
27 Jan 2019 Pawlu Lia u r-Rule of Law (2)
N-nomina ta’ Pawlu Lia fuq l-Kummissjoni tal-Gustizzja apparti l-kumplikazzjonijiet gia’ spjegati fi Blog precedent jista’ wkoll qed tikser l-kelma jew l-ispirtu tal-Kostituzzjoni.
Skont l-art 101A(7) tal-Kostituzzjoni, l-membri tal-Kummissjoni, li inter alia tiddixxiplina l-gudikanti, ghandom jagixxu skont l-gudizzju individwali taghhom u ma jkunux suggetti ghad-direzzjoni ta’ xi persuna ohra. Ovvjament hawnekk l-Kostituzzjoni l-aktar li ma tridekx tkun suggett hija ghad-direzzjoni ta’ min hatrek – l-Prim Ministru f’dan l-kaz! Issa dan l-avukat tieghu u ta’ nofs l-kabinett. Kunflitt ta’ interess?
X’inhu l-ispirtu tal-Kostituzzjoni hawnekk? Li l-Prim Ministru jahtar lil xi hadd u jekk jista’ jkun lanqas biss qatt jerga’ jkelmu halli ma tinghatax mqar xi impressjoni remota li mqar jinghata l-icken imbekkata jew suggeriment.
Issa araw ‘assurdita’ ta’ sitwazzjoni fejn ghandek l-persuna li hi mahtura mil-Prim Ministru fuq l-Kummissjoni hija l-avukat tal-istess Muscat, persoanli, bhala kap tal-Malta Labour Party u bhala Prim Ministru u probabbli tas-sinjura Muscat ukoll. Huwa dan l-ispirtu u l-kelma tal-Kostituzzjoni?
Wisq probabbli apparti l-kunflitti, problemi u anomaliji li diga semmejt fi Blog precendenti, l-posizzjoni ta’ Pawlu Lia fuq l-Kummissjoni flimkien mal-fatt li huwa wkoll l-avukat tal-Prim Ministru kemm bhala Prim Ministru, kemm bhala kap tal-Malta Labour Party kif ukoll fuq bazi personali tista’ tohloq kunflitt serjissimu ta’ interess jekk mhux addirittura bi ksur tal-kelma jew l-ispirtu tal-Kostituzzjoni.
Nispera li tal-Venice Commission qed isegwu. Kif ikkupjaw l-proposti li ghamilt ghaxar snin ilu jistghu jaggornaw ruhhom b’dawn ukoll.
Wise
Posted at 10:10h, 28 JanuaryMa’ gejtx tghidilna li KIEN DAN IL-GVERN TA’ MUSCAT li biddel il-ligi biex backbencher ikunu jistghu isiru CEOs u chairpersons fl-entitatjiet tal-gvern…ghall-kundanna mill-Venice Commission Report.