L-karattru altament skifuz ta’ Pawlu Lia

L-karattru altament skifuz ta’ Pawlu Lia

Ghaxar snin ilu fformulajt r-riforma tal-gustizzja – www.riformagustizzja.com. F’pajjiz u f’settur gudizzjarju altament konservattiv u tradizzjonalment kontrollat minn ftit dinastiji l-Bambin biss jaf minn xiex ghaddejt biex irregalajt lil dan l-pajjiz riforma tal-gustizzja u biex day in day out kelli privilegg u unur niddefendi d-drittijiet t’eluf ta’ nies fl-awli tal-qrati. Xi darba nghidilkom.

Kont jien li sibt l-marda fil-gustizzja u kont jien li sibt l-medicina. Vanni Bonello kkonferma u Bonnici implimenta.

Pero’ llum dak issa ghadda. L-kbir sar u issa illum fil-present l-problema mhix riformi legali izda l-presenza ta’ fenomeni fis-sistema li jrendu irrelevanti hafna mir-riformi li qatt jistghu isiru.

Pawlu Lia huwa wiehed minn dawn l-problemi

Xbajt sieket u se nitkellem ghax s-sitwazzjoni se taqbad tiddegenera. Kelli kuragg nohodha kontra amministrazzjoni Nazzjonalista u kelli ragun kif jaf kulhadd u ghandi kuragg iktar issa. Minix se nibza’.

Nibdew bicca bicca. Pawlu Lia jokkupa karigi ta’ natura politika u bhala tali huwa suggett ghal kritika. Pawlu Lia jokkupa karigi gholjin fl-amministrazzjoni tal-gustizzja, inkluz fejn jghaddi gudizzju fuq n-nies.

Nibdew bil-facli. Jekk wiehed ihares lejn l-plakka mal-ufficcju tieghu fiha snapshot ta’ min hu Pawlu Lia. Kwazi tad-dahq kif f’ufficcju jismu Sciberras & Lia m’hemm hadd kunjomu Sciberras.

Ovvjament Sciberras hemmekk tirreferi ghal illustri u bravissimu ex-Imhallef Philip Sciberras li ilu nieqes minn dak l-ufficju madwar hmistax-il sena. It-tfal ta’ Philip, tliet avukati altament kompetenti qatt ma hadmu f’dak l-ufficcju u ghandom l-ufficcju taghhom ftit ‘l boghod.

L-ahhar zmien li xi hadd bil-kunjom Sciberras hadem f’dak l-ufficcju ilu hmistax-il sena. L-avukati Sciberras ghandhom l-ufficju prestigjuz taghhom u d-dicerija prevalenti hi li m’huma kuntenti xejn li kunjomhom qieghed fuq dik l-plakka tal-ufficcju ta’ Pawlu Lia. Naghmilha cara li ma tkellimt ma hadd minnhom qabel ktibt hawnekk pero ghandi informazzjoni ta’ min jorbot fuqha.

Dik l-plakka m’ iliex li saret ghax t-tifel tieghu ( li m’ghandi assolutament xejn kontrih) m’ilux avukat u zgur li gradwa hafna snin wara li Philip Sciberras waqaf jahdem f’dak l-ufficcju.

Allura jekk m’hemm hadd Sciberras jahdem f’dak l-ufficcju u l-ahhar darba li kien hemm xi hadd Sciberras ilu hmistax-il sena pero llum dak ghandu ufficcju separat ghaliex l-ufficcju jismu Sciberras & Lia ?

Issa dan kif igib ruhu ma’ ex partner tieghu, ex Imhallef rispettat minn kulhadd u avukat illustri. Dan huwa l-karattru ta’ Pawlu Lia.

Kull gudikant li hemm l-qorti jaf li f’kaz ta’ dixxiplina irid jigi gudikat minn Pawlu Lia. L-karattru ta’ Pawlu Lia kulhadd jaf x’ inhu gahx l-fama tieghu timxi qablu.

