L-professjoni legali (1)

L-professjoni legali (1)

Meta fformulajt r-riforma tal-gustizzja fl-2011 tkellimt dwar r-rwol tal-professjoni legali fil-kuntest tas-sistema tal-gustizzja u dan nixtieq ngibu a konjizzjoni tal-qarrejja ta’ dan s-sit kif ukoll tal-President l-gdid tal-Kamra tal-Avukati Dr Louis De Gabriele u naghmel dan sabiex niehu niehu opportunita’ nifrahlu u nawguralu pubblikament.

Fil-Private Members’ motion li welldet r-riforma tal-gustizzja (mozzjoni private 260 tas-sena 2011), dan kien punt numru 15. Dan kollu jinteressa hafna u direttament lil membri tal-professjoni legali izda mhux biss.

Din s-sena naghlaq ghoxrin sena avukat u se nkun qed nikteb aktar dwar dan s-suggett.

Punt 15 – Professjoni Legali (diskors Parlamentari Gunju 2012)

15.jittieħdu passi konkreti sabiex id-dokument maħruġ mill-Kamra tal-Avukati ‘Regulating the legal profession in the 21st Century’, li għandu jirregola l-professjoni legali, jiġi diskuss, analizzat u implimentat permezz ta’ liġi;

Ngħaddi għal punt 15 li jgħid hekk:

“Jittieħdu passi konkreti sabiex id-dokument maħruġ mill-Kamra tal-Avukati, Regulating the legal profession in the 21st century[1] li għadu jirregola l-professjoni legali jiġi diskuss, analizzat u implimentat permezz ta’ liġi.”[2]

Għalija u għal kull min huwa avukat u jħobb il-professjoni tiegħu, il-professjoni legali hija l-isbaħ professjoni fid-dinja.[3] Jien kelli s-suġġetti tax-xjenzi fis-sekondarja però meta ġejt biex nieħu d-deċiżjoni xi xtaqt nagħmel f’ħajti … L-Onor. Herrera qed jgħid li ffissat fuq il-professjoni u inti l-istess, kollega, għax ilni nafek issa 12-il sena fil-Qorti, niltaqgħu kuljum hemmhekk.

Sur President, jien insellem mhux biss lill-Onor. Herrera li qiegħed faċċata tiegħi imma wkoll lill-avukati ċelebri bħal Giannella de Marco, Manuel Mallia, Joe Giglio, Michael Schriha u avukati oħrajn, li meta bdejt fil-professjoni tiegħi[4] kont nosserva u tgħallimt ħafna mingħand dawn is-senior lawyers li għandi rispett kbir lejhom. Ovvjament imbagħad inti tiżviluppa l-istil tiegħek però tħares lura b’nostalġija għal dawk iż-żmenijiet fejn tkun għadek tibda l-professjoni. Kienu żmenijiet daqsxejn diffiċli biex tinfiltra fil-qasam tal-Kriminal fejn kellek avukati tajbin, avukati li kellhom fama, kellhom isem, imma nsomma għall-grazzja t’Alla imxejt ’il quddiem u forsi mexxietni ’l quddiem, kif qal il-kollega tiegħi, l-imħabba kbira li jkollok lejn il-professjoni.[5] Hija professjoni sabiħa ħafna. Fil-ġurnal “The Sunday Times” tal-11 ta’ Settembru 2011, kont ktibt artiklu “A Vision for Justice”[6] li diġà għamilt referenza għalih, fejn kont għedt hekk:

“A respected and alert legal profession zealous in its submissions to instigate judicial interpretation of laws has a crucial role. Years ago the Chamber of Advocates published a consultative paper entitled: ‘Regulating the Legal Profession for the 21st Century’. Entry requirements for the law courts should also be made more onerous.”.

Hawn se niġi għall-punt l-ieħor. A respected and alert legal profession zealous in its submissions to instigate judicial interpretation of laws has a crucial role. Fil-Kumitat Magħżul tal-Kamra (Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Liġijiet) qegħdin naħdmu anke fuq il-konsolidazzjoni tal-liġijiet penali u meta kelli opportunità nistieden lill-Avukat Michael Schriha f’dan il-Kumitat qal xi ħaġa li verament laqtitni: “Avukatura b’saħħitha tfisser ċittadin b’saħħtu.”[7] L-Avukat Michael Schriha għandu ħabta jagħmillek dawn id-dikjarazzjonijiet short and sweet imma li jkun fihom ħafna x’tomgħod. Meta wieħed jirrifletti jsib li veru, avukatura b’saħħitha tfisser ċittadin b’saħħtu. Dan id-dokument tal-Kamra tal-Avukati li sar xi tlieta, erbgħa jew ħames snin ilu, “Regulating the Legal Profession for the 21st Century” huwa importanti.[8] Naf ukoll li qed isiru diskussjonijiet dwaru li ovvjament kienu bdew anke qabel din il-mozzjoni tiegħi.[9] Però, kif għedt, l-affarijiet jew ma kien qed isir xejn dwarhom jew kienu qed isiru bil-mod wisq u allura dak kien l-iskop ta’ din il-mozzjoni.

Ejja nimplimentaw dan id-dokument wara diskussjoni għax fih affarijiet anke ftit kontroversjali, li forsi wieħed ma jaqbilx magħhom, imma jidher li mexjin hemmhekk ukoll. Tajjeb li nkomplu mexjin għax importanti li dan jieħu l-forza ta’ liġi sabiex jirrifletti r-realtajiet tal-professjoni tagħna wkoll fis-sena 2012. Huwa importanti li l-avukatura jkollha d-dinjità tagħha. Importanti li l-avukatura ma tiġix intimidata, la mill-Ministru, la mill-Prim Imħallef u lanqas mill-ġudikanti.[10] L-avukatura għandha tkun żeluża biex tieqaf għad-drittijiet tal-klijent, taċ-ċittadin. Wieħed ma jippretendix li fl-awla tal-Qorti kulħadd ikun qisu qiegħed fuq is-sufan jara xi film.

Meta darba kkritikajt liġijiet li kellhom jidħlu spiċċajt akkużat li attakkajt lill-Ministru! Assolutament ma kienx il-każ. Jien għamiltha ċara li m’għandi xejn personali lejn il-Ministru imma kont qed nagħmel riferenza kostituzzjonali. Dik il-kawża li kienet dwar l-appelli mill-bail illum intrebħet ukoll fil-Kostituzzjonal[11] u qiegħda fi stadju ta’ appell. Ovvjament jekk għandek persuna arrestata li dak iż-żmien kellha ommha qed tmut, u qed ngħid li kif qegħdin il-liġijiet qed jiddiskriminawha – għamilt referenza kostituzzjonali – ovvjament hemm ukoll l-element uman. Tippretendix li l-avukat li qed jiddefendi l-klijent tiegħu se joqgħod qisu qed jara xi film fuq is-sufan jew qisu qiegħed ħdejn il-baħar! Huwa importanti li l-avukatura tkun żeluża, tieħu inizjattiva u tiġġieled għad-drittijiet tal-klijent, speċjalment f’qasam fejn il-liġijiet tagħna għandhom bżonn injezzjoni ukoll ta’ aġġornament.

Sur President, allaħares ikollna avukatura b’letarġija, qisu kulħadd joqgħod jibża’ u joqgħod lura milli jqajjem xi punti! Tippretendi li jkollna avukatura li toqgħod qisha l-imwerwra, li tiġi intimidata, li ma tikkritikax jew ma tinstigax l-interpretazzjoni ġudizzjarja! Bir-rispett kollu, lanqas għandu jkun li, wara li nqajjem punt legali li l-Ministru ma kienx emenda l-Electromagnetic Recording of Proceedings Act[12] biex ikun jista’ jsir digital recording, u għax jien kont marid id-dar nibla’ l-antibiotics,[13] tiġi maġistrat u toqgħod tagħmel ħafna xeneġġati. Jien kont li mbuttajt biex minflok it-tapes[14] ikollna s-CDs għar-recording tax-xhieda fil-qorti. Jien imbuttajtha dik! [15]

