bejn t-tnejn stante li wiehed qed jitkellem fuq hatra politika fuq organu prattikament gudizzjarju u allura l-kawtela trid tkun ikbar. Dan mhux xi Bord tal-Bolol.
Illi din s-sitwazzjoni diga tistona f’cirkostanzi normali ahseb u ara fejn ghandek membri prominenti tal-gvern investigati, uhud minnhom ukoll patrocinati mill-istess Pawlu Lia, biex is-sitwazzjoni tkompli tikkumplika ruha.
Ovvjament l-Venice Commission dwar dan kollu ma qalu xejn ghax ma jafu xejn. Dan hu pajjiz zghir fejn l-personalita’ ta’ individwi taf tassumi dimensjoni sproporzjonata fuq l-affarijiet u jkun ferm inutli tinhela tiddibatti riformi legali xi minn daqqiet akkademici jekk ikollok problemi ta’ natura differenti.
Bhala l-bniedem li fassalt r-riforma tal-gustizzja – www.riformagustizzja.com – nemmen li l-figura ta’ Pawlu Lia u l-kpiepel varji li jilbes hija wahda mil-problemi fis-sistema taghna llum. S-sitwazzjoni jista’ jkun kkumplikata hafna aktar minn hekk. Pero’ nieqaf hawn.
Wise
Posted at 10:08h, 28 JanuaryDak li tiehu meta tghamel qabza fid-dlam kif heggigt lill-poplu Malti jaghmel fl-2013.
Thabbilx rasek issa jaghmel Avukat Generali l-kabinett ta’ Muscat; u terga’ tiskot.