
27 Jan 2019 Ghaziz David Stellini
David Stellini huwa politiku kompetenti u simpatiku. Huwa ezempju ta’ nies li jistghu jaghtu kontribut lil P.N. illum u fil-futur, bniedem moderat li ma jitkellimx b’mibeghda izda juza rispett fil-konfront tal-avversarju.
F’intervista mal-Independent illum jitkellem dwar l-paga tal-membri Parlamentari u deputati full-time. Hemm diversi punti fejn ma naqbilx mieghu.
L-ewwel nett meta kont ghamilt l-proposta ta’ deputatu full-time din kont ghaqqadtha ma proposta ohra – Parlament IZGHAR ta’ depuatati full-time. M’ghandux jigi kunsidrat deputati full-time jekk mhux fil-kuntest ta’ Parlament izghar. Meta mqabbel per capita ma’ pajjizi ohra ghandna Parlament kbir u Parlament izghar ta’ deputati full-time ghandu jiddistilla l-klassi politika.
Ezempju minghajr ebda riferenza ghal hadd partikolari pero’ tabib li n-nies jivvotawlu ghax jaghmel certifikati foloz mbaghad la jersaq lejn l-Parlament u lanqas jaghti l-icken kontribut, postu mhux fil-Parlament u Parlament izghar dawn t-tipi jeliminahom awtomatikament.
L-Parlament huwa post ghal nies li jifhmu fil-politika oltre fil-qasam li fih jispecjalizzaw u li ghandhom xi haga x’jghidu u ghandhom vizjoni dwar xi haga, mhux nies li lanqas biss jafu kif ikunu spiccaw fil-Parlament.
Dak l-ewwel punt. Imma hemm punt aktar perikoluz.
Meta tlajt fil-Parlament ghaxar snin ilu jien kont bnejt ufficcju legali minn xejn u konna tlieta fl-ufficcju. B’sagrificcju kbir ghax jien la ghandi genituri, la nanniet u lanqas zijiet fil-professjoni legali. Mhux cajta tinfiltra f’ambjent tradizzjonalment dominat minn ftit dinastiji. Imma dwar dan darb’ ohra.
Illum professjonist ta’ success hafna drabi jkun jopera fi hdan azjenda liema azjenda tista tibqa’ miexja fl-assenza tieghu u xrta jkollu introjtu f’kuntest ta’ Parlament izghar ta’ deputati full-time.
Kieku l-Parlament kien full-time lili ma kienx jaffettwani ghax l-ufficju kien jibqa’ ghaddej minghajri u xorta jkolli introjtu.
Huwa ferm perikoluz li persuna tidhol fil-politika meta taf li jista jkollha problemi ta’ income. Dik l-persuna ghandha taghmel l-kalkoli taghha sew qabel tidhol fil-politika ghax hawnekk jibdew l-problemi. M’ghandix dubju mill-integrita’, serjeta u gentlomerija ta’ David Stellini u qed naghmel punt generali mhux dwaru.
Xorta nemmen li r-rimunerazzjoni ta’ deputat mhx adegwata ghaz-zminijiet tal-llum, pero’ had m’ghandu jiddependi mil-politika ghall-introjtu tieghu. Haga turbot mal-ohra. Ghandi nifhem li f’Parlament izghar ta’ deputati full-time se jattira nies ta’ talent li jkunu ghamlu jew qed jaghmlu success fix-xoghol rispettiv taghhom u allura ma jiddependux mil-politika ghall-introjtu.
Ghax nghiduha kif inhi – jekk m’intix taghmel success fix-xoghol tieghek li jippermettilek introjtu xieraq, x’kontribut timmagina li tista’ taghti fil-politika? Apparti li n-naha l-ohra tal-munita hija li mps full-time tista’ tiskoraggixxi nies ta’ success professjonali milli jidhlu fil-politika u din ghandha tigi kkunsidrata wkoll.
L-politika ghandha tattira l-aqwa nies, l-ahjar imhuh u l-aktar nies ta’ integrita’. Min se jidhol fil-politika ghal-paga tajba qatt m’hemm paga gholja bizzejjed – sky is the limit, l’appetito vien mangiando . . . .
Tidhol fil-politika ghax ghandek x’tghid u taghmel ghal pajjiz mhux biex toqghid iddur l-festi u l-kazini. U dan aspett iehor tal-medjokrita’ tal-politika parrokjali lokali li ghandu jkun diskuss – tigi assessjat fuq kemm tmur l-kazin mhux kemm tmur l-Parlament!
Nsellem lil David u nawguralu kull success.
Xiha daqs harruba 😉
Posted at 13:19h, 27 JanuaryMeta tidhol ghal politika trid tkun cert li kapaci isservi.
BMW
Posted at 13:18h, 27 JanuaryMhemx li naraw il komtribut tieghek fil parlament. Il- pajjies tilef b’linteligenza tieghek nieqsa mil parlament