Anke l-Parlament kien għadu jaħdem bir-radju biex ixandar is-seduti imma issa fortunatament fil-Kumitat li nippresjedi jien – kien hemm ukoll l-Onor. Herrera – assistejna għall-ewwel live video streaming uffiċjali ta’ seduta tal-Kumitat Magħżul tal-Kamra (Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Liġijiet).[16] Issa, jekk il-Bambin irid, nibqgħu sejrin bl-istess proċess fil-kumitati l-oħra, bl-għajnuna tiegħek ukoll, Sur President. Kif taf inti, din kienet ġiet skattata wkoll fuq inizjattiva tiegħi wara li kien kitiblek il-Prim Ministru fuqha.[17] Jien nirringrazzjak tal-input kbir li tajt kemm ilek tokkupa din il-kariga f’dan il-Parlament u sinċerament u ġenwinament nirringrazzjak tal-effort kbir li qed tagħmel biex televa u biex tagħti ħafna iktar dinjità lil din l-istituzzjoni. Mhux qed inkun retoriku u ġenwinament nixtieq għal darb’oħra nirringrazzjak tal-isforzi ġenwini, kbar u importanti li qed tagħmel f’dan il-Parlament.[18]
Naħseb japprezzahom anke l-poplu permezz tal-pubblikazzjonijiet li qed tagħmel biex tipprova tnissel rispett fil-poplu lejn din l-istituzzjoni. Naħseb li għaddejjin minn rivoluzzjoni fil-ħsieb għal dak li għandu x’jaqsam ir-rwol u l-funzjoni ta’ din l-istituzzjoni demokratika.[19]

Kif kont qed ngħid, jien qajjimt punt quddiem maġistrat li wara li kont imbuttajt biex jibda jsir recording diġitali fil-Qorti, il-Ministru lanqas ħa ħsieb jemenda l-liġi biex din tkun tikkontempla l-mezzi ta’ recording diġitali u mhux elettromanjetiċi.[20] Mela l-Qorti qiegħda hemm forċina tal-Ministru? Jien spiċċajt qlajt ħafna kritika għax ma mortx il-qorti meta jien kont marid id-dar bl-antibiotics! L-avukatura m’għandhiex tkun intimidata. L-avukatura għandha rwol fundamentali x’taqdi fis-sistema tagħna u toħloq il-bilanċ għax kieku nispiċċaw police state. L-avukatura għandha rwol kruċjali x’taqdi, u ħafna mill-ġudikanti jirrispettawhom lill-avukati. Daqskemm mhijiex prattika oħra ħażina li wara li tagħmel xi sagħtejn tistenna għax tkun f’awla oħra – u nerġa’ ngħid li ħafna mill-ġudikanti jifhmu u huma raġunevoli – sakemm toħroġ mill-awla tispiċċa ma tlaħħaqx tmur għall-kawża l-oħra. Imbagħad il-klijent jiġi jilmenta miegħek għax ma dehertlux, jew tispiċċa b’xi verbal meta inti tkun qiegħed hemm ġew. Tort tal-avukati dan? Dażgur li mhux tort tal-avukati. Tort tas-sistema! Qed jiġu penalizzati l-avukati, qed jiġu penalizzati n-nies li għandhom dritt għall-ġustizzja, u qed jiġu penalizzati spetturi għax kultant tgħajjat lill-ispettur fl-awla u jkollu jitlaq mid-depot meta jkollu xi ħadd arrestat li jkun qed jinterrogah.[21]

Sur President, jekk is-sistema tkun tajba, imbagħad tista’ tibda tippenalizza[22] lil min ma jidhirx il-Qorti.[23] Imma, bid-dovut rispett, l-avukatura m’għandha tkun intimidata minn ħadd – u qed nitkellem b’mod ġenerali – la mill-Ministru, la mill-Prim Imħallef u mill-ebda ġudikant. Nerġa’ ngħid li ħafna mill-ġudikanti huma raġunevoli.

Jien fi 12-il sena rajt rispett kbir, kif għandu jkun, lejna l-avukati bħala uffiċjali tal-Qorti għax fl-aħħar mill-aħħar aħna uffiċjali tal-Qorti u qed nagħmlu xogħolna hemmhekk. Bħalma persuna oħra taħdem l-isptar, jew band’oħra, aħna dak huwa l-post tax-xogħol tagħna l-avukati. Qed nitkellem dwar l-avukati ovvjament għax il-punt 15 jikkonċerna l-avukati.[24] Però nerġa’ ntenni l-kliem tal-Avukat Michael Schriha li għandi rispett kbir lejh, “avukatura b’saħħitha u li mhix intimidata tfisser ċittadin b’saħħtu”. L-avukat jiddefendi d-drittijiet taċ-ċittadin u l-avukatura għandha tkun żeluża biex tinstiga l-interpretazzjoni tal-liġijiet.[25]

Jien meta deherli li d-dritt tal-avukat għal min ikun arrestat ma kienx qed jingħata u kien qed jinkiser dritt fundamentali, mort u ġġelidtha fil-Qorti. Anke l-kollegi tiegħi m’għandix dubju. Jien nerġa’ ngħid nirringrazzja anke lill-avukati li kien hemm qabli li mingħandhom tgħallimt ħafna. Sinċerament nirringrazzja ħafna wkoll lill-Kamra tal-Avukati. Il-Kamra tal-Avukati suppost qiegħda hemm, fost affarijiet oħra, biex taqbeż għad-drittijiet tal-avukati. Illum il-President kurrenti għandi fiduċja sħiħa fih u hija xi ħaġa tajba li fid-diskorsi li jagħmel jimbotta biex ikun hemm żviluppi importanti anke fl-avukatura. Il-kariga tal-President tal-Kamra tal-Avukati mhix qiegħda hemm bħala stepping stone biex issir imħallef – min kellu jsir sar ukoll għax kien ħaqqu – u allura biex toqgħod tingħoġob mal-Gvern. Mhux qed ngħid li sar hekk però m’għandux ikun hekk. Ir-rwol tal-President tal-Kamra tal-Avukati huwa li jiddefendi d-drittijiet tal-avukatura. Jekk l-avukatura qed tkun imżebilħa, il-President tal-Kamra tal-Avukati jew il-Kamra tal-Avukati għandha tieħu stand, għandha titkellem biex tiddefendi l-prestiġju tal-professjoni, li tant inħobbu u li intgħaġnet u ingħatat il-forma tagħha min-nies ċelebri bħal Guido de Marco u ħafna avukati oħrajn li ġew qabilna, li ġġieldu ħafna u kkumbattew ukoll sabiex din il-professjoni jkollha d-dinjità li jixirqilha.

Sur President, kif kont qed ngħid, ġudikant, kultant anke bi żvista, jippenalizzak għax ma jkunx jaf li int kont hemm, u dan hu tort tas-sistema li għandna. Issa qed nitkellmu dwarha – jien tkellimt anke mal-Ministru Chris Said – u se nimxu fuq sistema ta’ diary li jidher li anke l-ġudikanti qegħdin jaċċettawha bħala waħda mill-elementi ta’ dan il-pakkett ġdid ta’ kondizzjonijiet. Imma importanti ħafna wkoll li jkun hemm PA System, kif semmiet ukoll l-Imħallef Padovani fid-diskors inawgurali tagħha.[26] Nerġa’ ngħid li s-sistema ta’ “imsejjaħ tliet darbiet u ma deherx” m’għadhiex tagħmel sens. Meta l-Qorti kienet kuritur wieħed kienet tagħmel sens, imma llum billi qed jgħajtulek f’Hall 7 u inti qiegħed fuq, int m’intix se tkun taf. Hemm bżonn ta’ PA System[27] li qed nitkellmu dwarha jien u l-Ministru Said u qed naraw anke mudelli barranin, sistema fejn anke d-deputat tal-awla jista’ jibgħatlek sms, anke permezz tal-computer, u jgħidlek biex tmur f’awla 3 għax ikun hemm il-każ tiegħek. Irridu ndaħħlu dawn is-sistemi, irridu nimxu ’l quddiem u mhux ngħidu “imsejjaħ tliet darbiet u ma deherx” jekk imqar dan forsi mar sa ħdejn il-bieb ta’ barra jew band’oħra. Ħafna minnhom huma prattiċi, imma hemm oħrajn li għal xi raġuni jew oħra, forsi anke f’xi ġranet, għax imbagħad tiġik ġurnata ħażina, ma jkunux prattiċi, imma mbagħad ir-riperkussjonijiet ikunu serji.[28]

F’din il-mozzjoni qed nitkellem fuq riformi maġġuri. Jien mhux se noqgħod insemmi xi ħaġa pożittiva li riċentement anke nġiebu cleaners il-Qorti, ħaġa li kienet vera faċli li tagħmilha, għax għall-ħaddiema u anke għan-nies li jiġu l-Qorti, importanti li jkun hemm ambjent suret in-nies u ta’ indafa.[29] Riċentement inġiebu xi sitta jew tmien cleaners li qed imorru jnaddfu anke fir-Reġistru. Dawn huma affarijiet bażiċi li mhux se noqgħod nidħol fihom hawnhekk. Jien hawnhekk qed nitkellem fuq riformi maġġuri! Pereżempju huwa importanti li jinbidel il-mod kif tessajjaħ ġol-awla, il-mod ta’ kif jiġu ppjanati l-kawżi, kemm se jieħdu ħin u kemm se jieħdu xhieda. Semmejt ukoll is-sistema tar-rinviji fil-Kriminal, li trid tinbidel kompletament. Qed jintilef ħafna ħin bil-proċess għand l-Avukat Ġenerali u mhux quddiem il-Qorti.