Pawlu Lia huwa l-avukat tal-Prim Ministru.

Ghal min mhux jifhem – tinkwetax – baqa’ hafna.

8 Comments
  • Wise
    Posted at 10:11h, 25 January

    Hu evidenti li tahra f’qalzietek meta tara xi had jiehu xi haga. Ghamiltha mal-PN, qed taghmilha mal-PL. Kumbinazjoni issa qamlek ghall-avukat Lia – mhu ghax ghandi xi grazzja mieghu – ezatt meta se jpoggu lil relative tieghu maggistrat? Xtaqt jaghmlu lilek?

    Bejnek u bejn Dr Adrian Vassallo hem qabza enormi. Rajnih f’xi ritratt jerfghuh fuq l-idejn kif ghamlu lilek 2013 tidhak u ticcelebra? Tahseb li n-nies ma jinsewx? Tahseb li min kien mwegga b’Gonzi ha pjacir ghax rak hekk? Selha fuq ferita’ ghamilt int. Ferhu biss min kien ilu 25 sena jistenna biex jerda’. U mhux se nsemmilek il-kaz ta’ Schiavone ghax naf li tizbroffa…imma l-punt jibqa li l-irgulija meta tixxellef difficli terga’ takkwistaha…u hekk gralek.

    • Franco Debono
      Posted at 20:01h, 25 January

      Hemm hafna magistrate tajbin. Nista naccertak li m’ghandi ebda interess li nkun magistrate u kieku kellom joffruli ma naccettax. Mhix fuq l-agenda tieghi assolutament. Nahseb qed tohlom. Nsellimlek.

  • Wise
    Posted at 10:05h, 25 January

    Il-punt hu li ghall-23 elf eur il-labour ghalaqlek halqek u issa b’xi mod stramb qed tghid xi haga zghira kontrih (ghax m’ghamlekx maggistrat forsi?). U l-kritika harxa kontra l-PN ma tapplikax kontra l-PL. Issa la jisimghu minnek u jaghmluk maggistrat (jew imhallef), terga’ tiskot.

    • Franco Debono
      Posted at 20:01h, 25 January

      Hemm hafna magistrati tajbin. Nista naccertak li m’ghandi ebda interess li nkun magistrate u kieku kellom joffruli ma naccettax. Mhix fuq l-agenda tieghi assolutament. Nahseb qed tohlom. Nsellimlek.

  • Micallef
    Posted at 09:28h, 24 January

    Naraha ferm stramba kif t-tifel ta’ Pawlu Lia kien jahdem avukat tal-fqar.

  • T Caruana
    Posted at 00:27h, 24 January

    Ghadni kemm kont qed insegwi l programm Disset u s sugget kien ir rule of law.
    Issemma kif Malta titlef disghin fi mijja tal kawzi kostituzjonali. Issemmiet kemm il Venice commission sabet nuqassijiet fir rule of law ta Malta, isemma kif jinhattru l gudikanti, il President u kif kull decizzjoni dejjem iddur fuq il PM biex dejjem ikollu l kontrol assolut u d decizzjoni finali tkun dejjem tieghu.

    Nahseb li wasalna f’sitwazzjoni xejn felici fi zmien relattivament qasir. Il-bambin jaf kif nispiccaw jekk nghamlu hamsa u ghoxrin sena taht l istess gvern.

  • Trid tara biex temmen
    Posted at 23:27h, 23 January

    Meta tkun taf xint tghid u mghandekx ghalfejn tibza. Int la ghandek bzonn naha u lanqas ohra izda il pajjies bzonn lilek. Well done

  • Friends
    Posted at 21:21h, 23 January

    Ghandek kuragg kbir tohodha kontra nies b’sahhithom hekk. Imma x’jien nghid? Int hadtha kontra l’oligarkijja ta zmien Gonzi mhux ha tiddardar tohodha kontra dawn issa.

    Avolja jkolli nghid li l’affarijiet marru hafna ghal ghar taht il-gvern tal PL.