[1] Regulating the Legal Profession for the 21st Century-A Consultative Document, 2008.Chamber of Advocates,The Law Courts,Valletta-Malta. “This is a consultative paper prepared and distributed by the Chamber of Advocates Malta to its members for the purpose of consulting its members on the future regulation of the legal profession.”
[2] Franco Debono, “Essential Legal and Administrative Reforms”,Times of Malta,12th October 2011. “The Chamber of Advocates consultative document – Regulating the Legal Profession in the 21st century –must be discussed and implemented.”
[3] Voti tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern-Seduta 56-Parlament ta’ Malta-18 ta’ Novembru 2008-l-Onor.Debono stqarr-
“Issemmiet il-kwestjoni tal-inizjattiva li jkollna l-professjoni tagħna, li l-Onor. Herrera fissirha bħala inizjattiva pożittiva, li għalija hija l-isbaħ professjoni u hija wkoll arti u allura tajjeb li tkun ukoll regolata. Hemm punti fejn naqbel u hemm punti fejn ma naqbilx. Ma rridux ninsew li għad m’hemm xejn definit u li dan huwa dokument li jistimola d-diskussjoni. B’mod ġenerali nemmen – mingħajr ma nidħol f’ċertu dettall fuq il-punti partikolari – li hija xi ħaġa pożittiva li jkollok il-kamra tal-avukati li qed tistimola din id-diskussjoni. Ċertament mhuwiex desiderabbli li professjoni ta’ avukat tibqa’ b’ċerti aspetti li lanqas biss ikunu regolati mil-liġi u għaldaqstant huwa importanti li jsir dan l-intervent. Dawk kienu il-punti li xtaqt inwieġeb lill-kollega tiegħi.”
[4] Private Members’ Motion Numru 280-Mozzjoni tal-Onor.Michael Falzon u l-Onor.Jose` Herrera dwar Riformi fl-Oqsma tal-Gustizzja u l-Intern(Sfiducja fil-Ministrtu tal-Gustizzja Carm Mifsud Bonnici)Seduta 483-Parlament ta’ Malta-29 ta’ Mejju 2012-l-Onor.Debono spjega kif hu beda fil-professjoni legali u kif ukoll fil-politika wahdu minghajr ghajnuna ta’ hadd u ghaldaqstant peress li d-diffikultajiet ikunu ikbar tkun iktar kombattiv u determinat-
“Jien f’ħajti avvanzjat fil-professjoni u fil-politika waħdi. Sabiħ ikollok missierek jaqbeż għalik għax ikun avukat fil-politika. Semmielna lin-nannu u lill-missieru. Mhux sabiħ ikollok lil min jipproteġik? Mhux sabiħ issib is-sodda mifruxa, it-triq lesta? Għandek min jaqbeż għalik, min jgħaddilek kelma, min forsi jiktiblek artiklu, min forsi jagħmillek draft ta’ liġi. Imma issa tiġix tgħidilna! Għax aħna għandna familja, aħna għandna dinjità, Ministru. Jien wasalt safejn wasalt int, waħdi, bl-għajnuna tal-familja tiegħi imma bl-għajnuna umli ta’ familja tal-ħaddiema li rabbewni sew, ħallsuli skola privata u dejjem imxejt.
Jien batejt ukoll biex bdejt f’sistema … Jien bdejt fis-sena 2000 u ftit wara s-sistema ġudizzjarja tagħna għaddiet mill-ikbar terremot li qatt għaddiet minnu. Mhux se noqgħod insemmi għax il-persuni tħallsu però biex tibda f’Qorti li kienet għaddejja minn dak it-terremot mhux faċli meta ma jkollok lil ħadd fil-familja. Jien batejt tafx, u l-Ministru jrid japprezzaha li jien muġugħ. Iktar minnu muġugħ, ħafna iktar minnu u mill-familja tiegħu muġugħ. Issa wasalna f’punt li lanqas għandek dritt tbati. Jien, għal kull xejn, nieħu fastidju u nattribwixxi motivi ulterjuri u vjolenza psikoloġika u immorali, però lilek nirfsek, inkissrek, u jekk tgħid ajma nkompli nsawtek! F’dik is-sitwazzjoni wasalna. U jien wasalt fejn wasalt int, Ministru.
Rigward il-vjolenza psikoloġika rrid ngħid li jien sod u kont sod ħafna għax qiegħed fis-sewwa, għax dejjem ikkumbattejt waħdi, u mdorri nikkumbatti waħdi, u hekk se nibqa’ nagħmel. Jien mhux se nċedi u se nibqa’ konsistenti.”
[5] Private Members’ Motion Numru 280-Mozzjoni tal-Onor.Michael Falzon u l-Onor.Jose` Herrera dwar Riformi fl-Oqsma tal-Gustizzja u l-Intern(Sfiducja fil-Ministrtu tal-Gustizzja Carm Mifsud Bonnici)Seduta 483-Parlament ta’ Malta-29 ta’ Mejju 2012-l-Onor.Debono ghal darb’ohra stqarr li beda f’din il-professjoni daqshekk kompetittiva wahdu.Certament dan il-fatt kompla kkontribwixxa u sawwar fih d-determinazzjoni u l- perseveranza tieghu li huma karatteristici li jiddistingwuh.
“Kif kont qed ngħid, bħala student hekk kont, dejjem naħdem. Fil-professjoni qbadt waħdi, ma sibt għajnuna ta’ ħadd, imma mbagħad kif tiġi hawn jgħidulek: Ikkalma, paċenzja, tgħaġġilx. Ħallini ħa naħdem, għax dan il-pajjiż min jaħdem għandu bżonn! Ħallini ħa naħdem jekk l-ideat tiegħi huma tajbin u kulħadd jaqbel li l-ideat tiegħi huma tajbin, toqgħodx timmaltrattani, taħqarni għalxejn b’xejn. Din moħqrija u vjolenza psikoloġika. Ħalli ngħidlek x’inhi vjolenza psikoloġika. X’għamlu dawn? Kient ġejja reshuffle u taf x’għamlu? Tlett ijiem qabel ir-reshuffle ħarġu r-rapport tal-GRECO, li kienu jafu li mhux il-liġi tiegħi, biex tirrifletti ħażin fuqi. Dik vjolenza psikoloġika! Dik immoralita’! Dik kundanna! Jien x’għamiltilhom? Mill-ewwel iddikjarajt li dik m’għandix x’naqsam magħha. Għalhekk ħarġuh tlett ijiem qabel ir-reshuffle. Għax huma mhux immorali!”
[6] Franco Debono, “Vision for Justice”,Times of Malta,11th September 2011.
[7] Kumitat Maghzul tal-Kamra (Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Ligijiet)-Parlament ta’ Malta-il-Hdax-il Parlament- ippresjedut mill-Onor.Chairman Dr.Franco Debono f’Laqgha 33 tat-28 ta’ Mejju 2012, fost il-mistiedna distinti kien prezenti Dr.Michael Sciriha li qal“ L-inqas ħaġa li għandna nittolleraw hija li b’xi mod l-avukat jiġi intimidat. Il-professjoni ta’ avukat diġa’ hija fiha nnifisha riskjuża, hija diġa’ perikoluża, l-inqas ħaġa wkoll huwa li jiġi intimidat prosekutur. U jiena f’dan is-sens ngħidilkom waħda. L-avukat għandu jibqa’ b’saħħtu u indipendenti. Avukat b’saħħtu jfisser klijent b’saħħtu, ifisser ċittadin b’saħħtu. Fejn kellna qrati li kellna imħallfin li kienu jagħmluha l-ġurnata tagħhom li jitterorizzaw lill-avukati, ma nafx kemm saret ġustizzja, la mal-prosekuzzjoni u lanqas mad-difiża. Grazzi.”

[8] “Regulating the Legal Profession in the 21stCentury AConsultativeDocument,Chamber Advocates,2008
3.1.3.The need for a strong Legal Profession-“A strong, credible and respected legal profession is a must in any civilised democracy and it is therefore also a matter of public interest that the legal profession’s strength, credibility and integrity are sustained through all means possible. Professional integrity and competence are central for the profession to retain a robust position within society. With a profession growing in increasing numbers annually, with a changing economic and social environment around us where some advocates seem to mistakenly deal with their profession purely as a business and where ethical values and standards of integrity are no longer as common between members of the profession as they used to be – there is a cogent case for a different form of regulation of the profession. The idea of continued informal self-regulation as the exclusive manner of regulation, although possibly appealing, can no longer guarantee the proper regulation of the profession.”
[9]Aggornamenti tal-Onor.Franco Debono-Estratt mis-Seduta Numru 474 tas-16 ta’ Mejju 2012-l-Onor.Debono kemm il-darba ghamel accenn fuq id-dokument mahrug mill-Kamra tal-Avukati-“Hemm bżonn li jitwaqqaf drug court u li nirrevedu l-liġijiet tad-droga kif ukoll d-dokument maħruġ mill-Kamra tal-Avukati, “Regulating the legal profession for the 21st century”. Dawn huma kollha punti li qajjimt jien sitt xhur ilu. Hemm bżonn li jsir Att dwar il-professjoni tal-avukati.”
[10] Private Members’ Motion Numru 280-Mozzjoni tal-Onor.Michael Falzon u l-Onor.Jose` Herrera dwar Riformi fl-Oqsma tal-Gustizzja u l-Intern(Sfiducja fil-Ministrtu tal-Gustizzja Carm Mifsud Bonnici)Seduta 483-Parlament ta’ Malta-29 ta’ Mejju 2012-l-Onor.Debono tenna li l-avukatura m’ghandhiex tkun intimidata mill-gudikatura fil-qadi ta’ dmirijietha-
“L-avukati qalu li avukatura b’saħħitha – għalhekk qed nistaqsihom dawn id-domandi – … Ingħad ukoll li l-Prim Imħallef u l-Avukat Ġenerali kienu qishom namrati. Dak ħażin ħafna f’soċjetà u l-ġudikatura m’għandhiex tipprova tintimida lill-avukatura. Il-Ministru Said qal – u l-Ministru Said qalli x’sab imma ħalli nieqaf hemm għax għandi rispett lejh u jaf – li avukatura b’saħħitha tfisser ċittadin b’saħħtu. Għandna din il-kwestjoni li jimmultaw in-nies.”
“Jien nifhem kif qalha imma kellna każijiet fejn kif avukat joħroġ mill-awla, jagħmlu kawża mingħajrek u tispiċċa teħel xi disprezz sempliċement għax tkun f’awla oħra. Huwa ħażin li l-avukatura tiġi intimidata. Iva, kienet qed tiġi intimidata l-avukatura, u naħseb li għadha qed tiġi intimidata. Jekk tqajjem punti kostituzzjonali fuq il-Gvern, m’għandhiex tkun intimidata l-avukatura.”
[11] “Debono :Ministry was split in the wrong way MP silent on voting intentions- `there are no pending votes before Parliament`,” TimesofMalta.com,23rd April 2012-“Regarding last week’s Constitutional Court judgement extending to the accused the right to appeal from bail decisions, Dr Debono said laws should not be amended just when fundamental human rights are breached but rights should be granted independently of whether the situation was in breach of fundamental rights. A democratic system was not healthy if it had to await a declaration of breach of human rights in order to change the law.”
[12] Mozzjoni ta’ Sfiducja fil-Gvern-Seduta 49-Parlament ta’ Malta-25 ta’ Jannar 2012-l-Onor.Debono ppuntwalizza li l-Ministru lanqas ha hsieb ibiddel din il-ligi-
“ Sur President, f’din l-era diġitali għandna demokrazija li taħdem bir-radju u li ma kontx jien li għamilt mistoqsijiet parlamentari u pressjoni kien ikollna Qorti li għadha taħdem bil-cassette tapes. Parlament jaħdem bir-radju u Qorti taħdem bil-cassette tapes fl-era tal-pen drive u l-iPad eċċ. għax dawn ma tantx nifhem fihom! Kieku kollox mixi fuq ir-rubini u dawn huma dettalji żgħar x’nirranġaw kieku żgur mhux se niġi hawn u noqgħod insemmi il-cassette tapes u l-kwestjoni tar-radju, imma sfortunatament dawn mhumiex dettalji kosmetiċi iżda huma indikazzjoni tal-istat attwali tal-istituzzjonijiet infushom. Wara li għamilt pressjoni biex jinbidlu l-cassette tapes fil-Qorti għal sistema aktar moderna, aktar safe u li fl-aħħar minn l-aħħar tiffaċilita x-xogħol tal-Qorti għall-benefiċċju tal-ġudikant u ta’ kull ċittadin li jista’ jkollu bżonn jirrikorri għall-ġustizzja u jagħmel użu mill-Qorti ma kienx biżżejjed għax il-Ministru lanqas ħa ħsieb jibdel il-liġi relattiva tal-Electro-Magnetic Recording of Proceedings Act. U jien jiddispjaċini għax fil-bidu lill-Ministru Carmelo Mifsud Bonnici ddefendejtu, anke fuq id-dritt tal-avukat, però mbagħad ta kummenti lill-ġurnal ‘The Times’ li ma tantx għoġbuni għax qal li dak id-dritt ma kienx importanti u li kien ftiehem mal-Oppożizzjoni u x’naf jien, imma ħalli ma noqgħodx nirrepeti. Allura mhux biss kelli nagħmel sforz biex tinbidel is-sistema antikwata tal-cassettes fis-sena 2012 – u xorta sal-ġurnata mqaddsa tal-lum għad hemm awli jaħdmu bis-sistema tal-cassettes – talli bħala avukat imbagħad kelli nqajjem eċċezzjoni legali, kif inhu d-dover tiegħi, li l-liġi ma kenitx tkopri għax biddilna l-mezz u ma biddilniex il-liġi.”
[13] “Lawyer explains absence from Court,complains about continuation of case”, Timesof Malta.com,5th September 2011-“Magistrate Clare Stafrace Zammit was considering a point raised by Dr Debono last week about whether court proceedings recorded by digital means were according to law, when she was informed that Dr Debono could not attend the sitting since he was sick. Immediately after, she was told that he was on the phone.The Magistrate told the Deputy Registrar that Dr Debono should not expect her to interrupt a court sitting to speak to him on the phone, and this was unacceptable behaviour.
Last week, Dr Debono said that unless the law was changed to allow court hearings to be recorded digitally, proceedings could be declared null since the law only referred to recording on electromagnetic tapes.
This morning, the court heard evidence by Christian Barbara, a member of the IT administration of the law court, who said there was no difference in the functions of recording on tape or digitally (on SD cards), but the latter, more modern method saved a lot of storage space. Lawyer Jose’ Herrera said the law needed to be changed and the government should do so, even retroactively, so that there would be no problems regarding trials.“At no point in time did I ask to speak to the Magistrate” Dr Debono insisted. He added that the continuation of the court case was “unacceptable”.
Every accused had the constitutional right to have his lawyer present at all times during a trial, he said.”
[14] Mistoqsija Parlamentari 16644 Parlament ta’ Malta tal-Onor.Franco Debono-Sa mis-sena 2010 l-Onor.Franco Debono staqsa lill-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern:Jista’ l-Ministru jghid jekk hux mahseb illi tinbidel is-sistema ta’recording permezz ta’ cassette tapes u tigi sostitwita b’sistema aktar moderna? Jista’ jghid saritx stima kemm din eventwalment tiswa? 27/4//2010 –Onor.Carm Mifsud Bonnici:Ninforma lill-Onor.Interpellanti illi qed issir ricerka dwar diversi tipi ta’ sistemi li hawn fuq is-suq u diversi sistemi ohra li qed jintuzaw f’pajjizi girien taghna biex inkunu nistghu naddattaw l-ahjar sistema.Ninsab infurmat illi huwa kkalkulat li dawn it-tip ta’ sistemi moderni huma stmati li jiswew madwar 130,000Ewro ghal 24 awla. Seduta Numru 214-4/5/2010
L-Avukat Debono f’diversi diskorsi tieghu parlamentari kien tkellem fuq il-htiega impellenti li jinbidlu l-cassette tapes li kienu jintuzaw fl-awli.Fis-sena 2009 f’wiehed mill-Aggornamenti tieghu kellu dawn il-kummenti rigward din is-sistema arkajka.
Aggornamenti tal-Onor.Franco Debono-Estratt mis-Seduta Numru 105-Parlament ta’ Malta-28 ta’ April 2009-“Ladarba qed insemmi dan l-aspett nixtieq nagħmel żewġ suġġerimenti oħrajn. L-ewwel nett naħseb li llum diffiċli tara tapes minn dawk li konna naraw meta jiena kont għadni daqsxejn iżgħar. Illum fl-2009 fil-qrati tal-ġustizzja għandna sistema fejn għadna niġru bit-tapes. Illum is-seduti, l-udjenzi, ix-xhieda jiġu rrekordjati fuq tapes. Kważi kważi lanqas għadek tara minnhom dawn it-tapes għax illum CDs jintużaw! Illum it-teknoloġija avvanzat u nemmen li biex il-maġistrati u l-imħallfin ikollhom l-aħjar teknoloġija għad-disposizzjoni tagħhom – ma naħsibx li għandha tkun xi ħaġa ta’ barra minn hawn din – għandna nibdlu din is-sistema wkoll għal sistema iktar avvanzata. Din m’hemmx għalfejn tkun xi sistema sofistikata, xi state of the art, imma għall-inqas tkun aħjar milli hi llum bis-sistema tat-tapes.”
[15] Abbozz ta’ Ligi li jemenda diversi ligijiet li jirrigwardaw Materji Kriminali-Abbozz Numru 45-Seduta 206-Parlament ta’ Malta-19 ta’ April 2010-l-Onor.Debono f’diversi diskorsi kien tkellem fuq il-bzonn li s-sistema ta’ recording permezz ta’tapes hija arkajka u ghandha tinbidel.
“Illum niddubita għadekx issib tixtri tapes. Kif jaf l-Onor. Herrera li qed jidħak, fl-awli tagħna l-udjenzi jiġu recorded permezz ta’ tapes. Jien kultant nistgħaġeb minn fejn isibu jixtruhom. Illum tant avvanzajna li għandna sistemi ta’ CDs u dawn it-tapes mhumiex komdi la għall-ġudikanti stess u lanqas għall-istaff tal-awla u naħseb li wasal iż-żmien li s-sistema tinbidel.”
Fil-Mozzjoni ta’ Sfiducja fil-Gvern-Seduta 49-Parlament ta’ Malta-25 ta’ Jannar 2012-l-Onor.Debono f’diskors passjonali qal “Sur President, f’din l-era digitali ghandna demokrazija li tahdem bir-radju u li ma kontx jien li ghamilt mistoqsijiet parlamentari u pressjoni kien ikollna Qorti li ghadha tahdem bil-cassette tapes. Parlament jahdem bir-radju u Qorti tahdem bil-cassette tapes fl-era tal-pen drive u l-iPad ecc….ghax dawn ma tantx nifhemfihom!Kieku kollox miexi fuq ir-rubini u dawn huma dettalji zghar x’nirrangaw kieku zgur mhux se nigi hawn u noqghod insemmi l-cassette tapes u l-kwestjoni tar-radju, imma sfortunatament dawn mhumiex dettalji kosmetici izda huma indikazzjoni tal-istat attwali tal-istituzzjonijiet infushom.”
[16] Kumitat Maghzul tal-Kamra (Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Ligijiet)-Parlament ta’ Malta-il-Hdax-il Parlament- ippresjedut mill-Onor.Chairman Dr.Franco Debono f’Laqgha 27 tal-20 ta’ Marzu 2012 kien habbar li daqt jibda l-live video streaming fil-laqghat u kellu s-segwenti xi jghid fuq dan l-izvilup
“Jekk ikollna l-unur li jerġa’ ikollna l-preżenza tiegħek għas-seduta li jmiss, jiena nħeġġek biex tirranġa xagħrek minn qabel u tiġi b’ingravata sabiħa wkoll għax jaf ikollna l-laqgħa li tkun imxandra video streamed live. Jiena nerġa’ nieħu l-opportunità li ngħid li din għalija xi ħaġa importanti ħafna li l-Parlament ikollu l-aħjar mezzi ta’ komunikazzjoni u din mhux qed ngħidha llum, ili snin ninsisti dwarha din il-ħaġa. U nerġa’ ngħid, nieħu gost ħafna li dan il-pass issa se jkun qiegħed isir biex inġibu lill-Parlament eqreb lejn il-poplu. Is-sena l-oħra ċċelebrajna d-90 sena mit-twaqqif ta’ dan il-Parlament. U punt ieħor, tajjeb li dawn il-mezzi wkoll nittestjawhom biex anke wieħed jitgħallem u jara kif jista’ jaġġusta anke għall-Parlament il-ġdid. Jiġifieri wieħed jara din l-esperjenza xi tkun, fejn wieħed jista’ jaġġusta biex imbagħad għall-Parlament il-ġdid – u jiena m’għandix dubju li dawn il-mezzi se jkun hemm fil-Parlament il-ġdid – ikun tajjeb li tibda tipprovahom biex titgħallem mill-esperjenzi tiegħek u tara kif tista’ taġġusta.”
[17] John Busuttil, “Assenti mill-Parlament pero` prezenti u rilevanti fir-riformi”,Intervista esklussiva ma’ Franco Debono, MaltaToday, 9 ta’ Gunju 2015, “Iżda l-aktar li jinsab kuntent hu li fl-aħħar dak li tant kien ilu jħambaq seħħ li s-seduti Parlamentari ikunu mxandra fuq t-televizjoni. “Jien dak ridtu ħalli dawk id-deputati li jaħdmu fil-Parlament jghax għandom messaġġ x’iwasslu u proposti x’jimbuttaw ikunu jistgħu jaħdmu u l-Parlament jinghata d-dinjita li tixraqlu u l-poplu jkun jista janalizza u jevalwa meta tigi elezzjoni. L-poplu jista jsegwi dibattiti li jinteressawh dwar dak li jibdlilhom l-mod kif jgħixu fil-pajjiż. Kieku kien hemm it-televiżjoni fil-leġislatura li għaddiet l-poplu seta jisma l-proposti ta’ riformi li kienu jsiru. Darba kont rrimarkajt li sfortunatament kellna demokrazija zoppa – parlament jaħdem bir-radju u qrati jaħdmu bil-casette tapes.Min-naħa tiegħi staqsejtu wkoll jekk it-televiżjoni jistax jitrasmetti dibattiti, illetikar u insulti li jistgħu jwaqqgħu l-livell tal-Parlment mal-poplu kollu, “it-televiżjoni hu bhal ħabel li bih tista ssalva inkella bih tista titgħallaq. Iżda dak id-deputat li jaħdem se jidher żgur. Il-poplu jara li ghandu jara, tajjeb jew hazin imbagħad jagħrbel, jixtarr u jiddeċiedi, imma għallinqas jista’ jara, tajjeb jew ħażin!”
[18] Kumitat Maghzul tal-Kamra (Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Ligijiet)-Parlament ta’ Malta-il-Hdax-il Parlament- ippresjedut mill-Onor.Chairman Dr.Franco Debono fil-Laqgha 31 tat-13 ta’ Frar 2012 fejn gie pprezentat l-Ewwel Abbozz tal-Kodici Amministrattiv l-Onor.Chairman qal “Ma nistax ma nirrimarkx, naħseb illum u din is-seduta partikolari, għandha valur storiku għal dan il-Parlament. Naħseb hija l-ewwel seduta li qed tiġi video streamed live fuq l-internet, bi prova. Għalija din hija xi ħaġa importanti ħafna, hija xi ħaġa storika għax nemmen li dan huwa mezz kif il-Parlament, li huwa l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u li fih d-deputati jirrappreżentaw il-poplu, iġġibu eqreb ta’ dak il-poplu.Ili nitkellem dwar dan is-suġġett. Kemm il-kollega tiegħi l-Onor. David Agius, kif ukoll l-whip min-naħa tal-oppożizzjoni, l-Onor. Joe Mizzi, tkellmu wkoll diversi drabi fuq dan is-suġġett. U anke diversi deputati oħrajn saħqu fuq il-bżonn li jkollna mezzi ta’ komunikazzjoni aħjar għal dan il-Parlament. Mhux għalina, imma biex il-poplu li f’ismu aħna namministraw, li f’ismu qegħdin – iktar milli namministraw għax huwa l-gvern li jamministra – nirrappreżentaw, ikun jista’ jsegwi aħjar ir-rappreżentanti tiegħu. Mingħalija kien lejn il-bidu tas-sena l-oħra fejn il-Prim Ministru kien kiteb lill-iSpeaker u jiena ġejt ikkoppjat f’dik l-email – u bil-permess tal-Prim Mminsitru diġà kkummentajt dwar dan – biex skatta dan il-proċess biex dan il-Parlament ikollu mezzi ta’ komunikazzjoni aħjar. Inħoss li dan huwa pass importanti ħafna. Speċjalment meta s-sena li għaddiet kellna l-Anniversarju tad-90 sena mit-Twaqqif tal-Parlament Malti. U naħseb li f’dan l-anniversarju, huwa importanti li dan il-Parlament ikompli jżomm mal-pass taż-żmien, juża l-aħjar mezzi tat-teknoloġija u tal-informatika. Ma ninsewx li f’pajjiżna lħaqna ċerti standards għoljin fl-informatika. Wieħed ma jarax għaliex il-poplu ma jkunx jista’ jsegwi b’mod iktar dirett x’qegħdin jagħmlu r-rappreżentanti tiegħu fil-Parlament u fl-aħħar mill-aħħar ikun f’pożizzjoni aħjar biex jiġġudika lil dawk l-istess rappreżentanti tiegħu u l-operat tagħhom. Nixtieq nirringrazzja lill-iSpeaker, Michael Frendo, u nieħu l-opportunità li ngħid li kemm ilu fil-kariga mhux biss kompla fuq ix-xogħol tal-iSpeakers l-oħrajn ta’ qablu imma nżied ngħid li injetta doża iktar qawwija ta’ enerġija u ta’ impenn, biex dan il-Parlament jimxi ‘l quddiem. Hemm ħafna x’isir.”
[19] Kumitat Maghzul tal-Kamra (Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Ligijiet)-Parlament ta’ Malta-il-Hdax-il Parlament- ippresjedut mill-Onor.Chairman Dr.Franco Debono fil-Laqgha 37 tat-18 ta’ Gunju 2012 fejn fuq l-agenda kien hemm il-Konsolidazzjoni tal-Ligijiet Elettorali,Partiti Politici u Finanzjament tal-Partiti, l-Onor.Chairman Franco Debono rrimarka li din kienet l-ewwel seduta ufficjali li qed tkun video streamed live fuq l-internet. Huwa qal “Niġu għal-laqgħa tal-lum. L-ewwelnett nirringrazzjakom talli lqajtu l-istedina tal-Kumitat għal din il-laqgħa tal-lum li naħseb hija storika għal żewġ raġunijiet. L-ewwelnett illum hija l-ewwel seduta uffiċjali ta’ kumitat tal-Parlament li qed tkun video streamed live fuq l-internet. Dan il-kumitat fil-fatt diġà kellu l-ewwel seduta ta’ video live streaming, imma kienet bħala test. Huwa mezz – kif inħobb ngħid – ta’ kif iġġib il-Parlament eqreb lejn il-poplu. U għaldaqstant huwa pass importanti. Imma naħseb hija storika wkoll, għax wara snin twal, kumitat fuq bażi parlamentari se jkun qed jiddiskuti abbozz ta’ liġi dwar il-finanzjament tal-partiti. Naħseb l-aħħar li l-Parlament iddiskuta b’mod uffiċjali kien – lanqas kien iddiskuta għax kien ġie ppreżentat rapport – meta kien ġie ppreżentat ir-Rapport Galdes li jekk m’inix sejjer żball kienu bejn l-1994/1995.”
[20] “Court evidence being digitally recorded”,Times of Malta, 6th July 2012-“Dr.Debono said that the law should now be amended to reflect this development.”
[21] L-Onor.Franco Debono rribata dan il-punt li jgib diffikultajiet kbar fil-prattika ghall-avukati u l-ispetturi.Fl-Abbozz ta’ Ligi li jemenda diversi ligijiet li jirrigwardaw Materji Kriminali-Abbozz Numru 45-Seduta 206-Parlament ta’ Malta-19 ta’ April 2010 l-Onor.Debono ppropona soluzzjoni bl-ghan li tindirizza din il-problema-
“Ladarba qegħdin nitkellmu fuq il-qasam kriminali u fuq il-qorti – u għamel kummenti f’dan is-sens il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern – naħseb li wasal iż-żmien ukoll li nqajjem punt dwar il-ħtieġa ta’ PA system. Jekk ikollok persuna li jgħajtulha minn Hall 2 jew Hall 3, sakemm forsi ħarġet sal-bieb ta’ barra tpejjep sigarett jew taqdi xi bżonnijiet, ma tkunx taf li għajtulha. Din japplika anke għall-avukati. Illum l-edifiċju tal-qorti kiber u allura jekk inti tkun qiegħed fil-qorti tal-familja u jgħajtulek isfel quddiem xi maġistrat, inti ma tistax tkun taf li qegħdin jgħajtulek. B’dan il-mod tispiċċa ssir il-kawża u inti ma tkunx preżenti bil-problemi li dan kollu jġib. Għalhekk wasal iż-żmien li serjament nikkonsidraw li jkollna PA system però issa ħalli niġi biex niffoka fuq elementi partikolari ta’ dan l-abbozz ta’ liġi.”
Private Members’ Motion Numru 280-Mozzjoni tal-Onor.Michael Falzon u l-Onor.Jose` Herrera dwar Riformi fl-Oqsma tal-Gustizzja u l-Intern(Sfiducja fil-Ministrtu tal-Gustizzja Carm Mifsud Bonnici)Seduta 483-Parlament ta’ Malta-29 ta’ Mejju 2012-l-Onor.Debono-
“Ikollok spettur qed jaħli tliet sigħat il-Qorti għax darbtejn fil-ġimgħa, biex tgħaxxaq, ikun hemm bomb scare u dan ikollu l-klijent tiegħek arrestat. Tgħidlu: Isma’ spettur, mur kelmu. Jgħidlek: Mela jien m’għandix il-Qorti? Jekk nitlaq mill-Qorti timmultani. L-ieħor arrestat sitt sigħat ma kellmu ħadd. Dak l-arrest huwa illegali. Sistema kompletament imkissra! Bir-rispett kollu!”
[22] Kumitat Maghzul tal-Kamra (Ri-Kodifikazzjoni u Konsolidazzjoni ta’ Ligijiet)Parlament ta’ Malta-il-Hdax-il Parlament-Laqgha 33 tat-28 ta’ Mejju 2012 fejn dan il-punt li timmulta gie dibattut f’dan il-Kumitat- THE CHAIRMAN: Nieħu spunt żgħir minn dak li qal l-Onor. Herrera. Ovvjament qed niddiskutu l-konsolidazzjoni tal-liġijiet penali. Ma jistax wieħed ma jagħmilx referenza għall-kummenti li saru mill-maġistrat Carol Peralta li nieħdu gost ukoll li ġie issa bi snin ta’ esperjenza imħallef f’qorti internazzjonali u allura huma kummenti li wieħed irid jagħtihom ċertu piż. Għaliex? Għax issa li ħareġ ftit mis-sistema, daħal f’sistema oħra u issa ġie lura, iktar faċli u iktar forsi tinnota short coming f’sistema li jkunu ġew run off the mill u tkun drajthom meta tkun taħdem f’sistema. L-istess ħaġa meta persuna tidħol ġdida fil-Parlament, persuna li tkun ilha 20 sena fil-Parlament tkun drat b’dik is-sistema u persuna li tidħol ġdida iktar tinnota ċerti nuqqasijiet. Jiena naqbel miegħek ukoll li naħseb il-kummenti tal-Ministru tal-Ġustizzja, bla dubju ta’ xejn, kienu in bona fede, pero’ li taqbad timmulta n-nies ma naħsibx li ssolvi xejn għax ħafna drabi l-assenza ta’ persuna mill-awla f’dak il-ħin tkun ġustifikabbli u hija riżultat ta’ sistema ħażina usa. Per eżempju se nsemmi żewġ punti. Jekk avukat ikun f’awla oħra jekk ikollok għaxar każijiet fid-9.00 a.m., trid tmur minn awla għal oħra u inti taf x’qed ngħid Onor. Herrera, jiġifieri meta jkollok ammont ta’ xogħol f’ġurnata tista’ tassigura ruħek filgħodu li se tiġġieled ma’ klijent minnhom żgur, għax jiġi jgħidlek Dott. ma dehertlix meta inti tkun qiegħed f’awla oħra. Aħna diġa’ qed inkunu penalizzati fil-verità għax kif appena tillarga minn awla ħafna mill-maġistrati jikkoperaw, jifhmuk u jagħtu ċans lill-klijent, ifittxek għax jifhmu li qiegħed f’awla oħra u kultant għax ikollhom ħafna xogħol huma stess ma jkunux jistgħu jagħtuk ċans, allura l-problema mhix in-nuqqas ta’ dehra, imma n-nuqqas ta’ loġistika u n-nuqqas ta’ sistema. U allura mbagħad to add insult to injury m’għandux ikun ippenalizzat l-avukat jew l-ispettur li sab ruħu f’dik is-sitwazzjoni, imma l-ewwel irranġali s-sistema mbagħad immultani jew ippenalizzani, imma jien diġa’ qed inkun ippenalizzat minħabba s-sistema kif inhi llum. ….
THE CHAIRMAN: Ħaġa oħra li xtaqt ngħid qabel nikkonkludi l-intervent tiegħi, imbagħad nagħti l-kelma lilek, Dr. Sciriha, li naf li trid tagħmel intervent, hija dwar problema oħra li nqalgħet dalgħodu li ġejja mill-mod kif qed titħaddem is-sistema fejn spettur li għandu n-nies arrestati għax m’hemmx separazzjoni bejn ir-rwol investigattiv u r-rwol prosekutur, dawn ikollhom jarrestaw bniedem fit-8.00 a.m., irid jiġi l-qorti għax mingħalih se jagħmel siegħa, jgħidlek dan mela sakemm jarrestawh u jġibuh id-Depot jien se mmur il-Qorti neħles erba’ kawżi li għandi u niġi lura, dan minflok ilesti f’siegħa jagħmel sagħtejn, dak l-arrest ikun illegali u għax m’għandekx spettur inti tarresta lil xi ħadd u tħallih ħames sigħat jew sitt sigħat qabel tkellmu, imbagħad tmur tkellmu u jista’ jirriżultalek li m’għandek xejn. Allura x’tagħmel? Allura jekk ċemplulu lil dan jgħidulu arrestajnih dan, se tiġi tkellmu? Mela jekk l-ispettur se jmur ikellmu se jispiċċa mmultat mill-Qorti. Dan hu l-punt tiegħi. Għad-defiċenzi tas-sistema għandu jwieġeb min ippermetta dawn id-defiċenzi u l-agħar li nistgħu nagħmlu hu li nixxiftjaw dawn in-nuqqasijiet fuq avukati, fuq spetturi, fuq maġistrati, meta huma qed joperaw f’sistema żbaljata u ħażina, imma issa ħalli niftehmu, m’hemmx kollox ħażin, imma hemm ħafna x’tirranġa…..
THE CHAIRMAN: Onor. Zammit Dimech, jiena kumbinazzjoni nformat li sa din il-ġimgħa stess – mingħajr ma nsemmi ismijiet – kien hemm avukat li ġie mmultat madwar €500…..
THE CHAIRMAN: Jien naqbel miegħek li hemm mozzjoni għaddejja fil-plenarja, dik xi ħaġa oħra u naqbel miegħek li għandna niffokaw fuq l-aspetti ta’ kodifikazzjoni u ta’ riforma kif fil-fatt qed nagħmlu. Inti tiftakar meta ġejna biex nagħmlu l-Kodiċi Amministrattiv. Fil-laqgħat preliminari, hu x’inhu, din hija l-background li fuqu qegħdin niddiskutu u ladarba kien hemm kumment interessanti minn ġudikant li mbagħad ikkummenta dwar il-Ministru tal-Ġustizzja – u nerġa’ ngħid, m’għandix dubju li l-kummenti tal-Ministru tal-Ġustizzja kienu bona fede – pero’ kif wieħed jista’ jara, ir-reazzjoni li sparkjat dik id-dikjarazzjoni naħseb turi li l-problemi li hemm hija s-sistema iktar milli taqbad u timmulta. Jekk jien nista’ nagħsar dak li qed joħroġ minn dan il-Kumitat huwa l-ewwel irranġa s-sistema, hemm ħafna x’tirranġa, imbagħad the tip of the iceberg, meta s-sistema qiegħda mhux se ngħid perfetta imma qiegħda in good working condition, imbagħad min ma jiġix iva, ibda mmulta, imma li tibda timmulta qabel ma rriformajt u qabel m’għamilt il-mezzi kollha biex tara li s-sistema qiegħda f’postha, naħseb illi wieħed ikun ftit prematur. Ovvjament id-diskussjoni li mbarkajna fuqha hija kompletament relevanti ħafna għas-suġġett li qed niddiskutu. Forsi niġu iktar fil-qalba tad-diskussjoni…”
[23] Private Members’ Motion Numru 280-Mozzjoni tal-Onor.Michael Falzon u l-Onor.Jose` Herrera dwar Riformi fl-Oqsma tal-Gustizzja u l-Intern(Sfiducja fil-Ministrtu tal-Gustizzja Carm Mifsud Bonnici)Seduta 483-Parlament ta’ Malta-29 ta’ Mejju 2012-l-Onor.Debono
“Sur President, il-messaġġ li ħareġ mill-Kumitat tal-bieraħ, kien li qabel ma tibda timmulta lin-nies, l-ewwel irranġa s-sistema, mhux il-kawżi kollha fid-9.00 a.m. U l-ġudikanti malajr obdewh għax kien hemm magistrat waħħal xi €500 ma nafx lil min. Trid tirranġa s-sistema! Kien hemm qbil fil-Kumitat li għandha tiġi rranġata s-sistema.”
[24] Voti tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern-Seduta 56-Parlament ta’ Malta-18 ta’ Novembru 2008-l-Onor.Debono tkellem fuq il-professjoni legali li tant jghozz-
“U issa nerġa’ niġi għall-kategoriji li semmejt wieħed wieħed fil-qosor. Ħalli nibda bl-avukati. Issemma l-att biex jirregola l-avukati, u kif diġà għedt dan huwa pass pożittiv, ta’ min iħeġġu u ta’ min jipparteċipa wkoll fid-diskussjoni. Insemmi wkoll il-kors tal-liġi. Meta kont student tal-liġi jien, li m’ilux snin twal ħafna, kienu stabbiliti l-credits li wieħed kien irid jieħu. Illum fl-ewwel tliet snin tal-kors għandek il-parti ġenerali, u nemmen li kull avukat għandu jkun midħla ta’ ċerti kunċetti legali u ġenerali, imma mbagħad fit-tieni tliet snin, inti tista’ tagħżel il-credits li trid, dawk l-aktar li jogħġbuk. Jien nemmen bis-sħiħ li fid-dinja tal-lum huwa importanti li jkollok speċjalizzazzjoni. Għaldaqstant nemmen li fit-tieni parti tal-kors tal-liġi, inti tista’ tispeċjalizza f’dawk il-credits li jkunu l-aktar jogħġbuk u fil-qasam li jkun beħsiebek taħdem fih.”
[25] Voti tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern-Seduta 56-Parlament ta’ Malta-18 ta’ Novembru 2008-l-Onor.Debono-
“Issemmew id-diversi partijiet li pparteċipaw fil-proċess ġudizzjarju. Nemmen li l-proċess ġudizzjarju ma jistax ikun seren u ma jistax jilħaq l-għan tiegħu, li ssir ġustizzja, jekk il-partijiet kollha involuti ma jirrispettawx lil xulxin. U allura l-avukat irid jirrispetta lill-maġistrat, pero’ mill-banda l-oħra, kif hemm miktub ukoll fir-regola 4 tal-kodiċi ta’ etika tal-ġudikanti, il-ġudikanti għandhom jaqdu d-doveri ġudizzjarji tagħhom b’dinjità, b’korteżija u b’umanità. Irid ikun hemm ukoll ripsett lejn il-pulizija. Il-president tal-kamra tal-avukati f’diskors li għamel kien qal li nistenna illi l-membri tal-korp tal-pulizija juru ċertu rispett ukoll lejn l-avukati. Allura l-avukati għandhom juru rispett lejn il-korp tal-pulizija. Sfortunatament ikolli ngħid li ġieli tidħol f’awla fejn ikollok spettur tal-pulizija li qed jitlob id-differimenti lill-maġistrat meta għandek ruxxmata avukati qegħdin jistennew u jkunu qegħdin isejħulhom f’awli oħra. Bi ftit prattiċità, bi ftit sens komun u b’rispett bejn il-partijiet kollha involuti nemmen illi nistgħu nimxu ‘l quddiem.”
[26] New Judge points to high rate of decided cases by the judiciary- Call for improved security at the law courts”, Times of Malta,12th June 2012 – “ Even simple things, like installing a public address system at the law courts would save time between cases, she said.”
[27] F’bosta diskorsi l-Onor.Debono sahaq fuq il-bzonn li jkun hemm PA System-
Abbozz ta’ Ligi li jemenda l-Att dwar il-Probation Abbozz Numru 40-Seduta 203-Parlament ta’ Malta-22 ta’ Marzu 2010-“Prattika oħra li naħseb li kull avukat li jaħdem il-qorti jgħaddi minnha hija li tkun f’awla u sakemm toħroġ għax jgħajtulek f’awla oħra tispiċċa tmur u ssib li l-kawża tiegħek saret. Dan il-punt diġà semmejtu fix-xhur li għaddew f’dan il-parlament u forsi wasal iż-żmien li jkollna xi tip ta’ PA system fil-qorti. Illum il-qorti m’għadhiex kuritur wieħed fejn għandek l-awli kollha imma kibret u hija akkomodata f’binijiet differenti. Per eżempju, il-Qorti tal-Familja llum tinsab f’bini differenti u jekk ikollok ammont ta’ xogħol tispiċċa li sakemm toħroġ minn awla, forsi tkun ilek tistenna anke ċertu ammont ta’ ħin, iċempillek il-klijent irrabbjat għax ma dehertlux u inti tkun qiegħed hemmhekk fil-bini tal-qorti. M’iniex qed ngħid li dan jiġri b’mod ġenerali imma affarijiet li kultant jiġru u għandna naraw li jiġru mill-inqas. Għandu jkollna xi tip ta’ PA system jew xi ħaġa simili peress li l-qorti kibret ħalli avukat ikun jaf li qed jgħajtulu fit-tali awla. Il-klijent ikollu l-kawża tiegħu imma l-avukati li jaħdmu l-qorti ma jkollhomx kawża waħda biss imma diversi kawżi u jridu jlaħħqu magħhom kollha. Importanti li jkun hemm kooperazzjoni bejn il-partijiet kollha involuti, il-qrati, il-prosekuzzjoni fil-kawżi kriminali u bejn l-avukati difensuri.”
[28] L-Avukat Debono amplifika ulterjorment fuq din il-prassi ta’ “msejjah tlett darbiet u ma deherx” f’wiehed mill-Aggornamenti tal-Kamra-
Aggornamenti tal-Onor.Franco Debono-Estratt mis-Seduta Numru 105-Parlament ta’ Malta tat-28 ta’ April 2009-l-Onor.Debono ppuntwalizza
“Ħaġa oħra li ninnota u nemmen li għandu jsir xi ħaġa dwarha hija l-fatt illi llum il-bini tal-qorti kiber. Meta titkellem ma’ avukati anzjani jgħidulek illi l-qorti bażikament kien kuridur, jiġifieri l-awli kollha kienu jokkupaw kuridur. Dak iż-żmien kien joħroġ xi ħadd fil-bieb tal-awla u jsejjaħ l-isem ta’ xi ħadd tliet darbiet u din is-sejħa kienet tinstema’. Is-sistema li joħroġ xi ħadd jgħajjatlek fil-bieb tal-awla tliet darbiet illum ma tagħmilx sens. Per eżempju l-qorti tal-familja huwa bini separat mill-bini tal-qorti prinċipali, u ħadd ma jista’ jippretendi li minn hemmhekk se jinstema’ xi ħadd li joħroġ jgħajjatlek mill-bieb tal-awla. Dan jgħodd kemm għall-avukat kif ukoll għan-nies li jkunu msejħa. Fl-opinjoni tiegħi din is-sistema arkajka u outdated għandna nibdluha mill-aktar fis, u mhux biss għall-avukati jew għall-ispetturi.
Jekk tkun spettur, per eżempju, li tiġi l-qorti b’kawża waħda kollox sew, għax tintefa’ fl-awla u toqgħod tistenna li jgħajtulek, però jekk tkun spettur u jkollok tlieta, erba’ jew ħames kawżi, ikollok toqgħod tiġri minn awla għall-oħra biex tlaħħaq ix-xogħol tiegħek. Bir-rispett kollu, din is-sistema m’għadhiex tagħmel sens u m’għadhiex treġi. Jiena forsi nissuġġerixxi li jkun hemm xi tip ta’ PA system u l-ismijiet jissejħu minn fuqha. B’dan il-mod bniedem ikun jaf li jriduh fit-tali awla jew fl-awla l-oħra. Nerġa’ ngħid bir-responsabbiltà kollha li s-sistema kif inhi mħaddma llum ma tagħmilx sens, u kemm bħala spettur u kemm bħala avukat ġieli jiġri – u ġieli tkellimt anke ma’ sħabi – li inti tkun qed tagħmel kawża f’awla, ikunu qegħdin jgħajtulek f’awla oħra, u l-maġistrat, forsi għax tkun prova tal-prosekuzzjoni, jaqbad u jipproċedi mingħajrek. B’dan il-mod il-klijent jaħseb li inti forsi ma dhertlux, mentri inti lanqas biss tkun taf li qegħdin jgħajtulek fl-awla l-oħra u tkun qiegħed tagħmel kawżi oħrajn.
Nemmen illi b’daqsxejn aktar sens komun dawn l-affarijiet għandhom jinbidlu għall-ġid ta’ kulħadd. Fl-aħħar mill-aħħar wieħed irid japprezza u jirrealizza li kulmin irid jipparteċipa fis-sistema tal-ġustizzja qiegħed hemmhekk għal għan wieħed, li ssir ġustizzja. Sew jekk inti avukat, sew jekk inti spettur, sew jekk inti maġistrat, l-għan hu wieħed. Li tkun avukat ma jfissirx li int skrivan, li toqgħod hemmhekk qisek babbu! Meta inti tkun fdat bir-responsabbiltà tal-libertà ta’ bniedem trid tagħmel l-almu tiegħek kollu biex tara li dik il-persuna jkollha smigħ xieraq. Li tkun avukat qed tkun fdat minn dik il-persuna li titkellem f’isimha u, nerġa’ ngħid, li tara li ma jsirux inġustizzji ma’ dik il-persuna u tmexxi ‘il quddiem il-każ tagħha biex, kif qed ngħid, naslu għall-ġustizzja.”
[29] Claudia Calleja, “Debono : Broken chair just proves my point”,The Times, 30th May 2012, L-incident li kellu l-Avukat Debono fejn siggu fl-awla kien imkisser u ceda bih huwa xhieda tal-istat xejn idilliku tal-Qorti taghna-
“Just hours before speaking in Parliament about shortcomings in the justice system, Nationalist MP Franco Debono sustained a light knee injury when a chair he was leaning on in a courtroom collapsed.
The Nationalist backbencher, a criminal lawyer, has often complained about problems in the justice and home affairs sectors, among other things.Dr Debono has also hit out at Home Affairs Minister Carm Mifsud Bonnici who, until the first week of January, was also responsible for justice.
Defending a client, charged with fraud, before Magistrate Anthony Vella yesterday morning, Dr Debono was standing up, making his submissions, when he rested one foot on a wooden chair.The green seat, which turned out to be broken, collapsed and Dr Debono fell on one knee, injuring himself slightly.
As he stood up saying he was in pain, he was quick to point out that this was a clear example of the bad state of the law courts, where the chairs had not been maintained in decades.People in the courtroom commented he should not have leaned against it. He pointed out that,had he sat on the chair, he would have fallen.
“Perhaps I should sue the Justice Minister,” he joked, adding he would mention the accident in the parliamentary debate on an opposition motion to censure Dr Mifsud Bonnici.
In a serious tone, Dr Debono said: “If it weren’t so sad (the situation in court), this would be funny.”

No Comments

Sorry, the comment form is closed at this time.